Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0201

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut

    /* KUMM/2007/0201 finali */

    52007PC0201

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut /* KUMM/2007/0201 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 20.4.2007

    KUMM(2007) 201 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut relevanti fil-Baħar Baltiku għall-2007. Huwa meħtieġ li jsiru emendi lir-Regolament biex ikun hemm il-kjarifiki tekniki meħiteġa.

    1. Fil-Kunsill ta' Ottubru 2006, kien miftiehem li l-ġranet addizzjonali ta' projbizzjoni li jridu jkunu allokati mill-Istati Membri fuq bażi nazzjonali għandhom jitqassmu f'perjodi ta' mhux anqas minn ħamest ijiem. L-Istati Membri kienu obbligati li sa mhux aktar tard mis-7 ta' Jannar 2007, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dati eżatti tal-ġranet addizzjonali ta' projbizzjoni għall-kumplament tas-sena. Madankollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika jekk dawn id-dati ta' projbizzjoni individwali jkunu marbuta ma' wieħed mill-perjodi magħluqa ffissati f'dak ir-Regolament, sakemm il-perjodu totali ta' ġranet magħluqa jkun ta' l-anqas ħamest ijiem jew aktar. Għalhekk hemm bżonn ta' kjarifika retroattiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' ġranet addizzjonali ta' projbizzjoni mill-Istati Membri fuq bażi nazzjonali.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd għall-2007-2008 għall-bastimenti Komunitarji għal ċerti speċijiet li jgħixu fil-baħar fond. Huwa meħtieġ li jsiru emendi lir-Regolament biex ikun hemm il-kjarifiki tekniki meħtieġa.

    2. F'parti 2 ta' l-Anness f'dak ir-Regolament, li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd annwali rilevanti għal biċċiet tal-baħar Komunitarji f'żoni fejn il-limiti tal-qbid jeżistu skond l-ispeċi u ż-żona, l-indikazzjonijiet taż-żoni għal għadd ta' TACs jeħtieġ li jkunu ċċarati sabiex ikun żgurat li tkun identifikata b'mod korrett iż-żona li fiha tista' tkun mistada kwota. F'żewġ każijiet fejn il-kwoti ġew indikati b'mod inkorrett, saru wkoll ir-rettifiki meħtieġa.

    Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet, rilevanti fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid għall-2007.

    3. It-titolu ta' Anness IA mar-Regolament (KE) Nru 41/2007 u l-indikazzjonijiet taż-żoni għal għadd ta' TACs f'dan l-Anness jeħtieġ li jkunu ċċarati sabiex ikun żgurat li ż-żoni li fihom jistgħu jkunu mistada l-kwoti, ikunu interpretati sewwa. Għalhekk huwa meħtieġ li ssir emenda.

    4. 4. Fit-tielet Laqgħa Annwali bejn il-11 u l-15 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għas-Sajd għall-Punent u ċ-Ċentru tal-Paċifiku, fost oħrajn, adottat miżuri biex tħares ir-riżorsi tat-tonn u l-miżuri regolatorji għal Pixxispad f'ċerti żoni. Il-Komunita Ewropea hija parti Kontraenti minn din l-organizzazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom għalhekk ikunu implimentati fil-Liġi Komunitarja.

    5. 5. B'riżultat ta' konsultazzjoni bejn il-Komunità, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa fit-18 ta' Jannar 2007, intlaħaq qbil dwar l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokk Atlanto-Skandiku ta' l-aringi (dawk Norveġiżi li jirriproduċu fir-Rebbiegħa) fil-Grigal ta' l-Atlantiku. Skond dan il-ftehim, l-għadd tal-liċenzji tal-KE għandu jiżdied minn 77 sa 93. Il-ftehim dwar l-għadd ta' liċenzji għandu jkun implimentat fil-liġi Komunitarja. Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-parti tal-ftehim dwar l-opportunitajiet ta' sajd għall-aringi Atlanto-Skandiku, hija suġġett għall-proċedura separata.

    Din il-proposta għandha l-għan li tintroduċi l-emendi neċessarji lil:

    - L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1941/2006.

    - Parti 2 mill-Anness fir-Regolament (KE) Nru 2015/2006.

    - L-Annessi IA, IIA, III u IV fir-Regolament (KE) Nru 41/2007.

    Il-Kunsill huwa mitlub li jadotta din il-proposta malajr kemm jista' jkun sabiex jippermetti lis-sajjieda jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għal dan l-istaġun tas-sajd.

