This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0503
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251(2) of the EC Treaty concerning the common position adopted by the Council with a view to the adoption of the Decision of the European Parliament and the Council establishing for the period 2007-2013 the specific programme “Drugs prevention and information” as part of the General programme “Fundamental Rights and Justice” for 2007-2013
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013
/* KUMM/2007/0503 finali - COD 2005/0037B */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013 /* KUMM/2007/0503 finali - COD 2005/0037B */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.8.2007 KUMM(2007) 503 finali 2005/0037B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013 2005/0037B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013 1. SFOND Data ta' meta l-proposta tressqet lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM([2006])[230] finali - [2005/[037B]COD) | l-24 ta’ Mejju 2006: (proposta emendata wara s-separazzjoni tal-programmi “Ġlieda kontra l-Vjolenza (Daphne III)” u “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku”. | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-19 ta’ Jannar 2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | l-14 ta' Diċembru 2006 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | It-23 ta’ Lulju 2007 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-prevenzjoni tal-konsum tad-droga u l-informazzjoni lill-pubbliku huwa programm ta' finanzjament b'dawn l-għanijiet: a) Il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ l-użu tad-droga, id-dipendenza fuq id-droga u ħsara relatata. b) Il-kontribuzzjoni għat-titjib ta' l-informazzjoni dwar l-użu tad-droga. ċ) L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea fil-qasam tad-drogi. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill iżżomm l-elementi essenzjali tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u tqis l-emendi ewlenin adottati fl-ewwel qari mill-Parlament Ewropew. Id-differenzi ewlenin bejn il-pożiżżjoni komuni u l-proposta inizjali tal-Kummissjoni huma dawn: - Il-programmi "Daphné III" u "Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku" huma separati minn xulxin. Din il-qasma ġiet proposta mill-Kummissjoni nnifisha fil-proposta modifikata tagħha tas-26 ta’ Mejju 2006. - L-Artikolu 3.a: Iż-żieda ta' għan speċifiku, li jwessa' l-ambitu tal-programm billi jiġi previst li dan jista' jappoġġja miżuri maħsuba li jipprevjenu l-konsum tad-droga partikolarment permezz tat-tnaqqis tal-ħsara relatat mad-droga u l-użu ta' metodi ta' trattament li jieħdu in kunsiderazzjoni l-aħħar għarfien xjentifiku. - L-Artikolu 3.c: l-involviment tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-pjani ta' azzjonijiet "drogi" huwa enfasizzat. - L-Artikolu 4.b: proposta ta’ proġett speċifiku għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament jekk tinvolvi mill-inqas 2 Stati Membri jew Stat Membru wieħed u Stat kandidat għall-adeżjoni (minflok 3 Stati Membri fil-proposta tal-Kummissjoni). - L-Artikolu 6: in-nisa u l-ġenituri huma msemmija fost il-pubbliku mmirat tal-programm. - L-Artikolu 9: fl-okkażjoni ta' l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, l-għarfien espert tekniku taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (ĊEMDDD) ser jittieħed in kunsiderazzjoni. - L-Artikolu 10: komitoloġija: il-prinċipju ta’ kumitat doppju (kumitat ta’ ġestjoni għall-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u kumitat konsultattiv għal kwistjonijiet oħra, waqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni tipprevedi biss kumitat konsultattiv). Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hija bbażata fuq kompromess innegozjat bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan il-kompromess jikkonċerna t-test sħiħ, inkluż il-kwistjoni tal-komitoloġija. Dwar dan is-suġġett, il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill terġa' tadotta s-soluzzjoni nnegozjata bejn it-tliet istituzzjonijiet b’rabta mal-programm “Ġustizzja Ċivili” (COD/2005/0040), jiġifieri ż-żieda ta’ inċiż rigward l-informazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-miżuri ta' eżekuzzjoni u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istess suġġett. 4. KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni komuni, li tinkludi l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali kif ukoll l-emendi ewlenin adottati mill-Parlament Ewropew.