This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0610
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the minimum level of training of seafarers (Recast)
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2007/0610 finali - COD 2007/0219 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0610 finali - COD 2007/0219 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.10.2007 KUMM(2007) 610 finali 2007/0219 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 2. Il-kodifikazzjoni tad-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 t'April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara[2] ġiet inizzjata mill-Kummissjoni. Id-Direttiva l-ġdida kellha tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[3]. 3. Sadanittant, id-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[4] kienet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li kienet introduċiet il-proċedura regolatorju bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali u li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tħassir ta' uħud minn dawn l-elementi jew biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali. 4. Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/CE, sabiex din il-proċedura ġdida tkun applikabbli għal dawk l-atti diġà fis-seħħ li kienu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-atti jeħtieġ li jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli 5. Ghalhekk, huwa xieraq illi l-kodifikazzjoni tad-Direttiva 2001/25/KE jiġi trasformat f'riformulazzjoni sabiex ikunu inkorporati l-emendi meħtieġa għall-addattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. ê 2001/25/KE 2007/0219 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8] Billi: ò ġdid (1) Id-Direttiva tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill 2001/25 (KE) Nru 2001/25 ta' l-4 t'April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara[9] ġiet emendata. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza[10]. ê 2001/25/KE premessa 2 (2) L-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuq il-livell tal-Komunità fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar għandhom ikunu f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali li sar qbil fuqhom. ê 2003/103/KE premessa 2 (adattat) (3) Sabiex jinżamm u jiġi żviluppat il-livell ta' għarfien u kapaċità fis-settur marittimu Ö fil-Komunità Õ, huwa importanti li tingħata attenzjoni xierqa lit-taħriġ marittimu u l-istatus tal-baħħara Ö fil-Komunità Õ. ê 2001/25/KE premessa 6 (adattat) (4) Ö L Õ ivell ta’ taħriġ konsistenti Ö għall-għoti ta’ ċertifikati ta’ kompetenza vokazzjonali lill-baħħara Õ fl-interessi tas-sigurtà marittima. ê 2001/25/KE premessa 7 (adattat) (5) Id-Direttiva Ö tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta’ Settembru 2005 Õ dwar l-għarfien ta’ Ö kwalifiki Õ professjonali[11] tgħodd għal xogħlijiet marittimi koperti b’din id-Direttiva. Ö Hi Õ għandha tgħin biex tippromwovi l-konformità ma’ l-obbligi stabbiliti fit-Trattat li jneħħu ostakli għall-moviment liberu ta’ persuni u servizzi bejn l-Istati Membri. ê 2001/25/KE premessa 8 (adattat) (6) L-għarfien reċiproku ta’ diplomi u ċertifikati li għalihom hemm provdut taħt id-Direttiva Ö 2005/36/KE Õ mhux dejjem jiżgura livell standardizzat ta’ taħriġ għall-baħħara kollha li jagħtu servizz abbord bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru. Dan huwa, madankollu, ta’ importanza kbira mill-aspett tas-sigurtà marittima. ê 2001/25/KE premessa 9 (adattat) (7) Huwa għalhekk essenzjali li jiġi definit livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara fil-Komunità. Ö Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu ibbażati Õ fuq l-istandards ta’ taħriġ li diġà hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari il-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (Konvenzjoni STCW), kif riveduta fl-1995; l-Istati Membri kollha huma Partijiet għal dik il-Konvenzjoni. ê 2001/25/KE premessa 10 (8) L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards ogħla mill-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni STCW u f’din id-Direttiva. ê 2001/25/KE premessa 11 (9) Ir-regolamenti tal-Konvenzjoni STCW stabbiliti f’Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu appoġġjati bid-dispożizzjonijiet mandatarji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW. Il-Parti B tal-Kodiċi STCW fiha gwida rakkomandata maħsuba biex tassisti l-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW u lil dawk involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-infurzar tal-miżuri tagħha biex jagħtu lill-Konvenzjoni effett sħiħ u komplet b’mod uniformi. ê 2001/25/KE premessa 12 (10) Għat-titjib fis-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal ta’ l-għassa skond il-Konvenzjoni STCW. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni ta’ ħin tax-xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta’ l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST)[12]. ê 2001/25/KE premessa 13 (11) Sabiex tiġi mtejba s-sigurtà marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis marittimu, għandha tittejjeb il-komunikazzjoni fost membri ta’ l-ekwipaġġ fuq vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-Komunità. ê 2001/25/KE premessa 14 (12) Il-persunal abbord vapuri tal-passiġġieri maħtur sabiex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandu jkun jista’ jikkomunika mal-passiġġieri. ê 2001/25/KE premessa 15 (adattat) (13) Ekwipaġġi fuq tankers li jġorru tagħbija li tagħmel ħsara għas-saħħa jew li tniġġes għandhom ikunu jistgħu ikampaw b’mod effiċjenti mal-prevenzjoni ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huwa ta’ l-akbar importanza li tiġi stabbilita rabta ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħħara, li tkopri l-ħtiġiet provduti għalihom Ö f’din id-Direttiva Õ. ê 2003/103/KE premessa 3 (adattat) (14) Huwa essenzjali li jiġi assigurat li baħħara li jkollom ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi u li jservu fuq bastimenti fil-Komunità jkollhom livell ta' kompetenza ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW. Ö Din Õ id-Direttiva Ö għandha Õ tistabbilixxi proċeduri u kriterji komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi Ö , ibbażat fuq il-ħtiġiet tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni kif sar qbil fuqhom fl-istruttura tal-Konvenzjoni STCW Õ. ê 2001/25/KE premessa 18 (15) Fl-interessi tas-sigurtà fuq il-baħar, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kwalifiki li jagħtu prova tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ biss fejn dawn ikunu maħruġa minn jew f’isem il-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li jkunu ġew identifikati mill-Kumitat tas-Sigurtà Marittima (MSC) ta’ l-IMO bħala li jkunu jidhru li taw, u li għadhom jagħtu, effett sħiħ għall-istandards stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Biex jimtela l-vojt taż-żmien sakemm l-MSC ikun jista’ jagħmel din l-identifikazzjoni, hemm bżonn ta’ proċedura għall-għarfien preliminari ta’ ċertifikati. ê 2001/25/KE premessa 19 (16) Fejn xieraq, għandhom jiġu spezzjonati istituti marittimi, programmi ta’ taħriġ u korsijiet marittimi. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti kriterji ta’ spezzjoni. ê 2001/25/KE premessa 20 (adattat) (17) Ö Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat Õ fit-twettiq tax-xogħlijiet relatati ma’ l-eżerċizzju ta’ l-għarfien ta’ ċertifikati maħruġa minn istituti ta’ taħriġ jew amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. ê 2001/25/KE premessa 21 (18) L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa li jtejjbu s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ilmijiet tal-Komunità permezz ta’ spezzjonijiet ta’ prijorità fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz li ma jkunx irratifika il-Konvenzjoni STCW, b’hekk jiżguraw li ma jkunx hemm aktar trattament favorevoli għal bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ Stat terz. ê 2001/25/KE premessa 22 (adattat) (19) Huwa xieraq li f’din id-Direttiva jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port, l-emenda tad-[Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 Ġunju 1995 Ö dwar il-kontroll portwali ta’ l-Istat fuq it-tbaħħir Õ[13]] sabiex jiġu trasferiti għal dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port li huma inklużi f’din id-Direttiva. ê 2001/25/KE premessa 23 (20) Huwa neċessarju li jiġu pprovduti proċeduri biex din id-Direttiva tiġi addattata għal bidliet f’konvenzjonijiet u kodiċi internazzjonali. ê 2001/25/KE premessa 24 (21) Dawn il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi il-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ implimentazzjoni tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni[14]. ò ġdid (22) Għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex tadatta din id-Direttiva sabiex tapplika, għall-għanijiet tagħha, emendi sussegwenti għall-ċerti kodiċi internazzjonali u kwalunkwe emendi rilevanti għall-leġizlazzjoni Komunitarja. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, dawn jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. ê 2001/25/KE premessa 25 (adattat) (23) Il-Kunsill għandu jirrevedi l-Anness II fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi jaġixxi fuq proposta mogħtija mill-Kummissjoni Ö sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2008 Õ. ò ġdid (24) L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. ê 2001/25/KE premessa 27 (adattat) (25) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri Ö rigward Õ il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni Ö fil-liġi nazzjonali Õ tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B, ê 2001/25/KE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: 1. “ il-kaptan ” għandha tfisser il-persuna li għandha l-kmand tal-vapur; 2. “ l-uffiċjal ” għandha tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ, mhux il-kaptan, nominat hekk bil-liġi jew regolamenti nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ din in-nomina, bi ftehim kollettiv jew drawwa; 3. “ l-uffiċjal tal-gverta ” għandha tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta’ l-Anness I; 4. “ iċ-chief mate ” għandha tfisser l-uffiċjal fil-grad ta’ wara l-kaptan li fuqu jaqa’ l-kmand tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità tal-kaptan; 5. “ l-uffiċjal ta’ l-inġinerija ” għandha tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I; 6. “ l-uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija ” għandha tfisser l-uffiċjal superjuri ta’ l-inġinerija responsabbli mill-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur; 7. “ it-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija ” għandha tfisser l-uffiċjal ta’ l-inġinerija fil-grad ta’ wara l-uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija li fuqu taqa’ r-responsabbiltà għall-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-installazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità ta’ l-uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija; 8. “ l-uffiċjal assistent ta’ l-inġinerija ” għandha tfisser persuna taħt taħriġ biex tilħaq uffiċjal ta’ l-inġinerija u nominat hekk mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali; 9. “ operatur tar-radju ” għandha tfisser persuna li għandha ċertifikat xieraq maħruġ jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju, kif definit fil-punt 18; 10. “ baħħar ” għandha tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur minbarra l-kaptan jew uffiċjal; 11. “ vapur li jbaħħar ” għandha tfisser vapur għajr dawk li jbaħħru b’mod esklussiv f’ilmijiet interni jew f’ilmijiet ġewwa jew viċin ta’ ilmijiet jew żoni milqugħin fejn jgħoddu r-regolamenti tal-port; 12. “ vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ” għandha tfisser vapur irreġistrat fi u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru skond il-leġislazzjoni tiegħu. Vapur li ma jikkorrispondix ma’ din id-definizzjoni għandu jiġi meqjus bħala vapur li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz; 13. “ vjaġġi qrib ix-xatt ” għandha tfisser vjaġġi fil-viċinanza ta’ Stat Membru kif definit minn dak l-Istat Membru; 14. “ qawwa ta’ propulsjoni ” għandha tfisser is-saħħa massima totali kontinwa mfissra f’ kilowatts tal-magni prinċipali ta’ propulsjoni kollha tal-vapur li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vapur jew dokument ieħor uffiċjali; 15. “ tanker taż-żejt ” għandha tfisser vapur mibni u użat għat-trasport ta’ pitrolju u prodotti tal-pitrolju fi kwantitajiet kbar; ê 2002/84/KE Art. 11 pt. 1 16. “ tanker kimiku ” għandu jfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport bl-ingrossa ta' kull prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Kimika