Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0487

    Proposta ta’ regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    /* KUMM/2005/0487 finali */

    52005PC0487

    Proposta ta’ regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2005/0487 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.10.2005

    KUMM(2005) 487 finali

    Proposta ta’

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

    li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Raġunijiet u obbjettivi tal-proposta Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, dwar proposta mill-Kummissjoni, dwar l-adattament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

    Kuntest ġenerali B’konformità ma’ l-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, il-Kummissjoni tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata ta’ l-evalwazzjoni attwarja ta’ kull ħames snin magħmula b’konformità ma’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. B’konformità ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta r-rapport annwali relatat ma’ din l-evalwazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni neċessarja biex ikun żgurat il-bilanċ ta’ l-iskema tal-pensjonijiet. |

    Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. |

    Koerenza mal-politiki u l-obbjettivi l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

    KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżIJIET TA’ IMPATT |

    Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

    Metodi użati ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-personell skond il-proċeduri fis-seħħ. |

    Sinteżi tat-tweġibiet irċevuti u tal-mod kif huma kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

    Akkwist u użu ta’ kompetenza |

    Rikors għal kompetenza esterna ma kienx neċessarju. |

    Analiżi ta’ impatt - Il-proposta timmira biex tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet b’konformità mar-regoli fis-seħħ. - Ir-regoli fis-seħħ ma jippermettux alternattiva oħra. |

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    Sommarju tal-miżuri proposti B’konformità ma’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja ta’ l-iskema tal-pensjonijiet. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3% tas-salarju bażiku. B’konformità ma’ l-Artikolu 2(1), ta’ l-Anness XII, l-adattament ma jistax ikun aktar minn punt ta’ perċentwali tar-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Għaldaqstant, b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ l-istess Artikolu, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25%. Konsegwentement, il-Kummissjoni qed tipproponi li tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni għal 10.25% b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

    Bażi legali Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. |

    Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jiddependi mill-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. |

    Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

    - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

    - Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ adattament previst fir-Regolamenti ta’ l-Istaff. |

    Għażla ta’ l-istrumenti |

    Strument(i) propost(i): regolament. |

    Strumenti oħra ma kinux ikunu adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

    IMPATT BAġITARJU |

    L-impatt, fuq id-dħul, ta’ l-adattament tar-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fir-rapport finanzjarju li jinstab fl-Anness. |

    - Proposta ta’

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

    li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, iffissati mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII ta’ l-imsemmija Regolamenti ta’ l-Istaff,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    billi:

    (1) B’konformità ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru, ir-rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja 2005 ta’ l-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri mmirati f’dan l-Anness. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3% tas-salarju bażiku.

    (2) Għaldaqstant, b’konformità ma’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness XII, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25%.

    (3) Għalhekk hu meħtieġ li jitwettaq adattament neċessarju fir-rata tal-kontribuzzjoni, li jiżgura l-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej li ma jaqbiż il-massimu awtorizzat ta’ 10.25% tas-salarju bażiku.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni mmirata fl-Artikolu 83(2), tar-Regolamenti ta’ l-Istaff hi ffissata għal 10.25%.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussell, ...

    Mill-Kunsill

    Il-President

    RAPPORT FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV GĦALL-PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU LIMITAT B’MOD ESKLUŻIV GĦAD-DĦUL

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA

    Proposta ta’ regolament li tadatta, mill-1 ta’ Lulju 2005, ir-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    2. LINJI BAĠITARJI :

    Kapitolu u Artikolu :

    400 Taxxa fuq is-salarji ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra

    410 Kontribuzzjonijiet tal-personell għall-finanzjament ta’ l-iskema tal-pensjonijiet

    Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata

    466.7 M€

    239.8 M€

    3. IMPATT FINANZJARJU

    ( Proposta mingħajr impatt finanzjarju

    X Proposta mingħajr impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda b’impatt finanzjarju fuq id-dħul - l-effett hu kif ġej:

    (miljuni ta’ euros sa l-ewwel deċimali)

    Linja bagitarja | Dħul[2] | perjodu ta’ 12-il xahar mill-01/07/2005 | [Sena n=2005] |

    L-Artikolu 400 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | -2.6 | -1.3 |

    L-Artikolu 410 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | +12.4 | +6.2 |

    Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

    L-Artikolu 400 | -2.6 | -2.6 | -2.6 | -2.6 | -2.6 |

    L-Artikolu 410 | +12.4 | +12.4 | +12.4 | +12.4 | +12.4 |

    4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    5. RIMARKI OHRA

    Metodu ta’ kalkolu:

    Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-gdida - l-implimentazzjoni tas-sena kurrenti.Kontribuzzjoni l-gdida = l-implimentazzjoni x ir-rata l-gdida / ir-rata fis-sehh

    Effett tat-tnaqqis tat-taxxa = 21% taż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni.

    [1] ĠU L 56 ta’ l-4.3.68, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-… (KE, Euratom) Nru... p…

    [2] F’dak li jikkonċerna ir-riżorsi tradizzjonalment proprji (taxxi fuq l-agrikultura, taxxi fuq iz-zokkor, taxxi doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ta’ l-ammonti netti, jiġifieri ta’ l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.

    Top