This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0199
Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the implementation of the Council Recommendation of 18 June 2003 on the prevention and reduction of health-related harm associated with drug dependence
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga
/* KUMM/2007/0199 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.4.2007 KUMM(2007) 199 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga WERREJ 1. SFOND 3 2. IL-METODOLOĠIJA – IL-ĠBIR TAD- DATA 3 3. IR-RIŻULTATI EWLENIN RELATATI MA' L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL 4 4. KONKLUŻJONIJIET 9 5. SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TA' L-2003 10 TECHNICAL ANNEXES 13 5.1. ANNEX I – Abbreviations and technical terms used 13 5.2. ANNEX II – Figures 14 SFOND Fit-18 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar "il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga" [1] . L-għan tar-Rakkomandazzjoni huwa li tnaqqas l-għadd ta' mwiet marbuta mad-droga (DRDs) u ħsara għas-saħħa marbuta mad-droga billi tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwaqqfu u jiżviluppaw risponsi u strateġiji biex jipprevjenu u jnaqqsu l-ħsara marbuta mad-droga. Dan is-sens ta' urġenza ġie mtenni fl-Istrateġija ta' l-UE għad-Drogi 2005-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għad-Drogi 2005-2008. Ir-Rakkomandazzjoni tinkludi t-tliet punti l-iktar importanti għal azzjoni mill-Istati Membri: 1. li l-ħarsien mid-dipendenza mid-droga u t-tnaqqis tar-riskji relatati u li jiġu żviluppati u implimentati strateġiji komprensivi kif xieraq jiġu stabbiliti bħala objettiv tas-saħħa pubblika; 2. li titnaqqas sostanzjalment l-inċidenza ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-droga (bħall-HIV, l-epatite B u Ċ, u t-tuberkolożi) u l-għadd ta' DRDs, permezz ta' 13-il sottopunt relatat mas-servizzi u l-faċilitajiet għat-tnaqqis tal-ħsara (eż. tqassim ta' materjali għall-injezzjoni, tilqim, trattament, tagħrif u taħriġ); 3. li tiġi żviluppata valutazzjoni xierqa biex tiżdied l-effettività u l-effiċjenza tal-ħarsien mid-droga u biex jitnaqqsu r-riskji tas-saħħa marbuta mad-droga, permezz ta' 9 sottopunti li jkopru l-assigurazzjoni tal-kwalità, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programmi. Ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi li l-Istati Membri jirrapportaw lura dwar l-implimentazzjoni tal-punti ta' hawn fuq fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tagħha u tistieden lill-Kummissjoni tħejji rapport. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Drogi u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA) jippubblika rapport kull sena dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-UE inkluż tagħrif dwar DRDs u mard infettuż marbut mad-droga bħall-HIV/AIDS u l-epatite. Ara l-figura 1. IL-METODOLOĠIJA – IL-ĠBIR TAD- DATA Dan ir-Rapport huwa bbażat fuq żewġ sorsi ewlenin. L-ewwel nett fl-2005, il-Kummissjoni talbet lill-25 Stat Membru jirrapportaw fuq l-istat ta' l-affarijiet rigward l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Barra minn hekk, it-tagħrif ta' hawn fuq kien sussegwentement ipproċessat mill-Istitut Trimbos, ċentru indipendenti ta' riċerka fil-qasam tas-saħħa mentali u d-dipendenza, li kien ikkummissjonat biex jikteb dokument ta' sfond bi tħejjija għal dan ir-Rapport. Id-dokument ta' sfond jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-politiki u l-prassi eżistenti madwar l-Istati Membri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza mid-droga, flimkien ma' reviżjoni tal-qagħda attwali rigward l-effettività ta' interventi għat-tnaqqis tal-ħsara [2] . IR-RIŻULTATI EWLENIN RELATATI MA' L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL Punt 1 tar-Rakomandazzjoni - Tnaqqis tal-ħsara bħala objettiv ta' saħħa pubblika Fl-Istati Membri, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara marbuta mad-droga huma objettiv definit ta' saħħa pubblika fil-livell nazzjonali. F'dan il-proċess, ir-Rakkomandazzjoni kellha rwol importanti b'mod partikolari fil-parti l-kbira tal-pajjiżi li ngħaqdu ma' l-UE fl-2004. L-Istati Membri inkludew ukoll referenza għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fl-Istrateġija ta' l-UE għad-Drogi 2005-2012. Punt 2 tar-Rakkomandazzjoni – Servizzi u faċilitajiet għat-tnaqqis tal-ħsara fl-Istati Membri L-Istati Membri waqqfu servizzi u faċilitajiet għat-tnaqqis tal-ħsara, xi wħud