Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R2174

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2174 tat-23 ta’ Ottubru 2025 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

C/2025/7238

ĠU L, 2025/2174, 24.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2174/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2174/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2174

24.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2174

tat-23 ta’ Ottubru 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b), u 232(3), il-punt (b), tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji terzi jridu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji terzi kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ħames tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ Alberta, Manitoba, Ontario u Quebec li ġew ikkonfermati bejn is-7 ta’ Ottubru 2025 u t-12 ta’ Ottubru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Cheshire u Cumbria, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fit-13 ta’ Ottubru 2025 u fit-18 ta’ Ottubru 2025, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 20 tifqigħa ġdida tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Idaho (1), Iowa (1), Michigan (1), Minnesota (10), Utah (4), Pennsylvania (1), Washington (1), u Wisconsin (1), li ġew ikkonfermati bejn it-30 ta’ Settembru 2025 u l-14 ta’ Ottubru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mqar 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit, u tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat f’dawk il-pajjiżi terzi, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B u l-Parti 2, u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Barra minn hekk, il-Kanada pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha fir-rigward ta’ tifqigħa preċedenti tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella tal-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Fil-25 ta’ Settembru 2025, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Manitoba, li ġiet ikkonfermata fis-7 ta’ Mejju 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Il-Kanada infurmat lill-Kummissjoni li, wara dik it-tifqigħa preċedenti tal-HPAI, implimentat politika tal-qerda biex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lestiet ukoll it-tindif u d-diżinfettar meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, u jidhrilha li din tat garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żona affettwata, kif stabbilit fit-tabella tal-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żona affettwata ta’ dak il-pajjiż terz, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(15)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.266 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.266

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.5.2025

10.10.2025”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.275 sa CA-2.279 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.274:

CA

Il-Kanada

CA-2.275

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.10.2025

 

CA-2.276

N, P1

 

8.10.2025

 

CA-2.277

N, P1

 

9.10.2025

 

CA-2.278

N, P1

 

10.10.2025

 

CA-2.279

N, P1

 

12.10.2025”

 

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.394 u GB-2.395 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.393:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.394

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.10.2025

 

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.395

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.10.2025”

 

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1063, sa US-2.1082 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1062:

US

L-Istati Uniti

US-2.1063

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.9.2025

 

US-2.1064

N, P1

 

30.9.2025

 

US-2.1065

N, P1

 

29.9.2025

 

US-2.1066

N, P1

 

1.10.2025

 

US-2.1067

N, P1

 

2.10.2025

 

US-2.1068

N, P1

 

2.10.2025

 

US-2.1069

N, P1

 

6.10.2025

 

US-2.1070

N, P1

 

7.10.2025

 

US-2.1071

N, P1

 

7.10.2025

 

US-2.1072

N, P1

 

8.10.2025

 

US-2.1073

N, P1

 

8.10.2025

 

US-2.1074

N, P1

 

9.10.2025

 

US-2.1075

N, P1

 

9.10.2025

 

US-2.1076

N, P1

 

8.10.2025

 

US-2.1077

N, P1

 

8.10.2025

 

US-2.1078

N, P1

 

9.10.2025

 

US-2.1079

N, P1

 

14.10.2025

 

US-2.1080

N, P1

 

14.10.2025

 

US-2.1081

N, P1

 

14.10.2025

 

US-2.1082

N, P1

 

14.10.2025”

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.275 sa CA-2.279 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.274:

“Il-Kanada

CA-2.275

Alberta — Latitudni 49.4, Lonġitudni -112.26

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Craddock, New Dayton, u Warner

10 km SZ: Cardston, Craddock, Judson, Lethbridge, New Dayton, u Stirling

CA-2.276

Ontario - Latitudni 43.94, Lonġitudni -80.75

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Mount Forest u Wellington North

10 km SZ: Cotswold, Harriston, Kenilworth, Minto, Mount Forest, Riverstown, Southgate, Wellington North, u West Grey

CA-2.277

Manitoba - Latitudni 51.05, Lonġitudni -99.51

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Kergwenan, Sainte Rose u Sainte Rose Du Lac

10 km SZ: Kergwenan, Lakeshore, Laurier, Makinak, Sainte Amélie, Sainte Rose, u Sainte Rose Du Lac

CA-2.278

Manitoba - Latitudni 50.94, Lonġitudni -96.98

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Bifrost-Riverton, Riverton u Washow Bay.

