This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0327
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 817/2006 of 29 May 2006 renewing the restrictive measures in respect of Burma/Myanmar and repealing Regulation (EC) No 798/2004
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004
/* KUMM/2007/0327 finali */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 /* KUMM/2007/0327 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.6.2007 KUMM(2007) 327 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' miżuri ristrettivi fir-rigward ta' Burma/l-Mjanmar. 2. Wara diskussjonijiet riċenti bejn l-Istati Membri, intlaħaq qbil li t-testi rilevanti għandhom jinkludu anness ta' websajts nazzjonali li jindikaw awtoritajiet kompetenti, u jissostitwixxu l-prattika preċedenti ta' lista ta' awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan l-approċċ diġa ttieħed mill-Kunsill fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007. 3. Il-Kummissjoni tqis li jaqbel li ssir proposta sabiex ikun emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006, għal dak l-għan. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 tad-29 ta' Mejju 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi dwar Burma u l-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/CFSP tas-27 ta' April 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi għal Burma/il-Mjanmar[1], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 4. Ikun jaqbel li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006 li jipprovdi għal arranġamenti simili għal dawk fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007[2] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 423/2007[3] dwar skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri, u li jipprovdi għal Anness li jelenka websajts nazzjonali fejn jidhru l-awtoritajiet kompetenti minflok lista ta' l-awtoritajiet kompetenti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa emendat kif ġej: (a) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju huwa mibdul b'dan li ġej: “1. B'deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa:" (b) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju huwa mibdul b'dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw li jinħelsu ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skond dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:" (c) L-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2, huma mibdulin b'dan li ġej: “1. Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom: (a) jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fl-Istat Membru fejn huma residenti jew lokalizzati, kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 6, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni; (b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif. 2. Kull informazzjoni addizzjonali li tasal direttament mill-Kummissjoni għandha tkun imqiegħda għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat." (d) L-Artikolu 9, paragrafu 5, jinbidel b'dan li ġej: “5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1(b) m'għandhiex tostakola l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fl-impriżi ta' l-Istat Burmiżi kif elenkati fl-Anness V, jekk din l-estenzjoni hija obbligatorja skond il-ftehim milħuq ma' l-impriża ta' l-Istat Burmiża kkonċernata qabel il-25 ta' Ottubru 2004. L-awtorità kompetenti rilevanti, kif indikata fil-websajt li jidher fil-lista fl-Anness II, u l-Kummissjoni għandhom ikunu infurmati qabel ma sseħħ din it-tranżazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra." (e) Qed ikun inkluż l-Artikolu 13a ġdid kif ġej: 'L-Artikolu 13a 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fil-websajts jew permezz ta' l-istess websajts, kif elenkati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jgħarrfuha dwar kull emenda sussegwenti.' (f) L-Anness II huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS "Anness II Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7, 8. 9, 12 u 13a u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea (biex timtela mill-Istati Membri) IL-BELĠJU IL-BULGARIJA IR-REPUBBLIKA ĊEKA ID-DANIMARKA IL-ĠERMANJA L-ESTONJA IL-GREĊJA SPANJA FRANZA L-IRLANDA L-ITALJA ĊIPRU IL-LATVJA IL-LITWANJA IL-LUSSEMBURGU L-UNGERIJA MALTA L-OLANDA L-AWSTRIJA IL-POLONJA IL-PORTUGALL IR-RUMANIJA IS-SLOVENJA IS-SLOVAKKJA IL-FINLANDJA L-IŻVEZJA IR-RENJU UNIT Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea: Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni Direttorat A. Struttura għall-Kriżijiet u l-Koordinament Politiku fis-CFSP Unità A.2. Ġestjoni tal-kriżijiet u l-prevenzjoni tal-kunflitti CHAR 12/108 B-1049 Brussell Tel. (32-2) 299 1176 295 5585 Faks (32-2) 299 0873" [1] ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/248/CFSP (ĠU L 107, 25.4.2007, p. 8) [2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra R-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.03.2007, p.1) [3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta' April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 103, 20.4.2007, p.1)