bl-Ingrossa, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; 17. “ tanker ta' gass likwifikat ” għandu jfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport bl-ingrossa ta' kull gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta' Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; 18. “ Regolamenti tar-Radju ” għandhom ifissru r-regolamenti riveduti tar-radju, adottati mill-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju għas-Servizz Mobbli fil-verżjoni aġġornata tagħhom; ê 2001/25/KE 19. “ vapur tal-passiġġieri ” għandha tfisser vapur li jbaħħar li jġorr aktar minn 12-il passiġġier; 20. “ dgħajjes tas-sajd ” għandha tfisser dgħajjes użati għall-qbid ta’ ħut jew ta’ riżorsi ħajjin oħra tal-baħar; ê 2002/84/KE Art. 11 pt. 1 21. “ il-Konvenzjoni STCW ”; għandha tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Ħarsien għal Baħrin kif tapplika għal materji kkonċernati li jieħdu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet transitorji ta' l-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u li tinkludi, meta approprjat, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjoni aġġornata tagħha; 22. “ dmirijiet tar-radju ”; għandhom jinkludu, kif approprjat, il-ħarsien u l-manutenzjoni teknika u tiswijiet kondotti in konformita' mar-Regolamenti tar-Radju, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (1974), (il-Konvenzjoni Solas) u, fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; 23. “ vapur tal-passiġġieri ro-ro ”; għandu jfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta' kategorija speċjali kif definit fil-Konvenzjoni ta' Solas, fil-verżjoni aġġornata tagħha; 24. “ Kodiċi STCW ”; għandu jfisser il-Kodiċi ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Sorveljanza tal-Baħħara (STCW) kif adottata mir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Partijiet STCW ta' l-1995 fil-verżjoni aġġornata tagħha; ê 2001/25/KE 25. “ funzjoni ” għandha tfisser grupp ta’ xogħlijiet, obbligi u responsabbiltajiet, kif speċifikat fil-Kodiċi STCW, meħtieġa għat-tħaddim tal-vapuri, sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu; 26. “ kumpanija ” għandha tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-vapur mingħajr ekwipaġġ li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand is-sid tal-vapur u li, meta jkun ħa din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jimxi ma’ l-obbligi u r-responsabbiltajiet imposti fuq il-kumpanija b’dawn ir-regolamenti; 27. “ ċertifikat xieraq ” għandha tfisser ċertifikat maħruġ u ffirmat skond din id-Direttiva u li jippermetti lill-pussessur legali tiegħu jaħdem fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikati fih fuq it-tip ta’ vapur, tat-tunnellaġġ, tas-saħħa u mezzi ta’ propulsjoni konċernat meta jkun fuq il-vjaġġ partikolari konċernat; 28. “ servizz ta’ tbaħħir ” għandha tfisser abbord il-vapur rilevanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew kwalifiki oħra; 29. “ approvat ” għandha tfisser approvat mill-Istat Membru skond din id-Direttiva; 30. “ pajjiż terz ” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż li ma jkunx Stat Membru; 31. “ xahar ” għandha tfisser xahar tal-kalendarju jew 30 ġurnata magħmulin minn perjodi ta’ inqas minn xahar. Artikolu 2 Il-Kamp Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-baħħara msemmija f’din id-Direttiva li jagħtu s-servizz fuq vapuri tat-tbaħħir li jtajjru bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’: (a) vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu il-proprjetà jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-Gvern; (b) dgħajjes tas-sajd; (ċ) dgħajjes tal-pjaċir mhux użati f’kummerċ; (d) vapuri ta’ l-injam ta’ struttura primittiva. Artikolu 3 Taħriġ u ċertifikazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom fuq vapuri kif imsemmi fl-Artikolu 2 jiġu għallinqas imħarrġa skond il-ħtiġiet tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 4 jew ċertifikati xierqa kif definit fl-Artikolu 1 punt (27). 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawk il-membri ta’ l-ekwipaġġ li għandhom ikunu ċċertifikati skond ir-Regolament III/10.4 tal-Konvenzjoni SOLAS jiġu mħarrġa u ċċertifikati skond din id-Direttiva. ê 2005/45/KE Art. 4 pt. 1 Artikolu 4 Ċertifikat Ċertifikat għandu jkun kwalunkwe dokument validu, bi kwalunkwe isem li bih jista' jkun magħruf, maħruġ minn jew taħt l-awtorità ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skond l-Artikolu 5 u skond ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness I. ê 2001/25/KE Artikolu 5 Ċertifikati u awtorizzazzjonijiet 1. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu skond l-Artikolu 11. 2. Iċ-ċertifikati ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju għandhom jiġu ffirmati mill-Istat Membru kif preskritt f’dan l-Artikolu. ê 2003/103/KE Art. 1 pt. 1(a) 3. Ċertifikati għandhom jinħarġu skond ir-Regolament I/2, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni STCW. ê 2001/25/KE è1 2003/103/KE Art. 1 pt. 1(b) 4. Fir-rigward ta’ operaturi tar-radju, Stati Membri jistgħu: (a) jinkludu l-għarfien żejjed meħtieġ mir-regolamenti relevanti fl-eżaminazzjoni għal kwistjoni ta’ ċertifikat konformi mar-Regolamenti tar-Radju; jew (b) joħorġu ċertifikat separat li jindika li l-pussessur għandu t-tagħrif addizzjonali meħtieġ mir-regolamenti relevanti. 5. Fuq id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru, l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu inkorporati fil-forma ta’ ċertifikati maħruġa kif provdut fit-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW. Jekk ikunu inkorporati b’dan il-mod, il-forma użata għandha tkun dik stabbilita fit-taqsima A-I/2, paragrafu 1. Jekk maħruġa b’mod ieħor, il-formola ta’ l-awtorizzazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dik it-taqsima. è1 Ratifiki għandhom jinħarġu skond l-Artikolu VI, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni STCW. ç 6. Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19((2) għandu jiffirma dak iċ-ċertifikat biex jafferma ir-rikonoxximent tiegħu. Il-forma tad-dikjarazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW. 7. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6: (a) jistgħu jiġu maħruġa bħala dokumenti separati; (b) għandhom jingħataw numru uniku għal kull waħda, għajr l-awtorizzazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat li jistgħu jingħataw l-istess numru taċ-ċertifikat ikkonċernat, sakemm dak in-numru ikun uniku; u (ċ) għandhom kollha jiskadu malli jiskadi jew jiġi irtirat, jiġi sospiż jew ikkanċellat iċ-ċertifikat iffirmat mill-Istat Membru jew pajjiż terz li jkun ħarġu u, f’kull każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. 8. Il-kapaċità li fiha l-pussessur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat sabiex jaħdem għandha tkun identifikata f’forma ta’ dikjarazzjoni f’termini identiċi għal dawk użati fil-ħtiġiet li japplikaw għal ħidma bla perikolu ta’ l-Istati Membri kkonċernati. 9. Stat Membru jista’ juża format differenti mill-format stabbilit fit-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW, sakemm għallinqas, tkun provduta l-informazzjoni meħtieġa f’karattri Rumani u figuri Għarab, waqt li jingħata kas tal-varjazzjonijiet permessi taħt it-taqsima A-I/2. 10. Soġġett għall-Artikolu 19(7) kull ċertifikat meħtieġ b’din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu, il-pussessur, jagħti s-servizz tiegħu. Artikolu 6 Ħtiġiet tat-taħriġ It-taħriġ meħtieġ bl-Artikolu 3 għandu jkun f’forma xierqa għat-tagħrif teoretiku u l-abilitajiet prattiċi meħtieġa bl-Anness I, b’mod partikolari l-użu ta’ tagħmir għas-sigurtà tal-ħajja u ta’ tifi tan-nar, u approvat mill-awtorità kompetenti jew organizzazzjoni maħtura minn kull Stat Membru. Artikolu 7 Prinċipji li jirregolaw vjaġġi qrib ix-xatt 1. Meta jiddefinixxu vjaġġi qrib ix-xatt, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu taħriġ, esperjenza jew ċertifikazzjoni fuq baħħara li jagħtu servizz abbord vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW u li jkunu involuti fi vjaġġi bħal dawn b’mod li jirriżultaw fi ħtiġiet aktar stretti għal dawn il-baħħara milli għal baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom stess. Fl-ebda każ ma jista’ Stat Membru jimponi ħtiġiet fir-rigward ta’ baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW aktar minn dawk ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. 2. Fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru involut b’mod regolari fi vjaġġi qrib ix-xatt ’il barra mix-xatt ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW, l-Istat Membru li l-vapur tiegħu ikun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu għandu jippreskrivi ħtiġiet ta’ taħriġ, esperjenza u ċertifikazzjoni għall-baħħara li jagħtu servizz fuq dawn il-vapuri li jkunu għallinqas ekwivalenti għal dawk ta’ l-Istat Membru jew tal-Parti għall-Konvenzjoni STCW ta’ fejn il-vapur ikun involut barra x-xatt tiegħu, sakemm ma jeċċedux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. Baħħara li jagħtu servizz fuq vapur li jtawwal il-vjaġġ tiegħu aktar milli huwa ddefinit bħala vjaġġ qrib ix-xatt minn Stat Membru u li jidħol f’ilmijiet mhux koperti minn dik id-definizzjoni għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet xierqa ta’ din id-Direttiva. 3. Stat Membru jista’ jippermetti għall-vapur li jkun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu, il-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet tal-vjaġġ qrib ix-xatt ta’ din id-Direttiva meta jkun involut b’mod regolari barra x-xatt ta’ post li ma jagħmilx Parti mill-Konvenzjoni STCW fi vjaġġi qrib ix-xatt kif iddefinit minn dak l-Istat Membru. 4. Malli jiddeċiedu dwar id-definizzjoni ta’ vjaġġi qrib ix-xatt u l-kondizzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ meħtieġa minnhom skond il-ħtiġiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tad-dispożizzjonijiet li huma adottaw. ê 2005/45/KE Art. 4 pt. 2 Artikolu 8 Prevenzjoni ta' frodi u prattiċi illegali oħra 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri xierqa sabiex jipprevjenu l-frodi u prattiċi illegali oħra li jinvolvu l-proċess ta' ċertifikazzjoni jew ċertifikati maħruġa u approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u għandhom jipprovdu għal pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. 2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikxfu u jiġġieldu l-frodi u prattiċi oħra illegali u jpartu informazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri u ta' pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' baħħara. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bid-dettalji ta' dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minnufih. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw minnufih bid-dettalji ta' dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lil kwalunkwe pajjiż terz li miegħu huma daħlu f'xi qbil skond ir-Regolament I/10, paragrafu 1.2 tal-Konvenzjoni STCW. 3. Fuq talba ta' Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu konferma jew ċaħda bil-miktub ta' l-awtentiċità ta' ċertifikati ta' baħħara, ta' approvazzjonijiet korrispondenti jew ta' kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta' taħriġ maħruġa f'dak l-Istat Membru l-ieħor. ê 2001/25/KE (adattat) Artikolu 9 Penalitajiet jew miżuri dixxiplinarji 1. Stati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe inkompetenza, att jew ommissjoni li tkun ġiet irrapportata, li tista’ tkun ta’ theddida diretta għas-sigurtà tal-ħajja jew proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar, min-naħa tal-pussessur taċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qadi tad-dmirijiet li jkollhom x’jaqsmu maċ-ċertifikati tagħhom u għall-irtirar, sospensjoni u kanċellazzjoni ta’ dawn iċ-ċertifikati għal din il-kawża u għall-prevenzjoni ta’ frodi. 2. Kull Stat Membru għandu jippreskrivi penalitajiet jew miżuri dixxiplinarji għal każi li fihom id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi nazzjonali li tagħti effett lil din id-Direttiva ma jiġux imħarsa fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu jew fil-każ ta’ baħħara ċċertifikati kif dovut minnu. 3. B’mod partikolari, dawn il-penalitajiet jew miżuri dixxiplinarji għandhom jiġu preskritti u infurzati f’każi li fihom: (a) kumpanija jew kaptan ikunu ingaġġaw persuna li ma jkollhiex ċertifikat kif meħtieġ b’din id-Direttiva; (b) kaptan ikun ħalla kwalunkwe funzjoni jew servizz f’kull kapaċità taħt din id-Direttiva li għandha ssir minn persuna li jkollha ċertifikat xieraq sabiex din issir minn persuna li ma jkollhiex iċ-ċertifikat meħtieġ, dispensa valida jew li ma jkollhiex evidenza bil-miktub meħtieġa bl-Artikolu 19(7); jew (ċ) persuna tkun kisbet impjieg bi frodi jew billi ffalsifikat dokumenti biex taqdi kwalunkwe funzjoni jew biex tagħti servizz fi kwalunkwe kapaċità li taħt din id-Direttiva għandha ssir jew titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat jew dipensa. 