inqas minn oħrajn. Id- data miġbura għad-dokument ta' sfond tipprovdi ħarsa ġenerali tajba lejn id-disponibilità tas-servizzi u l-faċilitajiet fl-Istati Membri. Ara l-Figura 2, Anness II. - Faċilitajiet u servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara fl-Istati Membri L-Istati Membri kollha implimentaw il-politika li jipprovdu tagħrif u konsulenza għal min jagħmel użu mid-droga. Miżuri oħrajn ta' tagħrif, edukazzjoni u komunikazzjoni (IEC) huma linji telefoniċi ta' għajnuna u firxa wiesgħa ta' fuljetti edukattivi, li huma disponibbli għal min juża d-droga fil-pajjiżi kollha. Tnejn u għoxrin pajjiż jużaw websajts u xi wħud anke għandhom għodda ta' konsulenza bbażati fuq l-internet. Korsijiet ta' taħriġ li jindirizzaw il-prevenzjoni tar-riskji u l-ħsara huma pprovduti f'21 pajjiż. F'Malta, pereżempju, taħriġ bħal dan huwa disponibbli għal min jagħmel użu mid-droga fuq bażi individwali għal dawk li jattendu unità tal-pazjenti ta' barra. Il-komunitajiet u l-familji ta' min jagħmel użu mid-droga huma involuti ħafna f'attivitajiet għat-tnaqqis tal-ħsara fl-Istati Membri u pakketti speċifiċi ta' tagħrif huma disponibbli għalihom fil-parti l-kbira tal-pajjiżi. Fir-Renju Unit, pereżempju, il-familji huma involuti f'taħriġ għall-prevenzjoni ta' doża eċċessiva biex jitnaqqsu d-DRDs. Ħidma ta' avviċinament hija strateġija komuni ta' rispons għall-prevenzjoni ta' mard infettuż. Jew ibbażati fit-toroq jew f'xenarji rikreattivi bħal festi b'mużika dance / raves , hija implimentata sew madwar l-Istati Membri għalkemm b'varjazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan il-pajjiżi. Pereżempju, proġetti ta' avviċinament u servizzi b'limitu baxx ta' dħul jeżistu fl-Italja u l-varjetà ta' faċilitajiet espandiet maż-żmien. Barra minn hekk, trattament mobbli għall- methadone ġie reċentement introdott f'xi partijiet tal-pajjiż. Pari u volontarji huma sistematikament involuti f' ħidma ta' avviċinament fil-parti l-kbir ta' l-Istati Membri (19). Tagħrif dwar it-taħriġ tal-pari u l-volontarji huwa disponibbli, għalkemm tagħrif dwar l-involviment konkret tagħhom f'ħidma ta' avviċinament huwa limitat. Fil-Belġju, pereżempju, min (kien) jagħmel użu mid-droga jitħarreġ biex jifrex messaġġi ta' prevenzjoni mill-HIV u prevenzjoni mid-dożi eċċessivi. Netwerking u kooperazzjoni bejn aġenziji ta' ħidma ta' avviċinament jeżistu fil-parti l-kbira ta' l-Istati Membri (20), għalkemm l-għadd ta' aġenziji huwa pjuttost żgħir f'xi wħud minnhom. Huwa inkoraġġanti ħafna li l-Litwanja u l-Latvja dalwaqt se jimplimentaw din il-politika. Dispożizzjoni għat-trattament tad-droga teżisti fl-Istati Membri kollha u huma jimplimenaw trattament għas-sostituzzjoni ta' l- opioid (Ċipru qed iħejji programmi ta' trattament ta' din ix-xorta). Hemm reġimi ta' stabilizzazzjoni u diżintossikazzjoni biex jistabilizzaw u jnaqqsu/itemmu l-użu tad-droga, rispettivament. It-trattament għas-sostituzzjoni ta' l- opioid huwa strateġija komuni ta' rispons biex jonqsu d-DRDs, u trattament ta' sostituzzjoni bil- methadone u/jew buprenorphine , appoġġat minn kura psikosoċjali, huwa disponibbli fi kważi l-pajjiżi kollha (24). L-Iżvezja, pereżempju, kienet l-ewwel pajjiż li pprovda trattament ta' stabbilizzazzjoni tal- methadone , u bħalissa għaddej programm ta' stabbilizzazzjoni tal- methadone b'limitu ta' dħul għoli u strett. Bosta studji juru relazzjoni bejn trattament ta' stabbilizzazzjoni ta' min jagħmel użu minn opiate u tnaqqis ta' mewt marbut mad-droga. L-effettività tista' tiżdied b'dożi ogħla u meta intervent psikosoċjali jissupplimenta programmi ta' trattament. Rigward il- prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' sustanzi sostituti , kważi l-Istati Membri kollha (22) irrappurtaw li miżuri bħal reġistrazzjoni stretta, konsum sorveljat, testijiet ta' l-urina, u ġbir kuljum tad-dożi qegħdin hemm biex ma jħallux li s-sustanzi jispiċċaw fis-suq illegali. L-Estonja u s-Slovenja, per eżempju, irrappurtaw speċifikatament li l-implimentazzjonit ta' politika għall-prevenzjoni ta' devjazzjoni huwa r-riżultat tar-Rakkomandazzjoni. L-ittestjar/monitoraġġ ta' mard infettuż huwa disponibbli mal-pajjiż kollu għal min jagħmel użu mid-droga f'19-il Stat Membru u f'ċerti żoni ġeografiċi fi tliet pajjiżi. Miżuri ta' prevenzjoni u edukazzjoni kif ukoll programmi ta' trattament speċifiku għall-prevenzjoni ta' mard infettuż immirati lejn min jagħmel użu mid-droga huma disponibbli mal-pajjiż kollu fi 15-il pajjiż u għal