Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0326

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/326 tat-3 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2023/332 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom id-data tal-identità tista’ titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli

C/2025/8210

ĠU L, 2026/326, 12.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/326/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/326/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/326

12.2.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/326

tat-3 ta’ Diċembru 2025

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2023/332 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom id-data tal-identità tista’ titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/818, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas li jiżgura l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri, il-viża, il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni.

(2)

Dak il-qafas jinkludi għadd ta’ komponenti tal-interoperabbiltà, inkluż detettur ta’ identitajiet multipli. Id-detettur ta’ identitajiet multipli joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta’ informazzjoni differenti tal-UE għad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli, bl-iskop doppju tal-iffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għall-vjaġġaturi bona fide u biex tiġi miġġielda l-frodi tal-identità. Il-ħolqien u l-ħażna ta’ dawn il-links huma kruċjali biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta ta’ individwi li d-data tagħhom tinħażen fis-sistemi ta’ informazzjoni differenti tal-UE.

(3)

Il-proċess tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli jirriżulta fil-ħolqien ta’ links bojod u sofor awtomatizzati. Link bajda tindika li d-data tal-identità tal-fajls illinkjati hija l-istess jew simili filwaqt li link safra tindika li d-data tal-identità tal-fajls illinkjati ma tistax titqies li tkun simili u li jenħtieġ li ssir verifika manwali tal-identitajiet differenti.

(4)

Sabiex id-detettur ta’ identitajiet multipli ikun jista’ joħloq il-links, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/332 (3) jistabbilixxi l-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet li fihom id-data tal-identità li tikkonċerna persuna, maħżuna f’diversi sistemi, titqies l-istess jew simili għall-fini ta’ detezzjoni ta’ identitajiet multipli.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/818 japplika b’rabta mal-“Eurodac” biss mid-data meta ssir applikabbli r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1358 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li jistabbilixxi l-“Eurodac”, huwa meħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2023/332 jiġi adattat biex tiġi elenkata d-data tal-identità tal-“Eurodac” li se titqabbel fil-proċess ta’ detezzjoni ta’ identitajiet multipli sabiex jiġi ddeterminat jekk id-data tal-identità titqiesx l-istess jew simili.

(6)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/332 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Billi r-Regolament (UE) 2019/818 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/818 fid-dritt nazzjonali tagħha. Għalhekk hija marbuta b’dan ir-Regolament.

(8)

Dan ir-Regolament ma jikkostitwix żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda tieħu sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (9) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (11) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12).

(12)

Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u ta opinjoni fis-27 ta’ Mejju 2025,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/332, il-punt (1), jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

“(i)

il-kunjom/kunjomijiet u l-isem/ismijiet, l-isem/ismijiet mat-twelid u l-ismijiet użati qabel u xi psewdonimi; in-nazzjonalità/nazzjonalitajiet; id-data tat-twelid; il-post tat- twelid u s-sess; kif imsemmija fl-Artikolu 17(1), il-punti (c) sa (f) u (h), l- Artikolu 19(1) il-punti (c) sa (f) u (h), 21(1), il-punti (c) sa (f) u (h), l-Artikolu 22(2), il-punti (c) sa (f) u (h), l-Artikolu 23(2), il-punti (c) sa (f) u (h), l-Artikolu 26(2), il- punti (c) sa (f) u (h) tar-Regolament (UE) 2024/1358 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1358 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika sabiex jiġu applikati b’mod effettiv ir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1350 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE u sabiex jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir- Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1358, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1358/oj).”."

Artikolu 2

L-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2023/332 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/817/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/332 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom id-data tal-identità tista’ titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta’ identitajiet multipli (ĠU L 47, 15.2.2023, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/332/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/603/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2024/1358 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika sabiex jiġu applikati b’mod effettiv ir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE u sabiex jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1358, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1358/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).

(7)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).

(9)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2008/178(1)/oj.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).

(11)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2011/350/oj.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ANNESS

1.   