4. L-Istati Membri li fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab kwalunkwe kumpanija jew kwalunkwe persuna li tkun maħsuba għal raġunijiet ċari li kienet responsabbli minn jew li kienet taf li hemm nuqqas ta’ konformità ċara ma’ din id-Direttiva speċifikata fil-paragrafu 3 għandhom jestendu l-kooperazzjoni lejn kwalunkwe Stat Membru jew Parti oħra għall-Konvenzjoni STCW li javżahom bl-intenzjoni tiegħu li ser jibda proċeduri taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. Artikolu 10 Standards ta’ kwalità 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li: (a) it-taħriġ kollu, stima ta’ kompetenza, ċertifikazzjoni, iffirmar u attivitajiet ta’ validar mill-ġdid magħmulin minn aġenziji mhux governattivi jew organizzazzjonijiet taħt l-awtorità tiegħu jkunu kontrollati kontinwament minn sistema ta’ standards tal-kwalità li tiżgura li jiġu sodisfatti l-għanijiet definiti, inklużi dawk dwar il-kwalifiki u l-esperjenza ta’ l-għalliema u assessuri; (b) fejn aġenziji jew organizzazzjonijiet governattivi iwettqu dawn l-attivitajiet, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità; (ċ) l-edukazzjoni u l-għanijiet ta’ taħriġ u standards ta’ kompetenza relatati li għandhom jintlaħqu jkunu ddefiniti b’mod ċar u jkunu identifikati l-livelli ta’ l-għarfien, fehim u abilitajiet xierqa għall-eżamijiet u stimi meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW. L-għanijiet u l-istandards ta’ kwalità relatati jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni; (d) l-oqsma ta’ applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, il-korsijiet ta’ taħriġ u l-programmi kollha, eżamijiet u stimi magħmula minn jew taħt l-awtorità ta’ kull Stat Membru u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa minn għalliema u assessuri, jikkunsidraw il-politika, sistemi, kontrolli u eżamijiet mill-ġdid ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità stabbiliti biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti. L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati Ö msemmijin fil-punt (c) ta' l-ewwel subparagrafu Õ jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta' taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta' ċertifikazzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li evalwazzjonijiet indipendenti ta’ tagħrif, fehim, abiltajiet u akkwist tal-kompetenza u attivitajiet ta’ stima, u ta’ l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, jiġu mwettqa f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin minn persuni kkwalifikati li ma jkunux huma stess involuti fl-attivitajiet ikkonċernati sabiex jivverifikaw li: (a) il-kontroll ta’ l-amministrazzjoni interna kollu u l-miżuri ta’ kontroll u azzjonijiet kontinwi jkunu f’konformità mal-ftehim ippjanati u l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u li jkunu effettivi biex jiżguraw l-ilħuq ta’ l-għanijiet definiti; (b) ir-riżultati ta’ kull evalwazzjoni indipendenti jiġu ddokumentati u miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawk responsabbli għaż-żona evalwata; (ċ) tittieħed azzjoni fil-ħin biex tikkoreġi defiċjenzi. 3. Għandu jiġi kkomunikat rapport dwar kull evalwazzjoni magħmula skond il-paragrafu 2 mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-evalwazzjoni. Artikolu 11 Standards mediċi — Ħruġ u reġistrazzjoni ta’ ċertifikati 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards ta’ saħħa medika għall-baħħara, speċjalment dwar il-vista u s-smigħ. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu. 3. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi prova sodisfaċenti: (a) ta’ l-identità tiegħu; (b) li l-età tiegħu ma tkunx iżgħar minn dik preskritta fir-Regolamenti stabbiliti fl-Anness I relevanti għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih; (ċ) li huwa jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika, speċjalment dwar il-vista u s-smigħ, stabbiliti mill-Istat Membru u li għandu dokument validu li juri s-saħħa medika tiegħu, maħruġ minn tabib ikkwalifikat rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru; (d) li jkun temm is-servizz tal-baħħara u kull taħriġ obbligatorju relatat preskritt fir-Regolamenti fl-Anness I għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih; (e) li huwa jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza preskritti fir-Regolamenti fl-Anness I għall-kapaċitajiet, funzjonijiet u livelli li għandhom jiġu identifikati fid-dikjarazzjoni għaċ-ċertifikat. 4. Kull Stat Membru għandu: (a) iżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati kollha u awtorizzazzjonijiet għall-kaptani u uffiċjali u, kif xieraq, għall-baħħara, li jiġu maħruġa, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati mitlufa jew li jkunu ġew meqruda u ta’ dispensi maħruġa; (b) jagħmel disponibbli informazzjoni dwar l-istat ta’ dawn iċ-ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u dispensi lill-Istati Membri l-oħra jew lill-Partijiet oħra tal-Konvenzjoni STCW u lill-kumpanniji li jitolbu verifika ta’ l-awtentiċità u tal-validità ta’ ċertifikati mogħtija lilhom minn baħħara li jkunu qegħdin ifittxu rikonoxximent taċ-ċertifikati tagħhom jew impjieg fuq vapur. Artikolu 12 Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati 1. Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut taħt kwalunkwe kapitolu ta’ l-Anness I minbarra l-Kapitolu VI, li jkun qiegħed jagħti s-servizz tiegħu fuq il-baħar jew jixtieq li jerġa’ lura fuq il-baħar wara perjodu fuq ix-xatt għandu, sabiex ikompli jikkwalifika għas-servizz fuq il-baħar, ikun meħtieġ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin li; (a) jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika preskritti bl-Artikolu 11; u (b) jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa skond it-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW. 2. Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju għandu, għal servizz kontinwu fuq il-baħar abbord vapuri li għalihom ikun sar ftehim internazzjonali dwar il-ħtiġiet ta’ taħriġ speċjali, itemm it-taħriġ relevanti approvat b’suċċess. 3. Kull Stat Membru għandu jqabbel l- istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Frar 2002 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat xieraq fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jistabbilixxi l-ħtieġa li dawn il-pussessuri ta’ dawn iċ-ċertifikati jagħmlu taħriġ xieraq jew eżaminazzjoni xierqa mill-ġdid. Għandhom ikunu approvati korsijiet mill-ġdid u korsijiet ta’ aġġornament u jinkludu bidliet f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali relevanti dwar is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu u jikkunsidraw kull aġġornament ta’ l-istandard ta’ kompetenza kkonċernat. 4. Kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni ma’ dawk ikkonċernati, jifformula jew jippromovi l-formolazzjoni ta’ struttura ta’ korsijiet mill-ġdid jew ta’ aġġornament kif ipprovdut għalihom fit-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW. 5. Għall-għan ta’ l-aġġornamet tat-tagħrif tal-kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi ta’ tibdil riċenti f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali dwar is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu jkunu disponibbli għall-vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu. Artikolu 13 Użu ta’ simulaturi 1. Għandu jkun hemm konformità ma’ l-istandards ta’ rendiment u dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fit-taqsima A-I/12 tal-Kodiċi STCW u dawk il-ħtiġiet oħra kif inhuma preskritti f’Parti A tal-Kodiċi STCW għal kull ċertifikat ikkonċernat fir-rigward ta’: (a) kull taħriġ mandatarju bbażat fuq simulatur; (b) kull stima ta’ kompetenza meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW li ssir permezz ta’ simulatur; (ċ) kull wirja, permezz ta’ simulatur, ta’ profiċjenza kontinwa meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW. 2. Simulaturi installati jew imħaddma qabel l-1 ta’ Frar 2002 jistgħu ikunu eżentati minn konformità sħiħa ma’ l-istandards ta’ rendiment li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 fuq id-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru. Artikolu 14 Responsabbiltajiet tal-kumpaniji 1. Skond il-paragrafi 2 u 3 l-Istati Membri għandhom iżommu responsabbli lill-kumpaniji mill-assenjazzjoni tal-baħħara għas-servizz fuq il-vapuri tagħhom skond din id-Direttiva, u għandhom jeħtieġu kull kumpanija li tiżgura li: (a) kull baħri assenjat għal kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha jkollu ċertifikat xieraq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u kif stabbilit mill-Istat Membru; (b) il-vapuri tagħha jkunu mgħammra bin-nies skond il-ħtiġiet ta’ l-Istati Membri għas-sigurtà tal-ħaddiema li japplikaw; (ċ) id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti għall-baħħara kollha impjegati fuq il-vapuri tagħha jinżammu u dawn ikunu aċċessibbli faċilment, u jkunu jinkludu, mingħajr ma jkunu llimitati għal, dokumentazzjoni u informazzjoni dwar l-esperjenza, taħriġ, saħħa medika u kompetenza dwar id-doveri mogħtija lilhom; (d) meta jiġu assenjati fuq kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha l-baħħara jiffamiljarizzaw ruħhom mad-doveri tagħhom u ma’ l-arraġamenti, installazzjonijiet, tagħmir, proċeduri, u mal-karatteristiċi kollha tal-vapur li jkunu rilevanti għar-rutina jew għad-doveri ta’ emerġenza tagħhom; (e) il-kumpliment tal-vapur ikun jista’ jikkoordina b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u fit-twettiq ta’ funzjonijiet vitali għas-sigurtà jew għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni tat-tniġġis. 2. Kumpaniji, kaptani u membri ta’ l-ekwipaġġ għandhom kull wieħed ikollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu jingħataw effett sħiħ u komplet u li jittieħdu miżuri oħra bħal dawn kif jista’ jkun hemm bżonn biex jiżguraw li kull membru ta’ l-ekwipaġġ jista’ jagħmel kontribuzzjoni informata għat-tħaddim bla perikolu tal-vapur. 3. Il-kumpanija għandha tipprovdi struzzjonijiet bil-miktub lill-kaptan ta’ kull vapur li għalih tkun tgħodd din id-Direttiva, tistabbilixxi l-politika u l-proċeduri li għandhom jiġu mħarsa biex ikun żgurat li l-baħħara kollha impjegati ġodda fuq il-vapur jingħataw opportunità raġonevoli biex isiru familjari mat-tagħmir, mal-proċeduri ta’ ħidma fuq il-vapur u ma’ arranġamenti oħra meħtieġa għall-qadi xieraq tad-dmirijiet tagħhom, qabel ma jiġu mogħtija dawk id-dmirijiet. Din il-politikau dawn il-proċeduri għandhom jinkludu: (a) l-allokazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien raġonevoli waqt liema kull baħri impjegat ġdid ikollu l-opportunità li jsir familjari: (i) mat-tagħmir speċifiku li l-baħri sejjer juża jew iħaddem; u (ii) ma’ l-għassa speċifika tal-vapur, sigurtà, protezzjoni ta’ l-ambjent u proċeduri ta’ emerġenza u arranġamenti li jkollu bżonn il-baħri biex ikun jaf jagħmel id-doveri mogħtija lilu sew; (b) in-nomina ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ informat li jkun responsabbli milli jiżgura li kull baħri impjegat ġdid ikun mogħti opportunità li jirċievi informazzjoni essenzjali b’lingwa li l-baħri jifhem. Artikolu 15 Saħħa għax-xogħol 1. Sabiex ma jkunx hemm għeja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għal persunal ta’ l-għassa u jeħtieġu li sistemi ta’ għassa ikunu hekk magħmula li l-effiċjenza tal-persunal ta’ l-għassa ma tkunx imfixkla b’għeja u li d-dmirijiet jkunu organizzati b’tali mod li l-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-għases sussegwenti ta’ riljev ikunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol. 2. Il-persuni kollha li jkunu mogħtija dmir bħala uffiċjal li jieħu ħsieb l-għassa jew bħala baħri li jagħmel parti minn għassa għandhom ikollhom għallinqas 10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perjodu ta’ 24 siegħa. 3. Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux aktar minn żewġ perjodi, wieħed minnhom għandu jkun ta’ l-anqas twil sitt sigħat. 4. Il-ħtiġiet għal perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jinżammu fil-każ ta’ emerġenza jew eżerċitazzjoni militari jew f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni oħra aktar urġenti. 5. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, il-perjodu minimu ta’ 10 sigħat jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn sitt sigħat konsekuttivi sakemm l-ebda tnaqqis bħal dan ma jiġi estiż għal aktar minn jumejn u jkunu pprovduti għallinqas 70 siegħa ta’ mistrieħ għal kull perjodu ta’ sebat ijiem. 6. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li skedi ta’ l-għassa jitwaħħlu f’post fejn ikunu aċċessibbli faċilment. Artikolu 16 Dispensa 1. F’ċirkustanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk fl-opinjoni tagħhom dan ma jkunx ta’ perikolu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, joħorġu dispensa li tippermetti perjodu speċifiku ta’ mhux aktar minn sitt xhur f’kapaċità, minbarra dik ta’ operatur tar-radju, minbarra kif ipprovdut bir-Regolamenti tar-Radju rilevanti, għal liema ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq, sakemm il-persuna għal min tkun maħruġa din id-dispensa tkun ikkwalifikata b’mod addattat sabiex timla’ il-post vakanti b’mod bla perikolu għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, ma għandhomx jingħataw dispensi għal kaptani jew għal uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija, minbarra f’każ ta’ forza maġġuri u f’dak il-każ għall-iqsar perjodu possibbli. ê 2001/25/KE 2. Kull dispensa mogħtija għal kariga għandha tingħata biss lill-persuna ċċertifikata bix-xieraq biex timla l-kariga li tinsab immedjatamet hawn taħt. Fejn ċertifikazzjoni tal-kariga taħt ma tkunx meħtieġa, tista’ tinħareġ dispensa lil persuna li l-kwalifiki u l-esperjenza tagħha, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ikunu ta’ ekwivalenza ċara għall-ħtiġiet għall-kariga li għandha tiġi mimlija, sakemm, jekk din il-persuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat xieraq, hija jew huwa għandu jkun meħtieġ li jgħaddi eżami aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex juri li din id-dispensa tista’ tiġi maħruġa bla periklu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kariga msemmija tkun mimlija mill-pussessur ta’ ċertifikat xieraq malajr kemm jista’ jkun. ê 2001/25/KE Artikolu 17 Responsabbiltajiet ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ taħriġ u stima. 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet li għandhom: (a) jagħtu t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3; (b) jorganizzaw u/jew jissorveljaw l-eżamijiet fejn ikun meħtieġ; (ċ) joħorġu ċertifikati ta’ kompetenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11; (d) jagħtu d-dispensa li għaliha jipprovdi l-Artikolu 16. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li: (a) it-taħriġ u l-istimi kollha tal-baħħara jkunu: (i) strutturati skond il-programmi bil-miktub, li jinkludu dawk il-metodi u mezzi ta’ kif jiġu mogħtija, proċeduri u materjal tal-kors kif inhuma neċessarji biex jintlaħaq l-istandard ta’ kompetenza preskritt; u (ii) imwettqa, sorveljati, evalwati u megħjuna minn persuni kwalifikati skond il- punti (d), (e) u (f); (b) persuni li jagħmlu taħriġ waqt ix-xogħol jew stimi abbord vapur jagħmlu hekk biss meta dan it-taħriġ jew din l-istima ma taffetwax ħażin it-tħaddim normali tal-vapur u jistgħu jiddedikaw il-ħin u l-attenzjoni tagħhom għat-taħriġ jew għall-eżaminazzjoni; (ċ) għalliema, kontrolluri u assessuri jkunu kkwalifikati sewwa għat-tipi u livelli partikolari ta’ taħriġ jew ta’ eżaminazzjoni tal-kompetenza tal-baħħara jew abbord il-vapur jew fuq l-art; (d) kull persuna li tkun qiegħda tmexxi taħriġ ta’ aġġornament tal-baħħara, jew abbord il-vapur jew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża għall-kwalifikazzjoni għal ċertifikazzjoni taħt din id-Direttiva: (i) jkollha apprezzament tal-programm ta’ taħriġ u tifhem l-għanijiet speċifiċi tat-taħriġ għat-tip partikolari ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir; (ii) tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih ikun qiegħed isir it-taħriġ; u (iii) jekk it-taħriġ ikun qiegħed isir bl-użu ta’ simulatur: - tkun irċeviet gwida xierqa f’teknika ta’ struzzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi; u - tkun kisbet esperjenza prattika ta’ ħidma fuq it-tip partikolari ta’ simulatur li jkun qiegħed jiġi użat; (e) kull persuna responsabbli mill-kontroll tat-taħriġ fuq ix-xogħol ta’ baħri maħsub li jiġi użat għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ikollha fehim sħiħ tal-programm tat-taħriġ u l-għanijiet speċifiċi għal kull tip ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir; (f) kull persuna li tagħmel l-eżaminazzjoni tas-servizz waqt ix-xogħol tal-kompetenza ta’ baħri, jew abbord il-vapur jew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża biex tikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni: (i) ikollha livell xieraq ta’ għarfien u fehim tal-kompetenza li għandha tiġi eżaminata; (ii) tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih tkun qiegħda ssir l-eżaminazzjoni; (iii) tkun irċeviet gwida xierqa f’metodi ta’ eżaminazzjoni u prattika; (iv) tkun kisbet esperjenza ta’ eżaminazzjoni prattika; u (v) jekk tkun qegħda tagħmel eżaminazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi, tkun kisbet esperjenza ta’ eżaminazzjoni prattika fuq it-tip partikolari ta’ simulatur taħt is-sorveljanza u għas-sodisfazzjon ta’ eżaminatur b’esperjenza; (g) meta Stat Membru jirrikonoxxi kors ta’ taħriġ, istituzzjoni ta’ taħriġ, jew kwalifika mogħtija minn istituzzjoni ta’ taħriġ, bħala parti mill-ħtiġiet tagħha għall-ħruġ ta’ ċertifikat, il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza ta’ l-għalliema u ta’ l-assessuri huma koperti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-istandard tal-kwalità ta’ l-Artikolu 10. Dawn il-kwalifiki, esperjenza u applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità għandhom jinkorporaw taħriġ xieraq f’metodi ta’ teknika ta’ istruzzjoni u metodi ta’ taħriġ u prattika u jikkonformaw mal-ħtiġjiet kollha li japplikaw tal- punti (d), (e) u (f). Artikolu 18 Komunikazzjoni abbord il-vapur L-Istati Membri għandhom jiżguraw li: (a) mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (d), f’kull ħin ikun hemm, fuq il-vapuri kollha li jtajjru il-bandiera ta’ Stat Membru, mezzi fil-post għal komunikazzjoni orali effettiva dwar is-sigurtà bejn il-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ reċezzjoni tajba u fil-ħin u l-fehim ta’ messaġġi u istruzzjonijiet; (b) fuq il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru u fuq il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ Stat Membru, sabiex jiżguraw rendiment effettiv ta’ l-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta’ sigurtà, tiġi stabbilita lingwa ta’ xogħol u rreġistrata fir-reġistru ( log book ) tal-vapur. Il-kumpanija jew il-kaptan, kif xieraq, għandu jistabbilixxi l-lingwa tax-xogħol addattata. Kull baħri għandu jkun meħtieġ li jifhem u, fejn xieraq, jagħti ordnijiet u istruzzjonijiet u jirrapporta lura b’dik il-lingwa. Jekk il-lingwa tax-xogħol ma tkunx lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru, il-pjanijiet u l-listi kollha li għandhom jiġu pprovduti għandhom jinkludu traduzzjonijiet fil-lingwa tax-xogħol; (ċ) abbord vapuri tal-passiġieri, persunal imsemmi fil-listi tal-persunal ( muster lists ) biex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ikunu jistgħu jiġu identifikati immedjatament u jkollhom abilitajiet ta’ komunikazzjoni li jkunu suffiċjenti għal dak il-għan, filwaqt li jingħata każ tal-kumbinazzjoni xierqa u adekwata ta’ kwalunkwe mill-fatturi li ġejjin: (i) il-lingwa jew lingwi xierqa għan-nazzjonalitajiet prinċipali tal-passiġġieri ttrasportati fuq rotta partikolari; (ii) il-probabbilità li l-abbiltà li jintuża vokabularju elementari Ingliż għal struzzjonijiet bażiċi tista’ tipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni ma’ passiġġier li jkollu bżonn ta’ għajnuna kemm jekk il-passiġġier u l-membru ta’ l-ekwipaġġ ikollhom lingwa komuni u kemm jekk le; (iii) il-bżonn li jista’ jinħoloq ta’ komunikazzjoni waqt emerġenza permezz ta’ mezzi oħra (eż. b’wiri, sinjali bl-idejn, jew ġbid ta’ attenzjoni għal-lokazzjoni ta’ l-istruzzjoni, fejn ikunu jinsabu l-listi, tagħmir ta’ salvataġġ jew rotot ta’ evakwazzjoni) meta l-komunikazzjoni verbali ma tkunx prattika; (iv) kemm l-istruzzjonijiet tas-sigurtà kollha jkunu ġew provduti lill-passiġġiera fil-lingwa jew lingwi nativi tagħhom; (v) il-lingwi li fihom l-avviżi ta’ emerġenza jistgħu jixxandru waqt emerġenza jew eżerċizzju militari biex jagħtu gwida kritika lill-passiġġieri u biex jgħinu lill-membri ta’ l-ekwipaġġ fl-għajnuna lill-passiġġieri; (d) abbord tankers taż-żejt, tankers ta’ sustanzi kimiċi u tankers tal-gass illikwidifikat li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrinjistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin bil-lingwa(i) tax-xogħol komuni; ê 2003/103/KE Art. 1 pt. 2 (e) hemm mezzi adegwati għal komunikazzjoni bejn il-bastiment u l-awtoritajiet fuq l-art. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-Kapitolu V, Regolament 14, paragrafu 4, tal-Konvenzjoni SOLAS; ê 2001/25/KE (f) meta jsir kontroll fuq il-port mill-Istat taħt id-Direttiva [95/21/KE], l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw ukoll li l-vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. Artikolu 19 Rikonoxximent tac-ċertifikati ê 2003/103/KE Art. 1 pt. 3 (adattat) 1. Baħħara li ma għandhomx iċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtellgħu l-bandiera ta' Stat Membru, bil-kondizzjoni li deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati relattivi tagħhom tkun adottata permezz tal-proċedura mniżżla Ö fil-paragrafi 2 sa 6 Õ: Ö 2. Õ Stat Membru li bi ħsiebu jirrikonoxxi, b'ratifika, ċertifikati adattati maħruġa minn pajjiż terz lil-kaptan, fizzjal jew operatur tar-radju għal servizz fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera tiegħu,għandu jissottometti talba għar-rikonoxximent ta' dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Tas-Sigurtà Marittima Ewropea (minn hawn il-quddiem l-Aġenzija), stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew[15] forsi bl-involviment ta' kull Stat Membru ikkonċernat, għandu jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandu jagħmel stima tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih it-talba għar-rikonoxximent tkun saret, sabiex jiġi verifikat jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax il-ħtiġijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk il-miżuri xierqa itteħdux biex ma jitħalliex li jkun hemm frodi li jinvolvi ċertifikati. Ö 3. Õ Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta' pajjiż terz għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien tlett xhur mid-data tat-talba għal rikonoxximent. Jekk jingħata, ir-rikonoxximent għandu jkun validu soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat fil-perijodu stabbilit Ö fl-ewwel subparagrafu Õ, l-Istat Membru li jkun issottometta t-talba jista' jiddeċedi jirrikonoxxi l-pajjiż terz unilateralment sakemm tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura li jirriferi għaliha l-Artikolu 28(2). Ö 4. Õ Stat Membru jista' jiddeċidi, dwar bastimenti li jtajjru l-bandiera tiegħu, li jirratifikaw ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni, waqt li jiġu meħuda in konsiderazzjonion id-dispożizzjonijiet li jkunu jinsabu fl-Anness II punti (4) u (5). Ö 5. Õ Rikonoxximenti ta' ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi rikonoxxuti u ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , serje Ċ, qabel Ö l-14 ta’ Ġunju 2005 Õ għandhom jibqgħu validi. Tali rikonoxximenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx sussegwenetment irtirathom skond l-Artikolu 20. Ö 6. Õ Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taġġorna lista tal-pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , Serje Ċ. ê 2001/25/KE 7. Minkejja l-Artikolu 5(6), Stat Membru jista’, jekk hekk jitolbu ċ-ċirkostanzi, iħalli li baħri jagħti s-servizz tiegħu f’kariga li ma tkunx dik ta’ uffiċjal tar-radju jew operatur tar-radju, minbarra kif ipprovdut bir-Regolamenti tar-Radju, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur fuq vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, waqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u iffirmat kif meħtieġ minn pajjiż terz, iżda li jkun għadu mhux iffirmat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru konċernat sabiex jagħmlu xieraq għal servizz fuq vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu. Għandha tinżamm disponibbli evidenza bil-miktub li turi li l-applikazzjoni għall-firma ġiet imdaħħla għand l-awtoritajiet kompetenti. ê 2003/103/KE Art. 1 pt. 4 (adattat) Artikolu 20 Ö Nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet tal-Konvenzjoni STCW Õ 1. Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta Stat Membru jikkonsidra li pajjiż terz rikonoxxut ma għadux jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni STCW, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih, waqt li jagħti raġunijiet issostanzjati. Il-Kummissjoni għandha mingħajr telf ta' żmien tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat li jirriferi għalih l-Artikolu 28(1). 