żoni ġeografiċi speċifiċi f'ħames pajjiżi. Kampanji ta' tilqim għall-epatite B li jiffukaw speċifikament fuq min jagħmel użu mid-droga huma disponibbli mal-pajjiż kollu fi 15-il pajjiż u għal żoni ġeografiċi speċifiċi f'ħames pajjiżi. Fil-Lussemburgu pereżempju, fl-2005 nbeda programm ta' azzjoni u riċerka mill-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs)[3] biex jipprovdu għal testijiet fuq il-post (hep. A, B, Ċ, u HIV) u tilqim (hep. A, B) minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) nazzjonali speċjalizzati. Programmi ta' tilqim jeżistu madwar l-UE kollha, imma mhux dejjem ikunu speċifikatament immirati lejn min jagħmel użu mid-droga. Programmi ta' skambju ta' labar u siringi huma disponibbli għal min jagħmel użu mid-droga f'24 Stat Membru, u fi 15 minnhom madwar il-pajjiż. Tqassim ta' kondoms huwa disponibbli minn servizzi tad-droga madwar l-UE bi ftit eċċezzjonijiet (2). Programmi ta' skambju ta' labar u siringi, flimkien ma' tagħrif jew strateġiji edukattivi, li fil-mira għandhom lil min jagħmel użu mid-droga fl-ambjent ta' kuljum tiegħu dehru li huma kemm effettivi kif ukoll effettivi fl-infiq għat-tnaqqis ta' mġiba riskjuża fl-injezzjonijiet għal min jagħmel użu mid-droga u għalhekk għandhom ċans tajjeb li jipprevjenu t-tixrid ta' mard infettuż. Il-pajjiżi kollha għandhom politika li tiżgura li s-servizzi ta' emerġenza jitħarrġu u jkunu mgħammra biex jittrattaw każijiet ta' doża eċċessiva u li fil-parti l-kbira tagħhom (20), l-ambulanzi bħala rutina jkollhom l-antagonist ta' l- opiate , in- naloxone .. Madankollu l-istaff mediku li qed jaħdem fis-servizzi ta' l-emerġenza jirċievi taħriġ speċifiku fit-trattament ta' dożi eċċessivi ta' droga f'10 pajjiżi biss. L-aħħar sottopunt taħt dan il-punt tar-Rakkomandazzjoni titlob appoġġ għal attivitajiet ta' taħriġ li jwasslu għal kwalifika rikonuxxuta għall-professjonisti responsabbli għall-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' riskji għas-saħħa marbuta mad-dipendenza mid-droga. Politika bħal din teżisti fi kważi l-Istati Membri kollha (22). Taħriġ għal ħaddiema ta' avviċinament u professjonisti fi trattament ta' stabbilizzazzjoni huwa disponibbli f'21 u f'20 pajjiż rispettivament. Taħriġ għal professjonisti f'servizzi b'limitu baxx huwa pprovdut f'19-il pajjiż. - Servizzi ta' tnaqqis ta' ħsara fil-ħabsijiet L-EMCDDA tirrapporta li l-prevalenza tul il-ħajja għall-injettar tad-droga fost il-ħabsin fl-Ewropa hija ta' bejn 7% u 38%. Politika biex jiġu pprovduti servizzi lil min jagħmel użu mid-droga fil-ħabsijiet li jkunu simili għal dawk disponibbli għal min jagħmel użu mid-droga barra mill-ħabsijiet teżisti f'20 Stat Membru u waslet biex tiġi introdotta f'erba' pajjiżi. Id-dokument ta' sfond jirrapporta li programmi ta' skambju ta' labar u siringi fil-ħabs huma x'aktarx effettivi biex jitnaqqas il-qsim ta' labar fost min jagħmel użu mid-droga permezz ta' injezzjoni u t-tixrid ta' mard infettuż marbut mad-droga. Dan jista' jnaqqas ukoll l-axxessi. It-tqassim tad-droga paraphernalia[4] mhux prattika komuni fil-ħabsijiet (11-il pajjiż biss). Tliet pajjiżi jipprovdu skambju ta' labar u siringi fil-ħabsijiet. Fi Spanja, pereżempju, programm ta' skambju ta' labar u siringi huwa disponibbli fi 38 ħabs. Trattamenti ta' sostituzzjoni u diżintossifikazzjoni huma disponibbli f'ħabsijiet, rispettivament, fi 17 u 19-il pajjiż għalkemm il-kopertura tvarja ħafna. It-tqassim ta' kondoms huwa disponibbli f'ħabsijiet f'16-il pajjiż. Ara l-Figura 3, Anness II. - L-integrazzjoni ta' tnaqqis ta' ħsara ma' kura tas-saħħa mentali u soċjali L-Istati Membri indikaw li t-tnaqqis ta' ħsara huwa meqjus fil-livell politiku bħala parti integrali għas-saħħa (mentali) u l-kura soċjali, imma skond id-dokument ta' sfond din l-integrazzjoni fil-prattika mhux dejjem saret: "L-Istati Membri għadhom ibatu ma' min jagħmel użu mid-droga li għandu kemm problema ta' dipendenza kif ukoll problema ta' saħħa mentali (ko-morbidità jew dijanjożi doppja) u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' min kien jagħmel użu mid-droga f'ħajja regolari ta' xogħol u f'dar ħafna drabi għadha tkun problematika". Tlieta u għoxrin pajjiż għandhom politika għall-promozzjoni ta' integrazzjoni xierqa bejn is-servizzi tas-saħħa (inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali) u l-kura soċjali, minn naħa, u approċċi speċjalizzati għat-tnaqqis tar-riskju min-naħa l-oħra. Huwa rrappurtat bħala prassi implimentata f'erbgħa minn