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tal-26 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokkijiet ta' merluzz (cod)[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

    Billi:

    6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006[4] jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut relevanti fil-Baħar Baltiku għall-2007.

    7. Ir-Regolament (KE) Nru 1941/2006 jistipula li għandhom ikunu allokati ġranet addizzjonali ta' projbizzjoni mill-Istati Membri f'ċerti sottodiviżjonijiet fil-Baħar Baltiku, għandhom jinqasmu f'perjodu ta' mhux anqas minn ħamest ijiem. Dik id-dispożizzjoni, madankollu, m' għandhiex tapplika fejn il-ġranet ta' projbizzjoni addizzjonali jkunu marbuta ma' wieħed mill-perjodi magħluqa stipulati f'dak ir-Regolament, sakemm il-perjodu totali ta' ġranet magħluqa ta' ħamest ijiem jew aktar. L-allokazzjoni tal-ġranet addizzjonali ta' projbizzjoni għandha tkun iċċarata b'mod retroattiv.

    8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006[5], li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti tal-Komunità rigward ċerti speċijiet li jgħixu fil-baħar fond.

    9. Id-deskrizzjonijiet ta' ċertu sajd f'dak ir-Regolament għandhom ikunu ċċarati sabiex ikun żgurat li ssir l-identifikazzjoni korretta taż-żona li fiha jista' jsir is-sajd għal kwota

    10. F'dak ir-Regolament ċerti kwoti kienu indikati b'mod impreċiż għal żewġ żoni tas-sajd u għandhom ikunu korretti.

    11. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007[6] jiddetermina għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, rilevanti fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid.

    12. It-titolu ta' Anness IA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 u ċerti deskrizzjonijiet ta' żoni tas-sajd għandhom ikunu ċċarati sabiex ikun żgurat l-identifikazzjoni korretta taż-żona li fiha jkun jista' jsir is-sajd għal kwota.

    13. Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Paċifiku tal-Punent u Ċentrali fit-tielet Laqgħa Annwali bejn il-11 u l-15 ta' Diċembru 2006 f'ċerti żoni, adottat miżuri biex tħares lir-riżorsi tat-tonn u miżuri regolatorji għall-pixxispad f'ċerti żoni. L-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fl-ordni legali Komunitarju għandu jkun żgurat.

    14. B'riżultat ta' konsultazzjoni bejn il-Komunità, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa fit-18 ta' Jannar 2007, intlaħaq qbil dwar l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokk Atlanto-Skandiku ta' l-aringi (dawk Norveġiżi li jirriproduċu fir-Rebbiegħa) fil-Grigal ta' l-Atlantiku. Skond dan il-ftehim, l-għadd tal-liċenzji tal-KE għandu jiżdied minn 77 sa 93. Il-ftehim għandu jkun implimentat fil-liġi Komunitarja.

    15. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 għandhom, għalhekk, jiġu emendati skond dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1941/2006

    L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1941/2006 huwa emendat skond Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006

    Parti 2 ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 huwa emendat skond Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 41/2007

    L-Annessi IA, IIA, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huma emendati skond Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4 Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Madankollu, l-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, [...]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1941/2006 punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

    "1.2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom, is-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni jew apparat simili li għandu malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar jew b’għeżula tat-tisqif tal-qiegħ, għeżula tal-mitlaq u pariti li għandhom malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar jew bil-konzijiet tal-qiegħ għandhom wkoll ikunu pprojbiti għal:

    (a) 77 jum kalendarju f'sottodiviżjonijiet 22 sa 24 barra mill-perjodu msemmi f'punt 1.1(a); u

    (b) 67 jum kalendarju f'sottodiviżjonijiet 25 sa 27 barra mill-perjodu msemmi f'punt 1.1(b).

    L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-ġranet imsemmija f'punti (a) u (b) f'perjodi ta' mhux anqas minn ħamest ijiem sakemm il-ġranet imsemmija f'punti (a) u (b) jiġu miżjuda mal-perjodi stipulati f'punti 1.1(a) u 1.1(b) rispettivament, minbarra l-31 ta' Diċembru."

