Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42005D0741

    Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' 14 ta' Ottubru 2005 li taħtar Avukat Ġenerali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 279, 22.10.2005, p. 70–70 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 38–38 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/741/oj

    27.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    38


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

    ta' 14 ta' Ottubru 2005

    li taħtar Avukat Ġenerali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

    (2005/741/KE, Euratom)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 kif ukoll l-Artikoli 5, 7 u 8 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

    Billi:

    Wara r-riżenja tas-Sur Francis JACOBS, jeħtieġ li jiġi maħtur Avukat Ġenerali għall-bqija tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sinjura Eleanor SHARPSTON hija maħtura bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tagħha sas-6 ta' Ottubru 2009.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Maghmula fi Brussel, 14 ta' Ottubru 2005.

    Il-President

    J. GRANT


    Top