This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0154
Proposal for a Council Decision on the conclusion of the relevant agreements under Article XXI GATS with Argentina, Australia, Brazil, Canada, China, the Separate customs territory of Taiwan, Penghu, Kinmen and Matsu (Chinese Taipei), Columbia, Cuba, Ecuador, Hong Kong China, India, Japan, Korea, New Zealand, the Philippines, Switzerland, and the United States, on the necessary compensatory adjustments resulting from the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Austria, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, the Slovak Republic, the Republic of Finland, the Kingdom of Sweden to the European Union
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea
/* KUMM/2007/0154 finali - ACC 2007/0055 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0154 finali - ACC 2007/0055 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.3.2007 KUMM(2007) 154 finali 2007/0055 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI It-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom il-Membri tad-WTO jippermettu l-aċċess għas-swieq tagħhom għas-servizzi u l-fornituri tas-servizzi minn membri oħra huma speċifikati fl-iskedi tal-membri tal-GATS ta’ impenji speċifiċi. L-iskeda oriġinali ta’ l-impenji speċifiċi tal-KE u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ‘il quddiem "l-iskeda tal-KE GATS") tmur lura għall-1994, u tkopri biss dawk it-tnax-il Stat Membru li kienu membri ta’ l-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien. It-tlettax-il Stat Membru li ngħaqqdu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1995 u fl-2004 (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-Istati Membri l-ġodda) baqgħu iżommu l-iskedi individwali tagħhom tal-GATS, li kienu ġew adottati qabel l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri l-ġodda ma’ jżommux impenji li jistgħu jkunu ta’ ksur għall- acquis communautaire u li dawn huma koperti mil-limitazzjonijiet orizzontali inklużi fl-iskeda tal-KE GATS, kien meħtieġ li jiġu notifikati l-modifika u l-irtirar ta’ ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-KE u fl-iskedi individwali tal-GATS ta’ l-Istati Membri l-ġodda, u li jiġu kkonsolidati l-iskedi ta’ l-Istati Membri l-ġodda bl-iskeda orġinali tal-KE. Għal dan il-għan, skond l-Artikolu XXI tal-GATS, il-KE daħlet f’negozjati ma’ tmintax-il Membru tad-WTO, li stqarrew li ġew affettwati mill-modifiki msemmijin qabel. Matul dawn in-negozjati, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2006[1], il-KE qablet dwar il-kumpens li għandu jiġi offrut lill-Membri effettwati tad-WTO. Il-modifiki u l-irtirar notifikati, flimkien ma’ l-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma, iddaħħlu fl-iskeda konsolidata tal-GATS tal-KE, li ċ-ċertifikazzjoni tagħha ġiet konkluża skond ir-regoli applikabbli tad-WTO fil-15 ta’ Diċembru 2006. B’dan, il-KE saret l-ewwel membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li użat id-dispożizzjonijiet tal-GATS b’suċċess rigward il-modifika u l-irtirar ta’ l-impenji kummerċjali fit-taqsima tas-servizzi. B’riżultat tal-konsolidazzjoni ta’ l-iskeda tas-servizzi li rnexxiet, l-impenji tas-servizzi tal-KE jistgħu finalment jiġu ppreżentati f’dokument wieħed li jkopri l-25 Stat Membru. Sakemm jiġu konklużi n-negozjati mal-"Membri effettwati" tad-WTO u fid-dawl tal-kompetenza residwa ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 133(6), it-tieni subparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-istituzzjonijiet Komunitarji operaw taħt l-ipoteżi li l-kontenut potenzjali tal-ftehim li qed jiġi nnegozjat, jista’, għall-inqas fit-teorija, jitlob il-parteċipazzjoni u l-approvazzjoni individwali eventwali ta’ l-Istati Membri, għal dawk il-kwistjonijiet li setgħu waqgħu taħt il-kompetenza residwa tagħhom. Għal dan il-għan, in-negozjati mal-"Membri effettwati" tad-WTO issegwew mill-Kummissjoni f’isem "il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom". Madankollu, billi l-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma ma jinkludux dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mis-setgħat interni tal-Komunitajiet Ewropej, u ma jwasslux għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’taqsima li għaliha t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitarjiet Ewropej jaqtgħu barra armonizzazzjoni bħal din, xejn fil-ftehimijiet imsemmija ma jaqa’ fil-fatt taħt il-kompetenza residwali ta’ l-Istati Membri. Għalhekk, il-ftehimiet jeħtieġu biss l-approvazzjoni mill-Kunsill. Madankollu, biex tkun żgurata konsistenza tar-rappreżentazzjoni, filwaqt li titħalla miftuħa l-possibilità fil-ġejjieni li l-impenji jitwettqu taħt il-GATS fi kwistjonijiet koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 133(6), it-tieni subparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-iskeda konsolidata tal-KE GATS għandha żżomm it-titolu attwali tagħha ("Il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom - Skeda ta’ Impenji Speċifiċi"). Il-proposta attwali tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill timmira lejn il-konklużjoni formali tan-negozjati ma’ dawk il-Membri tad-WTO meqjusa bħala effettwati mill-konsolidazzjoni ta’ l-iskeda tal-KE GATS. 2007/0055 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklu żjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133, (1) u (5), b’konnessjoni flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 1. It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995[2], 2. It-Trattat rigward l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta’ l-Estonja, r-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika ta’ Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004[3], 3. Skond l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (minn hawn ‘il quddiem irreferut bħala GATS), il-membri tad-WTO għandhom jistipulaw fi skeda l-impenji speċifiċi li deħlin għalihom taħt Parti III tal-GATS, 4. L-iskeda attwali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom (minn hawn ‘il quddiem irreferuti bħala l-Komunitajiet Ewropej) tkopri biss l-impenji speċifiċi relatati mat-tnax-il Stat Membru ta’ l-1994. L-iskedi individwali ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri li ngħaqdu mal-Komunitajiet Ewropej fl-1995 u fl-2004 (minn hawn ‘il quddiem irreferuti bħala l-Istati Membri l-ġodda) ġew adottati qabel l-adeżjoni tagħhom, 5. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri l-ġodda huma koperti mil-limitazzjonijiet inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u biex tkun żgurata l-konsistenza ma’ l- acquis communautaire , kien meħtieġ li jiġu mibdula jew irtirati ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ l-impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u fil-listi ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri l-ġodda, 6. Bl-għan li jippreżentaw skeda kkonsolidata, fit-28 ta’ Mejju 2004 l-Komunitajiet Ewropej ressqu komunikazzjoni skond l-Artikolu V tal-GATS fejn urew l-intenzjoni tagħhom li jbiddlu jew jirtiraw ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u fil-listi ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri l-ġodda, skond l-Artikolu V: 5 tal-GATS u skond it-termini ta’ l-Artikolu XXI: (b) tal-GATS, 7. Wara li ġiet ippreżentata n-notifika u skond l-Artikolu XXI:2(a) tal-GATS, tmintax-il Membru tad-WTO (l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-territorju doganali Separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolombja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong (iċ-Ċina), l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, l-Uruguay u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, minn issa ‘l quddiem irreferuti bħala l-Membri effettwati tad-WTO) ressqu stqarrijiet fejn wrew interess 8. Il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati. B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, intlaħaq ftehim dwar aġġustamenti ta’ kumpens relatati mal-bidliet u l-irtirar innotifikati fit-28 ta’ Mejju 2004, 9. Wara l-konklużjoni tan-negozjati, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2006[4], il-Kummissjoni kienet awtorizzata li tiffirma l-ftehimiet rispettivi ma’ kull wieħed mill-Membri effettwati kkonċernati tad-WTO. Bl-għan li titnieda l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni stipulata permezz tar-regoli applikabbli tad-WTO, fl-14 ta’ Settembru 2006 l-Kummissjoni ttrażmettiet l-abbozz ta’ l-iskeda kkonsolidata lis-Segretarjat tad-WTO. iċ-ċertifikazzjoni ntemmet fil-15 ta’ Diċembru 2006, 10. L-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma ma jinkludux dispożizzjonijiet li għandhom mnejn imorru lil hinn mis-setgħat interni tal-Komunitajiet Ewropej, u ma jwasslux għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’ qasam li għalih it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jeskludu armonizzazzjoni bħal din. Barra minn hekk, aġġustamenti ta’ kumpens bħal dawn jikkostitwixxu riżultat soddisfaċenti u bbilanċjat tan-negozjati. Dawn il-ftehimiet korrispondenti għalhekk għandhom jiġu approvati f’isem il-Komunitajiet Ewropej, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-ftehimiet rilevanti ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali Separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża) il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong (iċ-Ċina), l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa skond l-Artikolu XXI (GATS) li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta’ l-Iżvezja mal-Komunitajiet Ewropej, huma b’dan approvati f’isem il-Komunitajiet Ewropej. Il-President tal-Kunsill huwa b’ dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna awtorizzata li tesprimi l-kunsens tal-Komunitajiet Ewropej li tintrabat b’dawn il-ftehimiet. It-testi tal-ftehimiet huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċi żjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President […] ANNESS (Is-17-il ftehim) [1] 12019/06 Limited WTO 135 Services 34 [2] ĠU C 241, 29.08.1994 [3] ĠU L 236, 23.09.2003 [4] 12019/06 Limited WTO 135 Services 34