kull ħames pajjiżi. Fi Franza, pereżempju, il-programm RMS (Réseau Micro-Structures) jipprovdi kura minn tobba, ħaddiema soċjali u psikologi għat-tipi kollha ta' pazjenti dipendenti. Madankollu, jidher li l-implimentazzjoni ta' din il-politika għad għandha bżonn tiżviluppa, peress li jidher li l-provvista ta' sistema kompeltament integrata ta' kura għal min jagħmel użu mid-droga għadha sfida. Punt 3 tar-Rakkomandazzjoni - Assikurazzjoni ta' kwalità, monitoraġġ u valutazzjoni Mhux l-Istati Membri kollha jaraw l-assikurazzjoni tal-kwalità, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni bħala kompitu tal-gvern nazzjonali. Madankollu, huma ġeneralment jaqblu mal-bżonn għal enfasi ikbar fuq u użu ta' evidenza xjentifika fil-prattika tat-tnaqqis tal-ħsara. F'pajjiżi bi struttura federali jew deċentralizzata, il-kompiti jinqasmu fil-livelli differenti ta' kompetenza. Fl-oħrajn, l-assikurazzjoni tal-kwalità, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jidhru bħala kompitu għal organizzazzjonijiet xjentifiċi indipendenti. Ara l-Figura 4, Anness II. Eżaminazzjoni, monitoraġġ u valutazzjoni ta' servizzi u faċilitajiet għat-tnaqqis tal-ħsara fl-Istati Membri Il-parti l-kbira ta' l-Istati Membri (19) jirrapportaw deċiżjoniet ta' politika li jridu jiġu speċifikatament ibbażati fuq evidenza xjentifika ta' effettività. Bosta minnhom għandhom proġetti ta' riċerka u valutazzjoni biex jeżaminaw interventi ta' tnaqqis ta' ħsara (eż. programmi ta' sostituzzjoni, ħidma ta' avviċinament, skambju ta' labar). Pereżempju, il-Ġermanja tirrapporta valutazzjoni ta' trattament ta' sostituzzjoni ( methadone u eroina). Il-Litwanja tirrapporta l-proġett tagħha ta' skambju tal-labra "Blue Bus", li jiġi eżaminat kull xahar u wkoll billi jsir stħarriġ mal-klijenti. Fl-Ungerija, l-Istitut Nazzjonali għall-Prevenzjoni tad-Droga żviluppa database 'SZIP' biex tagħmel l-evidenza xjentifika ta' l-effettività disponibbli, jiġifieri billi tgħaqqad l-informazzjoni tal-programm ma' riċerka xjentifika. Is-Slovakkja rrapportaw li r-riżultati ta' riċerka internazzjonali qegħdin sistematikament jintużaw għall-iżvilupp ta' interventi u politiki. B'mod ġenerali, l-Istati Membri jaqblu mal- bżonn ta' eżaminazzjonijiet fl-istadju tal-bidu tal-programmi imma spiss ma jagħmluhiex kundizzjoni fl-għażla tal-programmi u interventi. Fl-Irlanda, madankollu eżaminazzjoni bażika ddeterminat il-kopertura ta' tilqim għall-epatite B fost min jagħmel użu mid-droga sabiex jitfassal proġett pilota għat-titjib tal-kura preventiva għall-mard infettuż għal IDUs. L- iżvilupp ta' protokolli ta' valutazzjoni għall-valutazzjoni ta' interventi huwa kompitu li spiss jitqies bħala wieħed għall-istituzzjonijiet xjentifiċi li jittrattaw il-valutazzjoni tal-kwalità. Madankollu, xi Stati Membri bħar-Repubblika Ċeka u d-Danimarka żviluppaw protokolli u linji gwida bħala parti mill-politika ta' kontra d-droga tagħhom. F'Ċipru, pereżempju, il-kumitat xjentifiku tal-Kunsill ta' Kontra d-Droga żviluppa linji gwida speċifiċi għal ċentri ta' trattament tad-droga biex jiżgura standards minimi ta' kwalità. Fil-Greċja politika tinkludi valutazzjoni f'kull programm. Din il-parti tar-Rakkomandazzjoni hija rrapportata bħala implimentata fi 12-il pajjiż. Erbatax-il Stat Membru għandhom politika fis-seħħ li timmira li tappoġġja l-iżvilupp tal-kriterji ta' kwalità ta' valutazzjoni . Dawn il-politiki spiss ikunu fi stadju bikri ta' żvilupp. Fil-Finlandja, pereżempju, il-Programm ta' Azzjoni tal-Politika ta' Kontra d-Droga 2004-2007 jitlob għall-iżvilupp ta' qafas ta' kwalità għall-fornituri tas-servizzi ta' kontra d-droga. EMCDDA pproduċiet bosta manwali u monografi dwar il-kwalità u l-valutazzjoni[5], imma l-pajjiżi ma jirreferux speċifikatament għall-użu tagħhom. Tlieta u għoxrin Stat Membru rrapportaw konformità mal-ħames indikaturi ewlenin ta' l-EMCDDA [6]. Madankollu, xi wħud minnhom għadhom ma jimplimentawx il-ħamsa li huma. Kull sena, l-EMCDDA tipprovdi rispons għal pajjiżi individwali fuq il-kwalità ta' l-input tagħhom u n-nuqqasijiet possibbli fit-tagħrif tagħhom. Rapporti nazzjonali normalment jiġu ppubblikati fuq websajts nazzjonali. Dsatax-il Stat Membru enfasizzaw li r-riżultati tal-valutazzjoni jikkontribwixxu għall-irfinar u l-iżvilupp tal-politiki tal-prevenzjoni tad-droga . Il-pajjiżi jirrapportaw li l-valutazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u strateġiji nazzjonali ta' kontra d-droga qiegħda tikseb importanza dejjem