    ANNESS II

    Il-Parti 2 ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Alfonsinos fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

    "Speċi: | Alfonsinos | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, VI, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV |

    Beryx spp. |

    Sena | 2007 | 2008 |

    Spanja | 74 | 74 |

    Franza | 20 | 20 |

    L-Irlanda | 10 | 10 |

    Il-Portugall | 214 | 214 |

    Ir-Renju Unit | 10 | 10 |

    KE | 328 | 328" |

    (2) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi "Roundnose grenadier" fiż-żona ICES IIIa u ilmijiet Komunitarji ta' żoni ICES IIIbcd tinbidel b'dan li ġej:

    "Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | IIIa u l-ilmijiet Komunitarji ta' IIIbcd |

    Coryphaenoides rupestris |

    Sena | 2007 | 2008 |

    Id-Danimarka | 1002 | 1002 |

    Il-Ġermanja | 6 | 6 |

    L-Iżvezja | 52 | 52 |

    KE | 1 060 | 1 060" |

    (3) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Roundnose grenadier fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ta' ICES VIII, IX, X, XII u XIV u V (ibħra ta' Greenland) tinbidel b'dan li ġej:

    "Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII, IX, X, XII and XIV |

    Coryphaenoides rupestris |

    Sena | 2007 | 2008 |

    Il-Ġermanja | 40 | 40 |

    Spanja | 4 391 | 4 391 |

    Franza | 202 | 202 |

    L-Irlanda | 9 | 9 |

    Ir-Renju Unit | 18 | 18 |

    Il-Latvja | 71 | 71 |

    Il-Litwanja | 9 | 9 |

    Il-Polonja | 1 374 | 1 374 |

    KE | 6 114 | 6 114" |

    (4) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Orange roughy fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ta' ICES I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XI, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:

    Speċi: | Orange roughy | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV |

    Hoplostethus atlanticus |

    Sena | 2007 | 2008 |

    Spanja | 4 | 3 |

    Franza | 23 | 15 |

    L-Irlanda | 6 | 4 |

    Il-Portugall | 7 | 5 |

    Ir-Renju Unit | 4 | 3 |

    KE | 44 | 30 |

    (5) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi Linarda fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ta' ICES IV u V tinbidel b'dan li ġej:

    "Speċi: | Linarda | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI u VII(2) |

    Molva dypterygia |

    Sena | 2007 | 2008 |

    Il-Ġermanja | 26 | 21 |

    L-Estonja | 4 | 3 |

    Spanja | 83 | 67 |

    Franza | 1 898 | 1 518 |

    L-Irlanda | 7 | 6 |

    Il-Litwanja | 2 | 1 |

    Il-Polonja | 1 | 1 |

    Ir-Renju Unit | 482 | 386 |

    Oħrajn(1) | 7 | 6 |

    KE | 2 510 | 2 009 |

    (1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

    (2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd għal Linarda huwa monitorjat xjentifikament, speċjalment l-attivitajiet ta' dawk il-bastimenti tas-sajd li qabdu aktar minn 30 tunnelleta ta' Linarda fl-2005. Tali bastimenti għandhom jagħtu notifika minn qabel ma jsir il-ħatt l-art u m'għandhomx iħottu aktar minn 25 tunnellata ta' Linarda wara kull vjaġġ tas-sajd. |

    ANNESS III

    L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huma emendati kif ġej:

    (1) Fl-Anness IA

    (a) It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

    "SKAGERRAK, KATTEGAT, iż-żoni ta' l-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII and XIV, l-ilmijiet tal-KE tas-CECAF, l-ilmijiet tal-Gujana Franċiża"

    (b) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Aringa fiż-żona ta' ICES IV fit-Tramuntana ta' 53°30'N tinbidel b'dan li ġej:

    "SPEċI: | ARINGA(1) CLUPEA HARENGUS | ŻONA: | ILMIJIET TA' KE U NORVEġIżI TA' IV FIT-TRAMUNTANA TA' 53°30'N HER/04A., HER/04B. |

    ID-DANIMARKA | 50 349 | TAC ANALITIKU L-ARTIKOLU 3 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 MA JAPPLIKAX. L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 MA JAPPLIKAX. L-ARTIKOLU 5(2) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. |

    IL-ĠERMANJA | 34 118 |

    FRANZA | 19 232 |

    L-OLANDA | 47 190 |

    L-IżVEZJA | 3 470 |

    IR-RENJU UNIT | 50 279 |

    KE | 204 638 |

    IN-NORVEġJA | 50 000 | (2) |

    TAC | 341 063 |

    (1) ĦATT L-ART TA’ ARINGI MEħUDA F’SAJD BL-UżU TA’ XBIEKI B’MALJI TA' 32 MM JEW AKBAR. L-ISTATI MEMBRI GħANDHOM JINFURMAW LILL-KUMMISSJONI DWAR IL-ħATT L-ART TAGħHOM TA’ ARINGI SEPARATAMENT U JIDDISTINGWU BEJN Iż-żONI IVA U IVB TA’ L-ICES. (2) JISTGħU JINQABDU FL-ILMIJIET TAL-KE. QABDIET MEħUDA FI ħDAN DIN IL-KWOTA GħANDHOM JITNAQQSU MIS-SEHEM TAT-TAC TAN-NORVEġJA. |