2. Minkejja l-kriterji speċifikati f' Anness II, meta l-Kummissjoni tikkonsidra li pajjiż terz ma għadux jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni STCW Konvenzjoni, għandha tinnotifika lill-Istati Membri minnufih, waqt li tagħti raġunijiet sostanzjati. Il-Kummissjoni għandha mingħajr telf ta' żmien tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat li jirriferi għalih l-Artikolu 28(1). 3. Meta Stat Membru jkun bil-ħsieb li jirtira r-ratifiki taċ-ċertifikati kollha maħruġa minn xi pajjiż terz, għandu mingħajr dewmien jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-intenzjoni tiegħu, waqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għaliha. 4. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tirrevedi mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz kkonċernat sabiex tivverifika jekk dak il-pajjiż naqasx milli jħares il-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni STCW. 5. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li stabbiliment partikolari ta' taħriġ marittimu ma għadux jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni STCW, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż ikkonċernat li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' dak il-pajjiż sejjer ikun rtirat fi żmien xahrejn kemm-il darba ma jitteħdux miżuri li jiżgurw li jkun konformi mal-obbligazzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW. 6. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandu jittieħed skond il-proċedura li jirriferi għaliha l-Artikolu 28(2), fi żmien xahrejn mid-data tal-komunika magħmula mill-Istat Membru. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipplimentaw id-deċiżjoni. 7. Ratifiki li jaffermaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati, maħruġa skond l-Artikolu 5(6) qabel id-data meta d-deċiżjoni biex ikun irtirat ir-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi tkun ittieħdet, għandha tibqa valida. Baħħara li jkollom tali affermazzjonijiet ma jistgħux jipretendu bi dritt ratifika li tirikkonoxxi kwalifika ogħla, madankollu, kemm-il darba it-tkabbir fil-grad ikun ibbażat biss fuq esperjenza akbar fis-servizz fit-tbaħħir. Artikolu 21 Ö Assessjar mill-ġdid Õ 1. Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3), inklużi dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(6), għandhom jerġgħu jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta' l-Aġenzija, fuq bażi regolari u għallinqas kull ħames snin biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk il-miżuri xierqa itteħdux biex jipprevedu l-frodi fejn għandhom x' jaqsmu ċertifikati. 2. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' prijoritajiet biex tassessja pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' data dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-Kontroll tal-Port ta' l-Istat skond l-Artikolu 23, kif ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna r-rapporti ta' l-evalwazzjonijiet indipendenti avżati mill-pajjiżi terzi skond taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW. 3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati ta' l-istima. ê 2001/25/KE Artikolu 22 Kontroll tal-port mill-Istat 1. Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, kull vapur, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ vapuri esklużi bl-Artikolu 2, għandu, waqt li jkun fil-port ta’ Stat Membru, jkun soġġett għall-kontroll tal-port mill-Istat minn uffiċjali awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fuq il-vapur li jkunu meħtieġa li jkunu ċċertifikati mill-Konvenzjoni STCW jkunu ċċertifikati b’dan il-mod jew ikollhom dispensa xierqa. 2. Meta jeżerċitaw kontroll tal-port mill-Istat taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti u l-proċeduri kollha stabbiliti fid-Direttiva [95/21/KE]. Artikolu 23 Proċeduri tal-kontroll tal-port mill-Istat 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva [95/21/KE], il-kontroll tal-port mill-Istat skond l-Artikolu 22 għandu jkun illimitat għal li ġej: (a) verifika li kull baħri li jagħti s-servizz tiegħu fuq il-vapur li għandu jkun iċċertifikat skond il-Konvenzjoni STCW ikollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq jew dispensa valida jew ikollu provi bil-miktub li tkun ġiet imdaħħla applikazzjoni għal firma li tiċċertifika rikonoxximent għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera; (b) verifika li n-numri u ċ-ċertifikati tal-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom fuq il-vapur huma skond il-ħtiġiet tat-tagħmir bin-nies bla perikolu ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera. 2. Il-kapaċità tal-baħħara tal-vapur li jżommu standards ta’ għassa kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW għandha tiġi eżaminata skond il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk ikun hemm raġunijiet ċari sabiex wieħed jaħseb li dawn l-istandards ma jkunux qegħdin jiġu osservati għax tkun ġrat waħda minn dawn li ġejjin: (a) il-vapur kien involut f’ħabta jew inkalja, (b) kien hemm skariku ta’ sustanzi mill-vapur waqt il-vjaġġ, waqt ankraġġ jew irmiġġ li jkun illegali taħt konvenzjoni internazzjonali; (ċ) il-vapur ikun ġie immanuvrat b’mod erratiku jew perikoluż li bih il-miżuri tar-rotta adottati mill-IMO, jew prattiki ta’ navigazzjoni bla perikolu u proċeduri ma jkunux ġew osservati; (d) il-vapur ikun qiegħed jitħaddem b’mod li jkun ta’ perikolu għan-nies, għall-proprjetà jew għall-ambjent; (e) ikun inkiseb ċertifikat bi frodi jew il-pussessur taċ-ċertifikat ma jkunx l-istess persuna li għaliha jkun ġie oriġinarjament maħruġ dak iċ-ċertifikat; (f) il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW, jew għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li għandu ċertifikat maħruġ minn pajjiż terz li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW. 3. Minkejja l-verifika taċ-ċertifikat, eżaminazzjoni taħt il-paragrafu 2 tista’ teħtieġ lill-baħri biex juri l-kompetenza rilevanti fuq il-post tax-xogħol. Din it-turija tista’ tinkludi verifika li ħtiġiet ta’ tħaddim fir-rigward ta’ standards ta’ għassa jkunu ġew milħuqa u li hemm tweġiba tajba għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-livell ta’ kompetenza tal-baħri. Artikolu 24 Detenzjoni Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva [95/21/KE], id-defiċenzi segwenti, sakemm ikun ġie stabbilit mill-uffiċjal li jagħmel il-kontroll tal-port mill-Istat, li huma ta’ perikolu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, għandhom ikunu l-uniċi raġunijiet taħt din id-Direttiva fuq liema Stat Membru jista’ jżomm vapur: (a) fil-każ li l-baħħara ma jkunux fil-pussess ta’ ċertifikati, ma jkollhomx ċertifikati xierqa, ma jkollhomx dispensa valida jew ma jipprovdux provi bil-miktub li tkun saret applikazzjoni għal firma li turi r-rikonoxximent għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera; (b) fin-nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet applikabli ta’ tagħmir tan-nies bla perikolu ta’ l-Istat tal-bandiera; (ċ) nuqqas ta’ arranġamenti ta’ navigazzjoni jew ta’ għassa ta’ l-inġinerija milli jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-Istat tal-bandiera; (d) nuqqas f’għassa ta’ persuna kkwalifikata sabiex tħaddem tagħmir essenzjali għal navigazzjoni bla periklu, komunikazzjonijiet bir-radju tas-sigurtà jew il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar; (e) nuqqas milli tkun ipprovduta prova ta’ profiċjenza professjonali għax-xogħlijiet mogħtija lill-baħħara għas-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis; (f) inabilità li jiġu pprovduti persuni għall-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u għal għases sussegwenti ta’ riljev, li jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol. ê 2005/45/KE Art. 4 pt. 4 (adattat) Artikolu 25 Monitoraġġ regolari tal-konformità Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tivverifika fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin li l-Istati Membri ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi mniżżla f'din id-Direttiva. Artikolu 26 Ö Rapporti Õ ê 2003/103/KE Art. 2 it-tielet paragrafu (adattat) 1. Mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 2008 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat fuq analisi dettaljata u evalwazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-Ö STCW Õ , l-implimentazzjoni tagħhom u l-ideat tajba miksuba dwar il-korrelazzjoni bejn is-sigurtà u l-livell ta' taħriġ tal-ekwipaġġ tal-bastimenti. ê 2005/45/KE Art. 4 pt. 4 2. Mhux iktar tard minn 20 ta' Ottubru 2010 l-Kumissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni imfassal abbażi ta' l-informazzjoni miksuba skond l-Artikolu 25. F'dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tanalizza l-konformità ta' l-Istati Membri ma' din id-Direttiva u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti għal miżuri addizzjonali. ê 2001/25/KE è1 2003/103/KE Art. 1 pt. 5 Artikolu 27 Emenda 1. Din id-Direttiva tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni sabiex tiġi applikata, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-kodiċi internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(16), (17), (18), (23) u (24) li kienu daħlu fis-seħħ. è1 Din id-Direttiva tista' ukoll tiġi emendata skond l-istess proċedura sabiex tapplika, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kwalunkwe emendi għal-leġislazzjoni tal-Komunità. ç ò ġdid Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3). ê 2001/25/KE (adattat) 2. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq kull emenda ta’ l-Anness II, li jaġixxi fuq proposta li għandha tingħata mill-Kummissjoni Ö qabel il-25 ta’ Mejju 2008 Õ fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ê 2001/25/KE 3. Wara l-adozzjoni ta’ strumenti ġodda jew protokolli tal-Konvenzjoni STCW, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, billi jieħu f’konsiderazzjoni l-proċeduri parlamentari ta’ l-Istati Membri, kif ukoll il-proċeduri rilevanti fl-IMO dwar l-arranġamenti dettaljati biex jiġu rratifikati l-istrumenti jew protokolli l-ġodda, waqt li jiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi u simultanjament fl-Istati Membri. ê 2002/84/KE Art. 11 pt.2 (adattat) 4. L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 Ö (16), (17), (18), (21), (22) u (24) Õ jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002[16]. ê 2001/25/KE Artikolu 28 Il-proċedura tal-Kumitat ê 2002/84/KE Art. 11 pt. 3 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) kkreat mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. ê 2001/25/KE 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tmien ġimgħat. ò ġdid 3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. ê 2001/25/KE (adattat) 3. Il-Kumitat għandu jadotta jistabilixxi r-rRegoli ta’ l-pProċedura tiegħu. Artikolu 29 Dispożizzjonijiet transitorji ê 2001/25/KE Fejn skond l-Artikolu 12, Stat Membru joħroġ mill-ġdid jew jestendi il-validità ta’ ċertifikati li huwa orġinarjament ħareġ taħt id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Frar 1997, l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jibdel il-limitazzjonijiet tat-tunnellaġġ li jidhru fuq iċ-ċertifikati oriġinali kif ġej: (a) “200 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “500 tunnellaġġ gross”; (b) “1 600 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “3 000 tunnellaġġ gross”. Artikolu 30 Penalitajiet L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi ta’ penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikoli 1, 3, 5, 7, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u 29, u l-Annessi I u II, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penalitajiet li għalihom hemm ipprovdut għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswadenti. Artikolu 31 Komunikazzjoni L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet kollha li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bihom. Artikolu 32 ê Revoka Id-Direttiva 2001/25/KE, kif emendata bid-Direttiva mniżżla fl-Anness III, il-Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, il-Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. ê 2001/25/KE (adattat) Artikolu 33 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ [...]