tikber, imma għadd limitat biss minnhom jidhru li qegħdin iwettqu valutazzjoni sistematika biex jeżaminaw l-effettività ta' interventi speċifiċi. Ħafna skemi ta' valutazzjoni ma għandhomx speċifikatament fil-mira tagħhom interventi ta' tnaqqis ta' ħsara imma iktar il-qasam usa' ta' tnaqqis ta' domanda għad-droga. Fil-Polonja, pereżempju, valutazzjoni ta' programmi ta' terapija għad-droga għan-nisa fil-ħabsijiet biex iżżommhom milli jerġgħu jaqgħu fil-vizzju wasslet għall-inklużjoni ta' miri ġodda fi ħdan il-Programm Nazzjonali għall-Ħarsien mid-Droga. Fil-Portugall, l-Istrateġija Nazzjonali ta' Kontra d-Droga 'Horizonte 2004' ġiet ivvalutata kemm internament kif ukoll esternament, li wassal għal rakkomandazzjonijiet ġodda bħall-iżvilupp ulterjuri ta' inizjattivi eżistenti biex jitjiebu s-sistemi ta' tnaqqis ta' riskju u minimizzazzjoni tal-ħsara (eż. programmi ta' sostituzzjoni, skambju ta' siringi, kampanji għall-użu tal-kondoms). Il- valutazzjoni ta' programmi ta' taħriġ għal livelli u gruppi fil-mira differenti ġiet implimentata f'14-il Stat Membru. L-NFPs jissemmew spiss bħala (ko-)organizzaturi ta’ programmi ta' taħriġ bħal dawn, imma l-valutazzjoni tagħhom mhix rrappurtata bħala parti tal-kurrikuli regolari għall-professjonisti. Madankollu, fir-Repubblika Ċeka, pereżempju, standards ta' kwalità għal servizzi ta' trattament ta' dipendenza ġew żviluppati u implimentati fi ħdan programm ta' taħriġ għall-professjonisti, u fl-Awstrija l-assikurazzjoni tal-kwalità u valutazzjoni jagħmlu parti mill-kurrikuli għal edukazzjoni ulterjuri speċifika għad-droga. Erbatax-il Stat Membru rrapportaw li kellhom politika fis-seħħ biex tippermetti lill-atturi kollha u lill-partijiet interessati li jkunu involuti fil-proċess ta' valutazzjoni, imma ftit wisq jippreżentaw eżempji kkonkreti ta' parteċipazzjoni u involviment. Fl-Olanda, pereżempju, inħolqot sistema ta' 'kunsilli tal-klijenti' għall-pazjenti fil-kura tas-saħħa li tinkludi kura addizzjonali. Fi Spanja, l-involviment tal-partijiet interessati fil-valutazzjoni hija prijorità fil-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drogi. Programmi bilaterali u multilaterali li jinvolvu bosta Stati Membri ġew żviluppati, u 21 minnhom irrappurtaw li għandhom politika biex iħeġġu skambju u kollaborazzjoni ma' l-oħrajn. Jidher li issa hemm iżjed kooperazzjoni bejniethom u saħansitra ma' pajjiżi terzi. Huma qegħdin jikkooperaw ukoll mal-Kummissjoni, permezz pereżempju ta' Programm Komunitarju dwar is-Saħħa Pubblika, biex jiskambjaw ħiliet u esperjenzi fi ħdan l-UE. Il-Programm ta' Ġemellaġġ Phare ta' l-UE[7] kien għodda importanti għat-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi l-qodma u l-ġodda li ngħaqdu ma' l-UE fl-2004. Seba' pajjiżi indikaw li r-Rakkomandazzjoni kienet għodda importanti fl-iżvilupp ta' dan it-tip ta' attività. Ara l-Figura 5, Anness II . KONKLUŻJONIJIET (1) L-Istati Membri kollha għandhom politiki u azzjonijiet fis-seħħ li sa ċertu punt jirriflettu l-miżuri rakkomandati fir-Rakkomandazzjoni u f'ħafna mill-pajjiżi l-ġodda d-dokumenti jitqies bħala appoġġ importanti għall-iżvilupp politiku. Hija serviet ukoll bħala punt ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' l-interventi ta' tnaqqis ta' ħsara. Peress li l-livell ta' implimentazzjoni huwa varjabbli fi ħdan u bejn il-pajjiżi, huwa importanti li jkomplu jiġu żviluppati miżuri ta' tnaqqis ta' ħsara u jimplimentaw servizzi/faċilitajiet ta' tnaqqis ta' ħsara bħala parti minn sistema integrata ta' kura u prevenzjoni. (2) Kważi l-Istati Membri kollha għandhom politika fis-seħħ għall-promozzjoni ta' integrazzjoni adatta bejn is-servizzi tas-saħħa (inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali u l-kura soċjali) u servizzi ta' tnaqqis tal-ħsara. Dawn l-isforzi biex il-programmi jiġu integrati mas-sistema ġenerali tal-kura tas-saħħa għandhom ikunu intensifikati u jkomplu jsiru. (3) It-trattamenti ta' sostituzzjoni tal- methadone u l- buprenorphine appoġġjati minn kura psikosoċjali huma disponibbli fl-Istati Membri kollha, u d-disponibilità żdiedet b'mod konsiderevoli fl-aħħar għaxar snin. Madankollu, l-estent ta' kemm il-provvista tlaħħaq mal-bżonn stmat ivarja minn pajjiż għall-ieħor. L-aċċessibilità, il-kopertura u s-sostenibilità ta' dawn is-servizzi għandhom ikunu żgurati. (4) Id- data dwar id-disponibilità ta' servizzi/faċilitajiet ta' tnaqqis ta' ħsara miġbura mill-EMCDDA hija komprensiva u ta' kwalità għolja. Madankollu, it-tagħrif