    KUNDIZZJONIJIET SPEċJALI |

    FIL-LIMITI TAL-KWOTI MSEMMIJA HAWN FUQ, MA JISTGħUX JINQABDU AKTAR MILL-KWANTITAJIET IMNIżżLA HAWN TAħT MIż-żONI SPEċIFIKATI |

    L-ILMIJIET TAN-NORVEġJA FIN-NOFSINHAR TA' 62°N (HER/*04N-) |

    KE | 50 000" |

    (c) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Aringa fiż-żona ta' ICES Vb u Vib u l-ilmijiet ta' KE fiż-żona ta' ICES VIaN tinbidel b'dan li ġej:

    "SPEċI: | ARINGI CLUPEA HARENGUS | ŻONA: | ILMIJIET TAL-KE U DAWK INTERNAZZJONALI TA' VB, VIB U VIAN (1) HER/5B6ANB |

    IL-ĠERMANJA | 3 727 | TAC PREKAWZJONALI L-ARTIKOLU 3 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 MA JAPPLIKAX. L-ARTIKOLU 5(2) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. |

    FRANZA | 705 |

    L-IRLANDA | 5 036 |

    L-OLANDA | 3 727 |

    IR-RENJU UNIT | 20 145 |

    KE | 33 340 |

    IL-GżEJJER FAROE | 660 | (2) |

    TAC | 34 000 |

    (1) IR-REFERENZA HIJA GħALL-ISTOKK TA’ ARINGI FIż-żONA TA' L-ICES VIA, FIT-TRAMUNTANA TA’ 56°00' N U F’DIK IL-PARTI TA’ VIA LI TINSAB FIL-LVANT TA’ 07°00' W U T-TRAMUNTANA TA’ 55°00' N, MINBARRA L-CLYDE. (2) DIN IL-KWOTA TISTA’ TINQABAD BISS FIż-żONA TA' L-ICES VIA FIT-TRAMUNTANA TA’ 56°30' N." |

    (d) L-annotazzjoni dwar l-ispeċi tal-Merluzz fiż-żona ta' VIb, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:

    "SPEċI: | MERLUZZ MELANOGRAMMUS AEGLEDFINUS | ŻONA: | L-ILMIJIET TAL-KE U ILMIJIET INTERNAZZJONALI TA’ VIB, XII U XIV HAD/6B1214 |

    IL-BELġJU | 10 | TAC ANALITIKU L-ARTIKOLU 3 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. L-ARTIKOLU 5(2) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 847/96 JAPPLIKA. |

    IL-ĠERMANJA | 12 |

    FRANZA | 509 |

    L-IRLANDA | 363 |

    IR-RENJU UNIT | 3 721 |

    KE | 4 615 |

    TAC | 4 615" |

    (2) Fl-Anness IIA:

    (a) Il-punt 11.4 jinbidel b'dan li ġej:

    "11.4. Sitt ġranet addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fi ħdan iż-żona msemmija f'punt 2.1(c) waqt li abbord ikollu irkaptu msemmi f'punt 4.1(a)(iv) u 4.1(a)(v) jistgħu jkunu allokati bejn l-1 ta' Frar 2007 u l-31 ta' Jannar 2008 lill-Istati Membri mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' Proġett Pilota dwar Data Mtejba."

    (b) Il-punt 11.5 jinbidel b'dan li ġej:

    "11.5. Tnax-il ġurnata addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fi ħdan iż-żona msemmija f'punt 2.1(c) waqt li abbord ikollu irkaptu msemmi f'punt 4.1 ħlief għall-irkaptu msemmi f'paragrafi 4.1(a)(iv) u 4.1(a)(v) jistgħu jkunu allokati bejn l-1 ta' Frar 2007 u l-31 ta' Jannar 2008 lill-Istati Membri mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' Proġett Pilota dwar Data Mtejba."