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2023/332 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 1, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

 

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

1

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-ewwel isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

L-ewwel ismijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet mat-twelid

Kunjom (isem tal-familja)

L-ewwel isem

Ismijiet

L-ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

L-ewwel isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

L-ewwel isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Kunjom(ijiet)

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet mogħti(ja) mat-twelid

Isem/Ismijiet użati qabel

Ismijiet assunti

2

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

3

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

Sess

4

Nazzjonalità u post tat-twelid

Kull nazzjonalità miżmuma

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid tal-ismijiet assunti (pajjiż tat-twelid)

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità Attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid”

(2)

Fit-taqsima 3.1, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-ewwel isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet mat-twelid

L-ewwel ismijiet tal-ismijiet assunti

Kunjom (isem tal-familja)

L-ewwel isem

Ismijiet

L-ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

L-ewwel isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

L-ewwel isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Kunjom(ijiet)

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet mogħti(ja) mat-twelid

Isem/Ismijiet użati qabel

Ismijiet assunti”

(3)

Fit-taqsima 3.2, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

L-ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid”

(4)

Fit-taqsima 3.3, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

Sess”

(5)

Fit-taqsima 3.4, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Nazzjonalitajiet u post tat- twelid

Kull nazzjonalità miżmuma

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid tal-ismijiet assunti (pajjiż tat-twelid)

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid”

2.   

L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2023/332 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima 1, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

 

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

1

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-ewwel isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

L-ewwel ismijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet mat-twelid

Kunjom (isem tal-familja)

L-ewwel isem

Ismijiet

L-ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

L-ewwel isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

L-ewwel isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Kunjom(ijiet)

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet mogħti(ja) mat-twelid

Isem/Ismijiet użati qabel

Ismijiet assunti

2

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

3

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

Sess

4

Nazzjonalità u post tat-twelid

Kull nazzjonalità miżmuma

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid tal-ismijiet assunti (pajjiż tat-twelid)

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid”

(2)

Fit-taqsima 3.1, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Ismijiet (inklużi l-kunjom u l-ewwel isem)

Kunjomijiet

Kunjomijiet użati qabel

Kunjomijiet tal-ismijiet assunti

Ismijiet

Ismijiet użati qabel

Ismijiet mat-twelid

L-ewwel ismijiet tal-ismijiet assunti

Kunjom (isem tal-familja)

L-ewwel isem

Ismijiet

L-ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid

Ismijiet oħra (ismijiet assunti, ismijiet artistiċi, ismijiet tas-soltu)

L-ewwel isem/ismijiet

Isem mogħti/ismijiet mogħtija

Kunjom (isem tal-familja)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

L-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija)

Psewdonimi

Ismijiet assunti

Ismijiet preċedenti

Kunjom (isem tal-familja)

Kunjom mat-twelid (l-isem/ismijiet tal-familja preċedenti)

L-ewwel isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

Kunjom(ijiet)

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet mogħti(ja) mat-twelid

Isem/Ismijiet użati qabel

Ismijiet assunti”

(3)

Fit-taqsima 3.2, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid tal-ismijiet assunti

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid

Data tat-twelid”

(4)

Fit-taqsima 3.3, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Ġeneru

Ġeneru

Ġeneru tal-ismijiet assunti

Sess

Sess

Ġeneru

Sess

Sess”

(5)

Fit-taqsima 3.4, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kategorija tad-data

SIS

EES

ETIAS

ECRIS-TCN

VIS

Eurodac

Nazzjonalitajiet u post tat- twelid

Kull nazzjonalità miżmuma

Nazzjonalità tal-ismijiet assunti

Post tat-twelid (pajjiż tat-twelid)

Post tat-twelid tal-ismijiet assunti (pajjiż tat-twelid)

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità Attwali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid (belt u pajjiż)

Nazzjonalità attwali

Nazzjonalitajiet

Nazzjonalità mat-twelid

Post u pajjiż tat-twelid

Nazzjonalità

Nazzjonalitajiet

Post tat-twelid”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/326/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top