dwar l-aċċessibilità u l-utilizzazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet, b'fokus partikolari fuq popolazzjonijiet li qegħdin fir-riskju, għandu jitjieb ulterjorment sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi differenti b'indikazzjonijiet ċari fuq il-kopertura bħala element ċentrali fil-valutazzjoni politika. Barra minn hekk, in-nuqqas fil-konformità mal-ħames indikaturi ewlenin ta' l-EMCDDA trid tiġi indirizzata. (5) Kważi l-Istati Membri kollha implimentaw miżuri biex jipprevjenu mard infettuż fost min jagħmel użu mid-droga fil-ħabsijiet. Madankollu, interventi ta' tnaqqis ta' ħsara fil-ħabsijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea għadhom mhumiex konformi mal-prinċipju ta' l-ekwivalenza adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU[8], UNAIDS/ WHO[9] u UNODC[10], li jsejjaħ għal ekwivalenza għas-servizzi u l-kura tas-saħħa (inkluż it-tnaqqis tal-ħsara) fil-ħabs u dawk disponibbli għas-soċjetà barra mill-ħabs. Madankollu, huwa importanti għall-pajjiżi li jadattaw attivitajiet ta' tnaqqis ta' ħsara bbażati l-ħabs biex ilaħħqu mal-bżonnijiet ta' min jagħmel użu mid-droga u l-istaff tal-ħabs u jtejbu l-aċċess għas-servizzi. Il-kontinwità ta' dawn is-servizzi, inklużi l-kwalità u l-aċċess, għandhom ikunu żgurati wara r-rilaxx mill-ħabs. (6) Fost l-Istati Membri hemm għarfien dejjem jikber tal-bżonn li jiġu żviluppati politiki bbażati fuq ir-riċerka u fuq il-fatti u li jiġu implimentati attivitajiet ibbażati fuq l-evidenza, inklużi dawk li jipprevjenu u jnaqqsu l-ħsara marbuta mas-saħħa. Biex miżuri bħal dawn jiġu vvalutati b'mod kritiku, monitoraġġ aħjar u riċerka fil-fond għandhom isiru parti integrali ta' politika ġenerali biex jipprevjenu u jnaqqsu l-ħsara relatata mad-droga, kif rifless fir-Rakkomandazzjoni, l-Istrateġija ta' l-UE għad-Drogi 2005-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għad-Drogi 2005-2008. (7) Firxa ta' metodoloġiji differenti għall-eżaminazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-servizzi ta' tnaqqis tal-ħsara qegħdin jintużaw fl-Istati Membri. Għalhekk iridu jkunu huma li jiddiskutu u jaqsmu t-tagħrif dwar l-aqwa prassi fir-rigward ta' metodi bħal dawn sabiex jiġu żviluppati approċċi standardizzati u għodod għall-ġbir ta' tagħrif oġġettiv, affidabbli u kumparabbli. (8) Fl-aħħarnett, huwa ta' importanza kruċjali li jiġu żgurati s-sinerġiji bejn il-politiki u l-inizjattivi b'aspetti marbuta mas-saħħa u rabtiet possibbli ma' l-użu tad-droga (eż. il-kura mentali, l-alkoħol, il-prevenzjoni ta' l-HIV/AIDS, id-dipendenza mid-droga fuq il-post tax-xogħol, drogi/mediċini u s-sewqan). SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TA' L-2003 Ir-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomadazzjoni tkopri l-iktar l-iktar perjodu ta' minn sena u nofs sa sentejn. Dan il-perjodu għadu pjuttost limitat għall-produzzjoni ta' stampa affidabbli ta' l-influenza tar-Rakkomandazzjoni dwar il-politiki, servizzi u faċilitajiet ta' tnaqqis tal-ħsara nazzjonali. Barra minn hekk, pajjiżi ġodda ngħaqdu ma' l-UE matul il-perjodu ta' rappurtaġġ (l-2004). Minħabba f'hekk dan ir-Rapport jista' jidher primarjament bħala miżura bażi għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Hija taħdem ukoll bħala ħarsa ġenerali bażi lejn il-miżuri eżistenti ta' tnaqqis tal-ħsara fl-UE għall-valutazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għad-Drogi 2005-2008. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tirrepeti dan l-eżerċizzju fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għad-Drogi li jmiss 2009-2012, sabiex jeżamina jekk l-implimentazzjoni tal-politiki, servizzi u faċilitajiet rigward it-tnaqqis tal-ħsara mxewx 'il quddiem. Il-Kummissjoni mbagħad se tkun f'pożizzjoni li tqis, flimkien ma' l-Istati Membri, jekk ikunx hemm bżonn ta' iktar rakkommandazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa inizjattivi f'oqsma li huma relatati mill-qrib mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u li jqisu b'mod attiv il-politiki u l-prattiki li jistgħu jkunu ta' influwenza sinifikanti għas-suċċess ta' l-attivitajiet ewlenin tagħha. Żewġ azzjonijiet speċifiċi ta' saħħa marbutin mal-ħarsien mid-droga huma inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE 2005-2008 (l-azzjonijiet 12 u 13.2): - proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar drogi u ħabsijiet; il-popolazzjoni tal-ħabs għandha proporzjon għoli ta' nies li jagħmlu użu