    (3) Fl-Anness III, Parti E:

    Il-punt 21 jinbidel b'dan li ġej:

    " 21. Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent

    21.1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isforz totali tas-sajd għat-tonn għajnu kbira, tat-tonn tal-pinen sofor, tal-palamit u ta' l-alonga tan-nofsinhar tal-Paċifiku fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent ("iż-Żona tal-Konvenzjoni") ikun limitat għall-isforz tas-sajd previst fil-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd bejn il-Komunità u l-Istati kostali fir-reġjun.

    21.2. L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom huma awtorizzati li jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom jiżviluppaw pjanijiet ta' ġestjoni għall-użu ta' rkaptu fiss jew mitluq għal riħu biex jinġema' l-ħut (FAD). Dawk il-pjanijiet ta' ġestjoni għandhom jinkludu strateġiji biex jillimitaw l-interazzjoni mat-tonn ta'għajnu kbira u tat-tonn tal-pinen sofor li jkunu għadhom żgħar.

    21.3. Il-pjanijiet ta' ġestjoni msemmija f'punt 21.2 għandhom ikunu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2007. Il-Kummissjoni għandha tħejji dawk il-pjanijiet ta' ġestjoni u jippreżentaw pjan ta' ġestjoni li-Segretarjat tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent u ċ-Ċentru tal-Paċifiku (WCPFC) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

    21.4. L-għadd ta' bastimenti Komunitarji li jistadu għall-pixxispad fiż-żoni fin-nofsinhar ta' 20°S u fit-tramuntana ta' 20°N taż-Żona tal-Konvenzjoni m'għandux jaqbeż l-14-il bastiment. Il-parteċipazzjoni Komunitarja għandha tkun limitata għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja."

    (4) Fl-Anness IV:

    (a) Parti I hija tinbidel b'dan li ġej:

    "PARTI I

    Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi

    Żona ta' sajd | Sajd għal | Numru ta' liċenzji | Allokazzjoni ta' liċenzji bejn l-Istati Membri | Numru massimu ta' bastimenti preżenti f'kull ħin |

    Ilmijiet tan-Norveġja u ż-żona tas-sajd madwar Jan-Mayen | Aringi, fit-Tramuntana ta' 62°00'N | 93 | DK: 32, DE: 6, FR: 1, IRL: 9, NL: 11, SW: 12, UK: 21, PL: 1 | 69 |

    Speċijiet li jgħixu fil-qiegħ tal-baħar, fit-Tramuntana ta' 62°00'N | 80 | FR: 18, PT: 9, DE: 16, ES: 20, UK: 14, IRL: 1 | 50 |

    Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62°00'N, sajd bit-tartaruni | 11 | DE: 11, DK: 261, FR: 21, NL: 11 | mhux rilevanti |

    Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62°00'N, sajd bix-xbieki tat-tkarkir | 19 | mhux rilevanti |

    Kavalli, fit-Tramuntana ta' 62°00'N, sajd bit-tartaruni | 112 | DK: 11 | mhux rilevanti |

    Speċijiet industrijali, fin-Nofsinhar ta' 62°00'N | 480 | DK: 450, UK: 30 | 150 |

    Ilmijiet tal-Gżejjer Faroe | Is-sajd kollu bit-tkarkir b’bastimenti ta’ mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faroe | 26 | BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18 | 13 |

    Sajd maħsub għall-merluzz u l-bakkaljaw (haddock) b'malji ta' minimu 135 mm, ristrett għaż-żona fin-Nofsinhar ta' 62°28'N u Lvant ta' 6°30'W | 83 | 4 |

    Tkarkir ‘il barra minn distanza ta’ 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perjodi bejn l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61°20'N u 62°00'N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi. | 70 | BE: 0, DE: 10, FR: 40, UK: 20 | 26 |

    Sajd bit-tkarkir għal-linarda b'malji b'qies minimu ta' 100 mm fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 61°30'N u l-Punent ta' 9°00'W u fiż-żona bejn 7°00'W u 9°00'W fin-Nofsinhar ta' 60°30'N u fiż-żona fil-Lbiċ ta' linja bejn 60°30'N, 7°00'W u 60°00'N, 6°00'W | 70 | DE: 84, FR: 124, UK: 04 | 205 |

    Sajd bit-tkarkir maħsub għall-pollakkju (saithe) b'malji ta' qies minimu ta' 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka. | 70 | 225 |

    Sajd għas-stokkafixx. In-numru totali ta' liċenzji jista' jiżdied b'erba bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċi regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ "iż-żona ewlenija tas-sajd għall-istokkafixx" | 36 | DE: 3, DK: 19, FR: 2, UK: 5, NL: 5 | 20 |