. ê 2001/25/KE Artikolu 34 Lil min hija indirizzata Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I ĦTIĠIET TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 IL-KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Ir-Regolamenti li hemm referenza għalihom f’dan l-Anness huma ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatarji li hemm fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2. Kull referenza għal ħtieġa f’Regolament tikkonstitwixxi wkoll referenza għat-taqsima li jikkorrispondi tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. ê 2005/45/KE Art. 4 pt. 5 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baħħara jkollhom kapaċita' xierqa fil-lingwa, kif definit fit-Taqsimiet A-II/1, A-III/1, A-IV/2 u A-II/4 tal-Kodiċi STCW sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet speċifiċi tagħhom fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ospitanti. ê 2001/25/KE 3. Il-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa sabiex jiġu murija mill-kandidati għall-ħruġ, u validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikati ta’ kompetenza taħt id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Biex tiġi ċċarata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni alternattiva tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet tac-ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-kapaċitajiet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif xieraq taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin: 1. Navigazzjoni; 2. Ġarr u stivar tat-tagħbija; 3. Kontroll tal-ħidma tal-vapur u kura għall-persuni abbord; 4. Inġinerija tal-baħar; 5. Inġinerija ta’ l-elettriku, ta’ l-elettronika u ta’ kontroll; 6. Manutenzjoni u tiswija; 7. Komunikazzjonijiet bir-radju fuq il-livelli ta’ responsabbilità segwenti: 1. Livell ta’ amministrazzjoni; 2. Livell ta’ ħidma; 3. Livell ta’ ghajnuna. Il-funzjonijiet u livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati b’subintestatura fit-tabelli ta’ standards ta’ kompetenza mogħtija speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. IL-KAPITOLU II DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA Ir-Regolament II/1 Ħtiġiet minimi mandatarji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar 1. Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 2. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: 2.1. ma jkollux inqas minn 18-il sena 2.2. jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn sena bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa il-ħtiġiet tat-taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW u jkun dokumentat fi ktieb approvat ta’ reġistru tat-taħriġ, jew inkella jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn tliet snin 2.3. jkun wettaq, waqt is-servizz ta’ tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa fuq il-pont taħt is-sorveljanza tal-kaptan jew ta’ uffiċjal kwalifikat għal perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur 2.4. jissodisfa l-ħtiġiet applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif xieraq, għat-twettiq tax-xogħlijiet tar-radju mfassla skond ir-Regolamenti tar-Radju 2.5. jkun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW. Ir-Regolament II/2 Ħtiġiet mandatarji minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar Kaptan u chiefmate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar 1. Kull kaptan u chiefmate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ ta’ 3 000 jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq fil-pussess tiegħu. 2. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: 2.1. jissodisfa il-ħtiġiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal f’kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar u jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat f’dik il-kapaċità: 2.1.1. għal ċertifikazzjoni bħala chief mate , mhux inqas minn 12-il xahar, u 2.1.2. għal ċertifikazzjoni bħala kaptan, mhux inqas minn 36 xahar; madankollu, dan il-perjodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk ikun sar servizz ta’ mhux inqas minn 12-il xahar ta’ tbaħħir bħala chief mate; 2.2. ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u ssodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għall-kaptani u għal chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar. Kaptan u chiefmate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000 3. Kull kaptan u chief mate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 4. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: 4.1. għal ċertifikazzjoni bħala chief mate , jissodisfa il-ħtiġjiet ta’ uffiċjal fil-kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar 4.2. għal ċertifikazzjoni bħala kaptan, jissodisfa l-ħtiġiet ta’ uffiċjal fil-kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar u jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar f’dik il-kapaċità; madankollu, dan il-perjodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk mhux inqas minn 12-il xahar ta’ dan is-servizz ta’ tbaħħir ikun ġie mwettaq bħala chief mate ; 4.3. ikun temm taħriġ approvat u li jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għall-kaptani u chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000. Ir-Regolament II/3 Ħtiġiet mandatarji minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa ta’ navigazzjoni u kaptani fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 Vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt 1. Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa ta’ navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq għal vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar. 2. Kull kaptan li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq għal servizz bħala kaptan fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000. Vapuri involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt Uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni 3. Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 4. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu: 4.1. jkollu inqas minn 18-il sena; 4.2. ikun temm: 4.2.1. taħriġ speċjali, li jinkludi perjodu adekwat ta’ servizz xieraq ta’ tbaħħir kif meħtieġ mill-Amministrazzjoni; jew 4.2.2. servizz approvat ta’ tbaħħir fid-dipartiment tal-gverta ta’ mhux inqas minn tliet snin; 4.3. jkun jissodisfa l-ħtiġiet applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif xieraq, għall-qadi ta’ xogħlijiet tar-radju stabbiliti skond ir-Regolamenti tar-Radju; 4.4. ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għall-uffiċjali responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ mhux inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt. Kaptan 5. Kull kaptan li jagħti servizz fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ anqas minn 500 tunnellaġġ gross involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq. 6. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu: 6.1. jkollu inqas minn 20 sena; 6.2. jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni; 6.3. ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għall-kaptani fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ mhux anqas minn 500 involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. 7. Eżenzjonijiet L-Amministrazzjoni, jekk tikkonsidra li d-daqs tal-vapur u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġi tiegħu ikunu tali li jagħmlu l-applikazzjoni tal-ħtiġiet kollha ta’ dan ir-regolament u tat-taqsima A-II/3 tal-kodiċi STCW mhux raġonevoli jew mhux prattiċi, tista’ għal dak il-għan teżenta lill-kaptan u l-uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ navigazzjoni fuq dan il-vapur jew klassi ta’ vapuri minn uħud mill-ħtiġiet, billi żżomm f’moħħha is-sigurtà tal-vapuri kollha li jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu fl-istess ilmijiet. Ir-Regolament II/4 Ħtiġiet mandatarji minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħara li jifformaw parti minn għassa tan-navigazzjoni 1. Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar, minbarra baħħara taħt taħriġ u baħħara li d-dmirijiet tagħhom waqt għassa jkunu ta’ natura bla sengħa għandu jkun iċċertifikat bix-xieraq sabiex jaqdu dawn id-dmirijiet. 2. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni għandu: 2.1. ma jkollux inqas minn 16-il sena; 2.2. jkun temm: 2.2.1. servizz ta’ tbaħħir approvat li jinkludi taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn sitt xhur; jew 2.2.2. taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord il-vapur, li jinkludi perjodu approvat ta’ servizz ta’ tbaħħir li ma għandux ikun ta’ inqas minn xahrejn; 2.3. jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-taqsima A-II/4 tal-kodiċi STCW. 3. Is-servizz ta’ tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati b’funzjonijiet ta’ għases tan-navigazzjoni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet magħmula taħt is-sorveljanza diretta tal-kaptan, l-uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni jew baħri ikkwalifikat. 4. Baħħara jistgħu jiġu meqjusa minn Stat Membru li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz fil-kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-gverta għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru. IL-KAPITOLU III DIPARTIMENT TAL-MAGNI Ir-Regolament III/1 Il-ħtiġiet minimi mandatarji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali responsabbli ta’ għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mħaddma mill-bniedem jew inġiniera maħtura f’kamra tal-magni perjodikament mhux imħaddma mill-bniedem 1. Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mħaddma mill-uffiċjal ta’ l-inġinerija maħtur li jaħdem f’kamra tal-magni perjodikament mhux imħaddma mill-bniedem fuq vapur ta’ tbaħħir li jkollu makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ 750 kW ta’ saħħa ta’ propulsjoni jew aktar għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 2. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni għandu: 2.1. ma jkollux inqas minn 18-il sena; 2.2. ikun temm mhux inqas minn sitt xhur servizz fuq vapur ta’ tbaħħir fid-dipartiment tal-magna skond it-taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW; 2.3. ikun temm edukazzjoni approvata ta’ mill-inqas 30 ġurnata li tkun tinkludi taħriġ abbord dokumentat f’reġistru ta’ taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW. Ir-Regolament III/2 Ħtiġiet minimi mandatarji għal ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ 3 000 kW ta’ saħħa ta’ propulsjoni jew aktar 1. Kull uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ 3 000 kW saħħa ta’ propulsjoni jew aktar għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 2. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni għandu: 2.1. jissodisfa l-ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli minn għassa ta’ l-inġinerija u: 2.1.1. għal ċertifikazzjoni bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija, ma għandux ikollu inqas minn 12-il xahar servizz approvat bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija jew uffiċjal ta’ l-inġinerija, u 2.1.2. għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija, għandu jkollu mhux inqas minn 36 xahar ta’ servizz ta’ tbaħħir approvat minn liema mhux inqas minn 12-il xahar għandu jkun ġie servut bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà waqt li jkun ikkwalifikat sabiex jagħti servizz bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija; 2.2. jkun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/2 tal-Kodiċi STCW. Ir-Regolament III/3 Ħtiġiet minimi mandatarji għal ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW saħħa ta’ propulsjoni 1. Kull uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW saħħa ta’ propulsjoni għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. 2. Kull kandidat għal ċertifikazzjoni għandu: 2.1. jissodisfa l-ħtiġiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija u: 2.1.1. għaċ-ċertifikazzjoni bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija, ma għandux ikollu inqas minn 12-il xahar servizz ta’ tbaħħir approvat bħala inġinier ta’ assistenza jew bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija, u 2.1.2. għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija, għandu jkollu mhux inqas minn 24 xahar ta’ servizz ta’ tbaħħir approvat li minnhom għandu jkun ingħata servizz ta’ mhux inqas minn 12-il xahar waqt li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija; 2.2. ikun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u ssodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-III/3 tal-Kodiċi STCW. 3. Kull uffiċjal ta’ l-inġinerija li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ saħħa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar, jista’ jservi bħala uffiċjal prinċipali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali ta’ saħħa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW, sakemm ikun ta servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà u ċ-ċertifikat ikun jiddikjara hekk. Ir-Regolament III/4 Ħtiġiet minimi mandatarji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħara li jifformaw parti minn għassa f’kamra tal-magni mħaddma mill-bniedem jew maħtura sabiex jaqdu dmirijiethom f’kamra tal-magni mhux imħaddma mill-bniedem b’mod perjodiku 1. Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tal-kamra tal-magna jew li jkun maħtur biex jaqdi dmirijiet f’kamra tal-magni mhux imħaddma mill-bniedem b’mod perjodiku fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju bi propulsjoni prinċipali ta’ saħħa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar, minbarra baħħara taħt taħriġ u baħħara li d-dmirijiet tagħhom ikunu ta’ natura bla sengħa, għandhom ikunu ċċertifikati kif xieraq biex jaqdu dawn id-dmirijiet. 2. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: 2.1. ma jkollux inqas minn 16-il sena; 2.2. jkun temm: 2.2.1. servizz ta’ tbaħħir approvat li jinkludi taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn sitt xhur, jew 2.2.2. taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord il-vapur, li jinkludi perjodu approvat ta’ servizz ta’ tbaħħir li ma għandux ikun inqas minn xahrejn; 2.3. jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikata fit-taqsima A-III/4 tal-kodiċi STCW. 3. Is-servizz ta’ tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati ma’ funzjonijiet ta’ għases tal-kamra tal-magni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet magħmula taħt is-sorveljanza diretta ta’ uffiċjal ta’ l-inġinerija kkwalifikat jew baħrikkwalifikat. 4. Baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati minn Stat Membru li jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-magni għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru. IL-KAPITOLU IV KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U PERSUNAL TAR-RADJU Nota ta’ spjega Id-dispożizzjonijiet mandatarji dwar l-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti tar-Radju u fil-Konvenzjoni tas-SOLAS, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti fil-Konvenzjoni tas-SOLAS, kif emendata, u l-linji ta’ gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima. Ir-Regolament IV/1 Applikazzjoni 1. Minbarra kif ipprovdut fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu japplikaw għall-persunal tar-radju fuq vapuri li jaħdmu fis-sistema marittima globali ta’ għajnuna u sigurtà (GMDSS) kif preskritta bil-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata. 2. L-impjegati tar-radju fuq vapuri li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS mhumiex meħtieġa li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-persunal tar-radju fuq dawn il-vapuri huwa, madankollu, meħtieġ li jikkonforma mar-Regolamenti tar-Radju. L-Amministrazzjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikati xierqa kif preskritt mir-Regolamenti tar-Radju jiġu maħruġa lil jew rikonoxxuti fir-rigward ta’ dan il-persunal tar-radju. Ir-Regolament IV/2 Ħtiġiet minimi mandatarji għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal tar-radju tal-GMDSS 1. Kull persuna responsabbli minn jew li tkun qiegħda taqdi dmirijiet fuq ir-radju fuq vapur li hija meħtieġa li tipparteċipa fil-GMDSS għandha jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Amministrazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju. 2. Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni taħt din ir-regola għas-servizz fuq vapur li jkun meħtieġ mill-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu: 2.1. ma jkollux inqas minn 18-il sena; u 2.2. jkun temm edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkun jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-taqsima A-IV/2 tal-Kodiċi STCW. IL-KAPITOLU V ĦTIĠIET TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ VAPURI Ir-Regolament V/1 Ħtiġiet minimi mandatarji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali u baħħara fuq tankers 1. Uffiċjali u baħħara mogħtija xogħlijiet u responsabbiltajiet speċjali li jkollhom x’jaqsmu ma’ tagħbija u tagħmir tat-tagħbija fuq tankers għandhom ikunu temmew kors approvat dwar tifi tan-nar li jsir fuq ix-xatt kif ukoll it-taħriġ meħtieġ bir-Regolament VI/1 u għandhom ikunu temmew: 1.1. għallinqas tliet xhur ta’ servizz ta’ tbaħħir approvat fuq tankers sabiex jikseb tagħrif xieraq tal-prattiċi ta’ hidma bla perikolu; jew 1.2. kors approvat ta’ familjarizzazzjoni mat-tanker li għallinqas ikun ikopri s-sillabu mogħti għall-kors fit-taqsima A-V/1 tal-kodiċi STCW. Madankollu l-Amministrazzjoni tista’ taċċetta perjodu ta’ servizz ta’ tbaħħir sorveljat iqsar minn dak preskritt bil-punt 1.1, sakemm: 1.3. il-perjodu b’dan il-mezz aċċettat ma jkunx iqsar minn xahar; 1.4. it-tanker ikun ta’ inqas minn 3 000 tunnellaġġ gross; 1.5. it-tul ta’ kull vjaġġ li fih ikun involut it-tanker matul il-perjodu ma jaqbiżx 72 siegħa; 1.6. il-karatteristiċi ta’ tħaddim tat-tanker u n-numru ta’ vjaġġi u tagħbija u ħidmiet ta’ ħatt imwettqa waqt il-perjodu jippermettu li jiġi miksub l-istess livell ta’ għarfien u esperjenza. 2. Kaptani, uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija, chief mates, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna b’responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, ħatt u kura fit-transit u ġarr tat-tagħbija għandhom, barra milli jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 1.1 jew 1.2, ikollhom: 2.1. esperjenza xierqa għad-dmirijiet tagħhom fuq it-tip ta’ tanker li fuqu jagħtu s-servizz tagħhom u 2.2. jkunu temmew programm ta’ taħriġ speċjalizzat approvat li għallinqas ikun ikopri s-suġġetti stabbiliti fit-taqsima A-V/1 tal-Kodiċi STCW li jkunu addattati għad-dmirijiet tagħhom fuq it-tanker, tanker ta’ sustanzi kimiċi jew tanker ta’ gass illikwifikat li fuqu jagħtu s-servizz tagħhom. 3. Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal Stat Membru, baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati li jkunu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 2.2 jekk huma ikunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fuq it-tip ta’ tanker ikkonċernat għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena fil-ħames snin ta’ qabel. 4. L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat xieraq lill-kaptani u uffiċjali, li jkunu kkwalifikati skond il-punti 1 jew 2 kif xieraq, jew li ċertifikat eżistenti jiġi ffirmat kif dovut. Kull baħri li jkun ikkwalifikat b’dan il-mod għandu jkun iċċertifikat kif dovut. Ir-Regolament V/2 Ħtiġiet minimi mandatarji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħħara u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro 1. Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, uffiċjali, baħħara u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta’ dawn il-ħtiġiet lill-persunal li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro fuq vjaġġi domestiċi. ê 2001/25/KE è1 2005/23/EC Art. 1 pt. 1 2. Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet fuq il-vapur abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mil-punti 4 sa 8 skond il-kapaċitajiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. 3. Baħħara li jkunu meħtieġa li jkunu mħarrġin skond il-punti 4, 7 u 8 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin jagħmlu taħriġ ta’ aġġornament xieraq è1 or be required to provide evidence of having achieved the required standard of competence within the previous five years. ç ê 2001/25/KE 4. Kaptani, uffiċjali u impjegati oħra nominati fuq muster lists biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. 5. Kaptani, uffiċjali u impjegati oħra mogħtija dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW. 6. Persunal li jipprovdi servizz dirett fi spazji tal-passiġġiera abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandu jkun temm taħriġ ta’ sigurtà speċifikat fit-taqsima A-V/2, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW. 7. Kaptani, chief mates , uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna assenjata responsabbiltà immedjata għat-tlugħ u inżul tal-passiġġieri, tagħbija, ħatt jew irbit tat-tagħbija, jew li jagħlqu l-fetħiet tal-buq abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar is-sigurtà tal-passiġġieri, is-sigurtà tat-tagħbija u l-integrità tal-buq kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, il-paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW. 8. Kaptani, chief mates , uffiċjali prinċipali ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sigurtà tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar kriżi fit-tmexxija u mġieba tal-bniedem kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, il-paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW. 9. L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza bil-miktub tat-taħriġ mitmum lil kull persuna li tkun ikkwalifikata taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. ê 2005/23/EC Art. 1 pt. 2 Regulation V/3 Mandatory minimum requirements for the training and qualifications of masters, officers, ratings and other personnel on passenger ships other than ro-ro passenger ships 1. This Regulation applies to masters, officers, ratings and other personnel serving on board passenger ships, other than ro-ro passenger ships, engaged on international voyages. Administrations shall determine the applicability of these requirements to personnel serving on passenger ships engaged on domestic voyages. 2. Prior to being assigned shipboard duties on board passenger ships, seafarers shall have completed the training required by points 4 to 8 in accordance with their capacity, duties and responsibilities. 3. Seafarers who are required to be trained in accordance with points 4, 7 and 8 shall, at intervals not exceeding five years, undertake appropriate refresher training or be required to provide evidence of having achieved the required standard of competence within the previous five years. 4. Personnel designated on muster lists to assist passengers in emergency situations on board passenger ships shall have completed training in crowd management as specified in section A-V/3, paragraph 1, of the STCW Code. 5. Masters, officers and other personnel assigned specific duties and responsibilities on board passenger ships shall have completed the familiarisation training specified in section A-V/3, paragraph 2, of the STCW Code. 6. Personnel providing direct service to passengers on board passenger ships in passenger spaces shall have completed the safety training specified in section A-V/3, paragraph 3, of the STCW Code. 7. Masters, chief mates and every person assigned immediate responsibility for embarking and disembarking passengers shall have completed approved training in passenger safety as specified in section A-V/3, paragraph 4, of the STCW Code. 8. Masters, chief mates, chief engineer officers, second engineer officers and any person having responsibility for the safety of passengers in emergency situations on board passenger ships shall have completed approved training in crisis management and human behaviour as specified in section A-V/3, paragraph 5, of the STCW Code. 9. Administrations shall ensure that documentary evidence of the training which has been completed is issued for every person found qualified under the provisions of this Regulation. ê 2001/25/KE IL-KAPITOLU VI FUNZJONIJIET TA’ EMERĠENZA, SIGURTÀ TAX-XOGĦOL, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA Ir-Regolament VI/1 Ħtiġiet minimi mandatarji għall-familjarizzazzjoni, taħriġ bażiku ta’ sigurtà u struzzjoni għall-baħħara kollha Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ bażiku jew istruzzjonijiet bażiċi dwar is-sigurtà skond it-taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza xieraq speċifikat fih. Ir-Regolament VI/2 Ħtiġiet minimi mandatarji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ 1. Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu: 1.1. ma jkollux inqas minn 18-il sena; 1.2. jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux anqas minn 12-il xahar jew ikun attenda kors ta’ taħriġ approvat u għandu jkollu servizz ta’ tbaħħir approvat ta’ mhux anqas minn sitt xhur; 1.3. jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ imniżżla fit-taqsima A-V1/2, il-paragrafi 1 sa 4, tal-Kodiċi STCW. 2. Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ salvataġġ veloċi għandu: 2.1. jkun fil-pussess ta’ ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ għajr dgħajjes veloċi ta’ salvataġġ; 2.2. jkun attenda kors approvat ta’ taħriġ; 2.3. jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes veloċi ta’ salvataġġ imniżżla fit-taqsima A-V1/2, il-paragrafi 5 sa 8, tal-Kodiċi STCW. Ir-Regolment VI/3 Ħtiġiet minimi mandatarji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat 1. Baħħara nominati biex jikkontrollaw ħidmiet ta’ tifi tan-nar għandhom ikunu temmew b’suċċess taħriġ avvanzat f’metodi ta’ teknika għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq organizzazzjoni, tattiċi u kmand skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-VI/3 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fih. 2. Fejn it-taħriġ avvanzat fit-tifi tan-nar ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew evidenza bil-miktub, kif xieraq, li tindika li l-pussessur attenda l-kors ta’ taħriġ avvanzat fit-tifi tan-nar. Ir-Regolament VI/4 Ħtiġiet minimi mandatarji fir-rigward ta’ l-ewwel għajnuna u kura medika 1. Baħħara maħtura sabiex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika fit-taqsima A-VI/4, il-paragrafi 1, 2 u 3, tal-Kodiċi STCW. 2. Baħħara maħtura sabiex ikunu responsabbli mill-kura medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika fit-taqsima A-VI/4, il-paragrafi 4, 5 u 6, tal-Kodiċi STCW. 3. Fejn it-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew għandha tingħata evidenza bil-miktub, kif xieraq, li tindika li l-pussessur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew f’kura medika. IL-KAPITOLU VII ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA Ir-Regolament VII/1 Il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi 1. Minkejja l-ħtiġiet għaċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk msemmija fir-regolamenti ta’ dawk il-kapitoli, sakemm: 1.1. il-funzjonijiet assoċjati u l-livelli ta’ responsabbiltà li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fid-dikjarazzjonijiet jiġu magħżula minn u jkunu identiċi għal dawk li jidhru fit-taqsimiet A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4, A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4 u A-IV/2 tal-Kodiċi STCW; 1.2. il-kandidati jkunu temmew edukazzjoni approvata u taħriġ approvat u jkunu jissodisfaw il-ħtiġiet għall-istandards ta’ kompetenza, preskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Kodiċi STCW u kif stabbiliti fit-taqsima A-VII/1 ta’ dan il-Kodiċi, għall-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fid-dikjarazzjonijiet; 1.3. il-kandidati jkunu temmew servizz ta’ tbaħħir approvat addattat għall-qadi tal-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikat. It-tul minimu tas-servizz ta’ tbaħħir għandu jkun ekwivalenti għat-tul tas-servizz ta’ tbaħħir preskritt fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness. Madankollu, it-tul tas-servizz ta’ tbaħħir ma għandux ikun inqas milli kif preskritt fit-taqsima A-VII/2 tal-Kodiċi STCW; 1.4. il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni li għandhom iwettqu l-funzjoni ta’ navigazzjoni fuq il-livell ta’ tħaddim għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif xieraq, biex iwettqu ħidmiet relatati mar-radju skond ir-Regolamenti tar-Radju; 1.5. iċ-ċertifikati jiġu maħruġa skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 11 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Kodiċi STCW. 2. L-ebda ċertifikat ma għandu jiġi maħruġ taħt dan il-kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni. Ir-Regolament VII/2 Ċertifikazzjoni tal-baħħara Kull baħri li jaqdi xi funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli, A-II/1, A-II/2, A-II/3 jew A-II/4 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/4 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal- Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW, għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. Ir-Regolment VII/3 Prinċipji li jirregolaw il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi 1. Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin: 1.1. l-ebda sistema ta’ ċertifikazzjoni alternattiva ma għandha tiġi implimentata sakemm ma tiżgurax livell ta’ sigurtà fuq il-baħar u jkollha effett preventiv fir-rigward ta’ tniġġis għallinqas ekwivalenti għal dak provdut mill-kapitoli l-oħra; 1.2. kull arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva maħruġa taħt dan il-kapitolu għandu jipprovdi għall-kwalità ta’ tibdil ta’ ċertifikati ma’ dawk maħruġa taħt il-kapitoli l-oħra. 2. Il-prinċipju tal-kwalità ta’ tibdil fil-punt 1 għandu jiżgura li: 2.1. baħħara ċċertifikati taħt l-arranġamenti tal- Kapitoli II u/jew III u dawk iċċertifikati taħt il-Kapitolu VII jkunu jistgħu iservu fuq vapuri li jkollhom jew tip ta’ organizzazzjoni ta’ fuq il-vapur tradizzjonali jew tip ieħor; 2.2. baħħara ma jiġux imħarrġa għal arranġamenti speċifiċi abbord vapur b’mod li jistgħu ikunu ta’ xkiel sabiex jiżviluppaw l-abiltajiet l-oħra tagħhom xi mkien ieħor. 3. Fil-ħruġ ta’ kwalunkwe ċertifikat taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin: 3.1. il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi ma għandux jintuża: 3.1.1. biex jitnaqqas in-numru ta’ l-ekwipaġġ abbord; 3.1.2. biex titnaqqas l-integrità tal-professjoni jew iżomm lill-baħħara lura milli jitgħallmu abilitajiet oħra, jew 3.1.3. biex jiġġustifika l-assenjazzjoni ta’ dmirijiet magħquda ta’ l-uffiċjali tal-magni u dawk ta’ l-għassa għal pussessur waħdieni ta’ ċertifikat waqt għassa partikolari; 3.2. il-persuna fil-kmand għandha tkun maħtura bħala l-kaptan u l-pożizzjoni legali u l-awtorità tal-kaptan u oħrajn ma għandhomx jiġu effetwati b’mod żvantaġġuż bl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe arrangament għal ċertifikazzjoni alternattiva. Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li l-kompetenza kemm ta’ l-uffiċjali tal-gverta kif ukoll ta’ l-ufficjali ta’ l-inġinerija tkun miżmuma. ________________ ê 2003/103/KE Art. 1 pt. 6 u Anness ANNESS II KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA' PAJJIŻI TERZI LI ĦARĠU ĊERTIFIKAT JEW LI TAĦT L-AWTORITÀ TAGĦHOM INĦAREĠ XI ĊERTIFIKAT, LI HEMM REFERNZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 19(2)(a) 1. Il-pajjiż terz għandu jkun msieħeb fil-Konvenzjoni STCW. 2. Il-pajjiż terz għandu jkun ġie identifikat mill-Kumitat tas-Sigurtà Marittima bħala wieħed li jkun wera li jkun attwa kompletament id-disposizzjonijiet kollha tal-Komvenzjoni STCW. 3. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija u forsi bl-involviment ta' xi Stati Membri kkonċernati, trid tkun ikkonfermat, bil-miżuri meħtieġa kollha, li jistgħu jinkludu l-ispezzjoni ta' faċilitajiet u proċeduri, li l-kondizzjonijiet dwar l-istandard ta' kompetenzi, il-ħruġ u r-ratifika ta' ċertifikati u ż-żamma ta' reġistri huma mħarsa bis-sħiħ, u li s-sistema ta' standards ta' kwalità kienu stabbiliti skond ir-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW. 4. L-Istat Membru huwa fil-proċess li jiftiehem impenn mal-pajjiż terz ikkonċernat li notifika tingħata minnufih ta' kwalunkwe bidla kbira fl-arranġamenti għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni forniti skond il-Komvenzjoni STCW. 5. L-Istat Membru daħħal miżuri biex jassigura li baħħara li jippreżentaw ċertifikati ta' rikonoxximent għal dmirijiet f'livell amministrattiv jkollom għarfien xieraq tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn jikkonċernaw id-dmirijiet li huma għandhom permess iwettqu. 6. Jekk Stat Membru jixtieq jissupplementa stima ta' konformità ta' xi pajjiż terz billi jevalwa ċerti istituzzjonijiet ta' taħriġ marittimu, għandu jipproċedi skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-I/6 tal-Kodiċi STCW. _______________ é ANNESS III Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 32) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE (ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17) | Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53) | l-Artikolu 11 biss | Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/103/KE (ĠU L 326, 13.12.2003, p. 28) | Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE (ĠU L 062, 9.3.2005, p. 14) | Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160) | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 32) Id-Direttiva | Data ta’ għeluq għat-trasposizzjoni | 2002/84/KE | 23 ta’ Novembru 2003 | 2003/103/KE | 14 ta’ Mejju 2005 | 2005/23/KE | 29 ta’ Settembru 2005 | 2005/45/KE | 20 ta’ Ottubru 2007 | L-ANNESS IV TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Direttiva 2001/25/KE | Din id-Direttiva | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2, kliem tal-bidu | Artikolu 2, kliem tal-bidu | Artikolu 2, l-ewwel sa l-aħħar inċiż | Artikolu 2(a) sa (d) | Artikoli 3 sa 7 | Artikoli 3 sa 7 | Artikolu 7a | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9 | Artikolu 9 (1) kliem tal-bidu | Artikolu 10(1) l-ewwel subparagarfu kliem tal-bidu | Artikolu 9 (1) (a) u (b) | Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (a) u (b) | Artikolu 9(1) (c) l-ewwel sentenza | Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (c) | Artikolu 9(1)(c) it-tieni sentenza | Artiklu 10(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 9(1) (d) | Artikllu 10(1) l-ewwel subpargrafu (d) | Artikolu 9 (2) u (3) | Artikolu 10(2) u (3) | Artikolu 10 | Artikolu 11 | Artikolu 11 | Artikolu 12 | Artikolu 12 | Artikolu 13 | Artikolu 13 | Artikolu 14 | Artikolu 14 | Artikolu 15 | Artikolu 15 | Artikolu 16 | Artikolu 16(1), fażi introduttorja | Artikolu 17(1), fażi introduttorja | Artikolu 16(1), l-ewwel sar-raba' inċiż | Artikolu 17(1)(a) sa (d) | Artikolu 16 frażi introduttorju | Artiklu 17(2) frażi introduttorju | Artikolu 16(2) kliem tal-bidu | Artikolu 17(2) kliem tal-bidu | Artikolu 16(2)(a)(1) u (2) | Artikolu 17(2)(a)(i) u (ii) | Artikolu 16(2) (b) u (c) | Artikolu 17(2) (b) u (c) | Artikolu 16(2)(d) (1) u (2) | Artikolu 17 (2) (d) (i) u (ii) | Artikolu 16(2) (d) (3) (i) u (ii) | Artikolu 17 (2) (iii) l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 16(2) (e) | Artikolu 17(2)(e) | Artikolu 16(2)(f) (1) sa (5) | Artikolu 17(2) (f) (i) sa (v) | Artikolu 16(2) (g) | Artikolu 17(2) (g) | Artikolu 17 | Artikolu 18 | Artikolu 18(1) u (2) | - | Artikolu 18(3) fażi introduttorja | Artikolu 19(1) | Artikolu 18(3)(a) | Artikolu 19(2) | Artikolu 18(3)(b) | Artikolu 19 (3) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 18(3)(c) | Artikolu 19 (3) it-tieni subparagrafu | Artikolu 18(3)(d) | Artikolu 19(4) | Artikolu 18(3)(e) | Artikolu 19 (5) | Artikolu 18(3)(f) | Artikolu 19 (6) | Artikolu 18(4) | Artikolu 19 (7) | Artikolu 18a (1) l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 20 (1) l-ewwel u t-tieni subparagrafu | Artikolu 18a (2) l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 20 (1) l-ewwel u t-tieni subpargrafu | Artikolu 18a (3) sa (5) | Artikolu 20 (3) sa (5) | Artikolu 18a(6) l-ewwel u t-tieni sentenza | Artikolu 20(6) l-ewwel u t-tieni subparagrafu | Artikolu 18a(7) | Artikolu 20(7) | Artikolu 18b | Artikolu 21 | Artikolu 19 | Artikolu 22 | Artikolu 20(1), kliem tal-bidu | Artikolu 23(1), kliem tal-bidu | Artikolu 20(1), l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 23(1)(a) u (b) | Artikolu 20(2), kliem tal-bidu | Artikolu 23(2), kliem tal-bidu | Artikolu 20(2), l-ewwel sas-sitt inċiż | Artikolu 23(2)(a) sa (f) | Artikolu 20(3) | Artikolu 23(3) | Artikolu 21 | Artikolu 24 | Artikolu 21a | Artikolu 25 | - | Artikolu 26(1) | Artikolu 21b l-ewwel sentenza | Artikolu 26(2) l-ewwel subparagrafu | Artiklu 21 b it-tieni sentenza | Artikolu 26(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 22 (1) l-ewwel sentenza | Artikolu 27(1) l-ewwel subpargrafu | Artiklu 22(1) it-tieni sentenza | Artikolu 27(1) it-tieni subpargrafu | - | Artikolu 27(1) it-tielet subparagrafu | Artiklu 22 (2) sa (4) | Artiklu 27(2) sa (4) | Artikolu 23 (1) u (2) | Artikolu 28 (1) u (2) | - | Artikolu 28(3) | Artikolu 23(3) | - | Artikolu 24 (1) u (2) | - | Artikolu 24(3) (1) u (2) | Artikolu 29 (a) u (b) | Artikolu 25 | Artikolu 30 | Artikolu 26 l-ewwel sentenza | Artikolu 31 l-ewwel subparagrafu | Artikolu 26 it-tieni sentenza | Artikolu 31 it-tieni subparagrafu | Artikolu 27 | Artikolu 32 | Artikolu 28 | Artikolu 33 | Artikolu 29 | Artikolu 34 | Anness I u II | Anness I u II | Anness III | - | Anness IV | - | - | Anness III | - | Anness IV | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Mwettaq skond il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill – Kodifikazzjoni ta' l-acquis communautaire, COM(2001) 645 finali. [3] Ara l-Anness III, Parti A għal din il-proposta. [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [5] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU C [...], [...] p. [...]. [8] ĠU C [...], [...] p. [...]. [9] ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160). [10] Ara l-Anness III, Parti A. [11] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. [12] ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33. [13] ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata Ö Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53) Õ. [14] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [15] ĠU L 208, 5.8.2002, p.1 [16] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.