mid-droga, u x-xenarji tal-ħabs huma kwistjoni urġenti fir-rigward ta' l-użu tad-droga u speċjalemtn IDUs; - rapport dwar is-sitwazzjoni rigward it-trattament tad-droga u l-iskambju ta' prassi tajba madwar l-UE; iktar minn nofs miljun ruħ qegħdin jirċievu trattament ta' sostituzzjoni fl-Ewropa. Il-Programm għas-Saħħa Pubblika Il-Programm Komunitarju għas-Saħħa Pubblika jinkludi azzjonijiet għall-ħarsien mid-droga li għandu fil-mira li jittratta d-determinanti tas-saħħa, li huma kwistjonijiet multi-dimensjonali marbuta ma' għadd ta' problemi tas-saħħa. Il-Programm ta' Tagħrif u Ħarsien mid-Droga 2007-2013 L-attivitajiet se jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għad-Drogi billi jiffinanzjaw proġetti u attivitajiet fil-qasam tat-tnaqqis fid-domanda għad-droga, inkluż it-tnaqqis tal-ħsara. Xogħol għat-tnaqqis fid-domanda għad-droga għandu jkun marbut ma' l-oqsma li ġejjin : - Prevenzjoni ta' HIV/AIDS L-injezzjoni tad- droga huwa mezz ewlieni għat-tixrid ta' l-HIV/AIDS. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-madwar, 2006-2009 [11] , tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għal xogħol għall-prevenzjoni ta' l-HIV u tagħraf il-bżonn għal sinerġiji ma' attivitajiet ta' prevenzjoni kruċjali. L-iżvilupp ta' kurrikuli magħmula apposta għall-professjonisti involuti fis-servizzi (prevenzjoni, trattament u kura) għal nies li jgħixu bl-HIV/AIDS u l-popolazzjonijiet li huma partikolarment vulnerabbli għall-HIV/AIDS (fosthom min jieħu d-droga ġol-vini u l-migranti) huwa punt kruċjali. Barra minn hekk, il-Laqgħa ta' Esperti dwar l-HIV/AIDS sar forum li jħalli l-frott għall-qsim ta' esperjenzi u tagħrif fost is-sħab. - Prevenzjoni ta' l-alokoħol Fil-kuntest ta' użu ta' drogi differenti, il-ħsara marbuta ma' l-alkoħol u l-ħsara marbuta mad-droga jridu jiġu ttrattati flimkien ukoll. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għal strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata ma’ l-alkoħol[12] tinkludi l-promozzjoni ta' bdil fl-imġiba fit-tfal u l-adolexxenti fi skejjel u familji u xenarji xierqa oħrajn kif ukoll it-tnaqqis ta' inċidenti tat-traffiku marbuta ma' l-alkoħol u l-użu ta' drogi differenti. - Il-promozzjoni tas-saħħa mentali L-użu tad-droda spiss jikkoinċidi ma' mard mentali. It-titjib ta' l-aċċess għal trattament mediku u psikjatriku għal min jagħmel użu mid-droga għadu sfida importanti għall-politika tas-saħħa pubblika. Il- Green Paper dwar is-Saħħa Mentali ppubblikata f'Ottubru 2005 mill-Kummissjoni[13] pproponiet l-iżvilupp ta' strateġija dwar is-saħħa mentali fil-livell ta' l-UE. Dan issa qiegħed jitħejja u għandu jikkoordina ma' inizjattivi oħra taħt politiki Komunitarji oħra bħall-Istrateġija ta' l-UE għad-Drogi 2005-2012. - L-involviment tas-soċjetà ċivili L-isforzi jridu jsiru wkoll biex inaqqsu l-ħsara indiretta li min jagħmel użu mid-droga jista' jikkawża lil ħaddieħor. Min jagħmel użu mid-droga jeħtieġ li jkun involut attivament f'dawn l-isforzi. Il-Green Paper dwar il-Politika ta' Kontra d-Droga u s-Soċjetà Ċivili fl-Unjoni Ewropea adottata mill-Kummissjoni f'Ġunju 2006[14] esplorat l-opportunitajiet biex jitjieb l-involviment tas-soċjetà ċivili. - Drogi/mediċini u sewqan [15] Fil-kuntest tal-politika tat-trasport il-kwistjoni ta' użu ta' drogi differenti u s-sewqan qiegħda tiġi indirizzata. Il-Kummissjoni qiegħda tikkofinanzja wkoll proġett imsejjaħ DRUID (DRiving Under the Influence of Drugs, alcohol and medicines) taħt il-qafas tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP6). - Id-dipendenza mid-droga fuq il-post tax-xogħol Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tħejji l-Istrateġija tagħha għal Sigurtà u Saħħa fuq ix-Xogħol 2007 - 2012. Għandhom jiġu żviluppati inizjattivi konkreti ta' appoġġ għal azzjonijiet speċifiċi ta' saħħa pubblika li jindirizzaw d-dipendenza mid-droga fuq il-post tax-xogħol. TECHNICAL ANNEXES ANNEX I – Abbreviations and technical terms used DRD | Drug-Related Death | EMCDDA | European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction | IDU | Injecting Drug User | IEC | Information, Education, Communication | NFPs | National Focal Points | UNAIDS | Joint United Nations Programme on HIV/AIDS | WHO | World Health Organization | UNODC | United Nations Office on Drugs and Crime | ANNEX II – Figures Figure 1 [pic] EMCDDA annual report 2006 Notes: The new Member States and Candidate Countries are not included in this graphic due to the lack of retrospective data