    Sajd bix-xlief | 10 | UK: 10 | 6 |

    Sajd għall-kavalli | 12 | DK: 12 | 12 |

    Sajd għall-aringi fit-Tramuntana ta' 62°N | 21 | DE: 1, DK: 7, FR: 0, UK: 5, IRL: 2, NL: 3, SW: 3" | 21 |

    (b) Il-Parti II hija mibdula b'dan li ġej:

    "Il-PARTI II

    Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi tas-sajd għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet Komunitarji

    L-Istat tal-bandiera | Sajd għal | Numru ta' liċenzji | Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fl-istess waqt |

    In-Norveġja | Aringi, fit-Tramuntana ta' 62°00'N | 20 | 20 |

    Il-Gżejjer Faeroe | Għall-kavalli, VIa (fit-tramuntana ta’ 56°30'N), VIIe,f,h, is-sawrell, IV, VIa (tramuntana ta’ 56°30'N), VIIe,f,h; l-aringi, VIa (tramuntana ta’ 56°30'N) | 14 | 14 |

    Għall-aringi fit-tramuntana ta’ 62°00'N | 21 | 21 |

    Għall-aringi, IIIa | 4 | 4 |

    Sajd industrijali għan-Norway Pout u laċċa kaħla, IV, VIa (fit-tramuntana ta’ 56°30'N): ċiċċirell, IV (inkluż qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati ta’ stokkafixx) | 15 | 15 |

    Għall-lipp u t-tusk | 20 | 10 |

    Għall-istokkafixx, II, VIa (fit-tramuntana ta’ 56°30'N), VIb, VII (fil-punent ta’ 12°00'W) | 20 | 20 |

    Linarda | 16 | 16 |

    Il-Venezwela | Snappers1 (Ilmijiet tal-Gujana Franċiża) | 41 | pm |

    Għal-kelb il-baħar (Ilmijiet tal-Gujana Franċiża) | 4 | Pm |

    (1) Għandhom jiġu mistada biss b'konzijiet jew nases ( snappers ) jew konzijiet jew xbieki li għandhom malji minimi ta' 100mm, f' fond ta' aktar minn 30m (klieb il-baħar). Biex jinħarġu dawn il-liċenzji, trid tinġieb prova li jeżisti kuntratt validu bejn is-sid tal-bastiment li japplika għal-liċenzja u intrapriża ta’ l-ipproċessar mid-Diviżjoni Franċiża tal-Gujana, u li jkun jinkludi obbligu li jħott l-art għall-inqas 75% tal-qbid kollu ta’ snapper, jew 50% tal-qbid ta’ klieb il-baħar mill-bastiment ikkonċernat f’dak it-territorju, biex ikun jista’jkun ipproċessat fl-impjant ta’ dik l-intrapriża.

    Il-kuntratt imsemmi hawn fuq għandu jkun approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, biex b'hekk ikun żgurat li huwa konsistenti kemm mal-kapaċità attwali tal-kumpanija ta' proċessar kontraenti kif ukoll ma' l-għanijiet għall-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-Gujana. Kopja tal-kuntratt approvat kif xieraq għandha tinhemeż ma’ l-applikazzjoni għal-liċenzja.

    Fejn l-approvazzjoni imsemmija tiġi rifjutata, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw dan ir-rifjut u jagħtu r-raġunijiet għalih lill-parti terza kkonċernata u lill-Kummissjoni."

    [1] ĠU L 358, 31,12,2002, p. 59

    [2] ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8

    [3] ĠU C , , p..

    [4] ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1

    [5] ĠU L 384, 29.12.2006,p. 28

    [6] ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1

    (1) Din l-allokazzjoni hija valida għas-sajd bil- purse seines u bix-xibka tat-tkarkir.

    (2) Għandu jintgħażel mill-11-il liċenzji għas-sajd bil- purse seines għall-kavalli fin-Nofsinnhar ta’ 62°00'N.

    (3) Wara r-Rekord Miftiehem ta' l-1999, iċ-ċifri għas-sajd dirett għall-merluzz u l-bakkaljaw huma inklużi fiċ-ċifri għas-"s-sajd kollu bit-tkarkir minn bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21-il mil mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe".

    (4) Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin.

    (5) Dawn iċ-ċifri huma inklużi fiċ-ċifri għas-"Sajd bit-tkarkir aktar minn 21 mil 'il barra mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe".

    Top