EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0632

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

/* KUMM/2005/0632 finali - AVC 2005/0250 */

52005PC0632

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom /* KUMM/2005/0632 finali - AVC 2005/0250 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.12.2005

KUMM(2005) 632 finali

2005/0250 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M 2 jew M 3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. ĠENERALI

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, il-KE saret parti kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE) ta' l-1958 fl-24 ta' Marzu 1998 u daħlet għal 78 regolament miżjuda ma' dak il-Ftehim. Dik id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998.

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni jipprevedi li l-Komunità tista' tiddeċiedi li timplimenta regolament li ma daħlitx għalih meta ffirmat il-Ftehim rivedut jekk il-Kunsill japprova dak ir-regolament b' maġġoranza kkwalifikata wara li jirċievi l-approvazzjoni tal-PE.

Ir-Regolament NU/ECE Nru 107 [1] dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' komponenti ta' vetturi tal-kategorija M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom għandu l-għan, b'mod partikolari, li jneħħi l-ostakli tekniċi fil-kummerċ f'vetturi bil-mutur bejn il-partijiet kontraenti filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sigurtà fit-tħaddim tal-vetturi.Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li jkun xieraq l-KE taċċedi għalih.

Huwa previst ukoll illi r-Regolament ikkonċernat se jsir parti mis-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip għaliex l-ambitu tad-Direttiva 2001/85/KE huwa bħal tar-Regolament Nru. 107.

Għandu jiġi enfasizzat li l-KE ser tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-adeżjoni għal dan ir-Regolamenti fuq il-bażi tad-dokumenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-NU/ECE (l-Ingliż, il-Franċiż u r-Russu). Billi l-KE saret parti mill-Ftehim ta' l-UN/ECE ta' l-1958, hija meħtieġa tosserva l-proċeduri previsti f'dan il-ftehim. Għalhekk, il-verżjonijiet bil-Franċiż u bl-Ingliż tar-Regolament Nru 107 biss ġew annessi. It-traduzzjonijiet ta' dan ir-Regolament ser ikunu ppublikati aktar tard.

2. IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA GħAL DEċIżJONI

L-għan tal-proposta għal deċiżjoni hija li tgħin lill-Komunità taċċedi għar-Regolament UN/ECE Nru 107 dwar dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 filwaqt li titqies il-binja ġenerali tagħhom.

2005/0250 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M 2 jew M 3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom[2]

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma’ u/jew ikunu wżati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta’ l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet ("Ftehim Rivedut ta' l-1958 ")[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

(1) Ir-rekwiżiti standardizzati tar-Regolament Nru 107[5] dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-binja ġenerali tagħhom għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jneħħu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ f'vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' sikurezza fit-tħaddim tal-vetturi.

(2) Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li r-Regolament Nru. 107 għandu jsir parti mis-sistema tal-Komunità għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur.

IDDEĊIDIET KIF GEJ:

Artikolu 1

1. Il-Komunità għandha tapplika Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom

2. It-test tar-Regolament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir- Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom għandhom isiru parti mis-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għall-vetturi b’mutur.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b'din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] Dokument tan-NU E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1, kif emendat bid-Dokument E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1/Corr.1

[2] Waqt li jitqiesu l-emendi kollha sa’ u jinkludu il-Korriġendum 1 għar-Reviżjoni 1, li daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Ottubru 2004

[3] ĠU L 346 tas--17.12.1997, p. 78.

[4] ĠU C tas-- , p.

[5] Dokument tan-NU E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1, kif emendat bid-Dokument E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.106/Rev.1/Corr.1

Top