in most of them. Index: 1985=100%. A few countries did not provide data for some years (see Statistical Bulletin 2006 [Table DRD-2]). To correct this situation, it has been used the computation method defined in the report "European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (2001). Co-ordination of the implementation of the EMCDDA standard guidelines on the drug-related deaths in the EU Member States, and the collection and analysis of information on drug-related deaths. Project CT.99.RTX.04, Co-ordinated by the Trimbos Institute. Lisbon: EMCDDA. Ten countries provided information for 2004 and six did not. Therefore, the figure for 2004 is provisional, based in comparing 2003 and 2004 only for those countries with data for both years. The trends for those countries that provided information can be seen in the figures with trends by country. Number of cases per country per year are presented in Statistical Bulletin 2006 [Table DRD-2]. The EMCDDA estimates the yearly number of acute DRDs (overdoses) in the EU since 1990 to be from 6500 to over 9000. Recently published estimates show that a substantial proportion of mortality among young adults in some EU urban areas can be attributed to opioid use. In addition, HIV transmission is continuing to be a concern in specific injecting groups across Europe, although most countries report low rates of newly diagnosed HIV infection attributable to drug injecting and estimate the HIV infection rates among injectors to be below 5%. A far more negative picture presents itself for rates of infection with the hepatitis C virus (HCV), which remain almost universally high among drug injectors. Since 2000, many EU countries have reported decreases in DRD numbers. In 2004, however, there was an increase. While the number of DRDs is still far too high from a longer-term public health perspective, a better availability of drug treatments and increased coverage of harm reduction services in recent years seem to have had an impact. Figures from the background document on "p revention and reduction of health-related harm associated with drug dependence - an inventory of policies, evidence and practices in the EU relevant to the implementation of the Council Recommendation of 18 June 2003". The document is available in print (EN) and can be downloaded (EN, FR, DE) at the following web address: http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/drug_en.htm The Trimbos Institute extracted and analysed relevant data, in particular from the EMCDDA sources (the NFPs coordinated by the EMCDDA confirmed and updated the information provided for the Recommendation point 2), the projects funded under the ‘Programme of Community action on the prevention of drug dependence’ and the ongoing Public Health Programme, the projects funded under the 4th, 5th and 6th Framework Programmes for Research and Technological Development as well as from some field organisations, the World Health Organization (WHO), the Pompidou Group (PG), and the Joint United Nations Programme on HIV/AIDS (UNAIDS). Finally, a literature review was conducted to identify, assess and summarise scientific evidence on harm reduction interventions and approaches. Figure 2 [pic] Figure 3 [pic] Figure 4 [pic] Figure 5 [pic] [1] ĠU L165, 03/07/2003, p. 0031 – 0033 [2] Ara l-Anness 2. [3] http://www.emcdda.europa.eu/?nnodeid=403 [4] Għodod u tagħmir meħtieġ għat-tħejjija u l-amministrazzjoni tad-drogi [5] Disponibbli fuq http://publications.eu.int/others/sales_agents_en.html [6] http://www.emcdda.europa.eu/?nnodeid=1365 [7] http://ec.europa.eu/enlargement/key_documents/phare_legislation_and_publications_en.htm. [8] http://www.pogar.org/publications/garesolutions/a45-111-90e.pdf [9] http://data.unaids.org/Publications/IRC-pub01/JC277-WHO-Guidel-Prisons_en.pdf [10] http://data.unaids.org/pub/Report/2006/20060701_hiv-aids_prisons_en.pdf. [11] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2005/com2005_0654mt01.pdf [12] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2006/com2006_0625mt01.pdf. [13] http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/green_paper/mental_gp_mt.pdf [14] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/com/2006/com2006_0316en01.pdf [15] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2003 rigward il-ġlieda kontra l-konsum ta' sustanzi psikoattivi marbuta ma' l-inċidenti stradali: Ġurnal Uffiċjali nru C 097 tat-22/04/2004 p. 0001 - 0003