10 km SZ: Bifrost-Riverton, Riverton, Shorncliffe, u Washow Bay

CA-2.279

Quebec — Latitudni 46.18, Lonġitudni -73.44

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Matawinie, Sainte-Mélanie, u Saint-Félix-de-Valois

10 km SZ: Matawinie, Notre-Dame-de-Lourdes, Notre-Dame-des-Prairies, Sainte-Béatrix, Sainte-Élisabeth, Sainte-Mélanie, Saint-Ambroise-de-Kildare, Saint-Cléophas-de-Brandon, Saint-Félix-de-Valois, Saint-Gabrielde-Brandon, Saint-Jean-de-Matha, u Saint-Norbert”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.394 u GB-2.395 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.393:

“Ir-Renju Unit

GB-2.394

qrib Wybunbury, Cheshire East, Cheshire, l-Ingilterra, ir-Renju Unit

iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N53.01 u Lonġ: W2.39

Ir-Renju Unit

GB-2.395

qrib Penrith, Westmorland u Furness, Cumbria, l-Ingilterra, ir-Renju Unit

iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N54.65 u Lonġ: W2.79”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1063 sa US-2.1082 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1062:

“L-Istati Uniti

US-2.1063

L-Istat ta’ Minnesota

Becker 08

Il-Kontea ta’ Becker: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 95.7420013°W 46.8320446°N)

US-2.1064

L-Istat ta’ Minnesota

Otter Tail 13

Il-kontea ta’ Otter Tail: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 95.6971274°W 46.8051349°N)

US-2.1065

L-Istat ta’ Utah

Sanpete 22

Il-Kontea ta’ Sanpete: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 111.6022632°W 39.4950675°N)

US-2.1066

L-Istat ta’ Utah

Sanpete 23

Il-Kontea ta’ Sanpete: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 111.5958586°W 39.4718590°N)

US-2.1067

L-Istat ta’ Iowa

Calhoun 01

Il-Kontea ta’ Calhoun: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.6286811°W 42.3307260°N)

US-2.1068

L-Istat ta’ Wisconsin

Jefferson 04

il-kontea ta’ Jefferson: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 88.6452904°W 42.9529242°N)

US-2.1069

L-Istat ta’ Idaho

Latah 02

Il-Kontea ta’ Latah: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 117.0641326°W 46.8254601°N)

US-2.1070

L-Istat ta’ Michigan

Ottawa 08

Il-Kontea ta’ Ottawa: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 85.9001439°W 43.0426543°N)

US-2.1071

L-Istat ta’ Minnesota

Kandiyohi 16

Il-Kontea ta’ Kandiyohi: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.9832659°W 45.1022468°N)

US-2.1072

L-Istat ta’ Minnesota

Becker 09

Il-Kontea ta’ Becker: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 95.7202304°W 46.8070750°N)

US-2.1073

L-Istat ta’ Minnesota

Becker 10

Il-Kontea ta’ Becker: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 95.7115780°W 46.8121149°N)

US-2.1074

L-Istat ta’ Minnesota

Kandiyohi 17

Il-Kontea ta’ Kandiyohi: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.9907762°W 45.1105667°N)

US-2.1075

L-Istat ta’ Minnesota

Kandiyohi 18

Il-Kontea ta’ Kandiyohi: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.9884232°W 45.0992169°N)

US-2.1076

L-Istat ta’ Utah

Sanpete 24

Il-Kontea ta’ Sanpete: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 111.5293325°W 39.6062381°N)

US-2.1077

L-Istat ta’ Utah

Sanpete 25

Il-Kontea ta’ Sanpete: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 111.6125697°W 39.6485635°N)

US-2.1078

L-Istat ta’ Washington

Grant 01

Il-Kontea ta’ Grant: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 119.2611885°W 47.2787126°N)

US-2.1079

L-Istat ta’ Minnesota

Kandiyohi 19

Il-Kontea ta’ Kandiyohi: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 95.1970708°W 45.2445266°N)

US-2.1080

L-Istat ta’ Minnesota

Meeker 19

Il-Kontea ta’ Meeker: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.7549551°W 45.2272720°N)

US-2.1081

L-Istat ta’ Minnesota

Stearns 27

Il-Kontea ta’ Stearns: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 94.9629480°W 45.5338997°N)

US-2.1082

L-Istat ta’ Pennsylvania

Lancaster 42

Il-Kontea ta’ Lancaster: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li jibda mill-punt fit-Tramuntana (koordinati tal-GPS: 76.0704231°W 40.2372402°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.266 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

Il-Kanada

CA-2.266

POU, RAT

N, P1

 

7.5.2025

10.10.2025

GBM

P1

 

7.5.2025

10.10.2025”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.275 sa CA-2.279 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.274:

CA

Il-Kanada

CA-2.275

POU, RAT

N, P1

 

7.10.2025

 

GBM

P1

 

7.10.2025

 

CA-2.276

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2025

 

GBM

P1

 

8.10.2025

 

CA-2.277

POU, RAT

N, P1

 

9.10.2025

 

GBM

P1

 

9.10.2025

 

CA-2.278

POU, RAT

N, P1

 

10.10.2025

 

GBM

P1

 

10.10.2025

 

CA-2.279

POU, RAT

N, P1

 

12.10.2025

 

GBM

P1

 

12.10.2025”

 

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.394 u GB-2.395 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.393:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.394

POU, RAT

N, P1

 

13.10.2025

 

GBM

P1

 

13.10.2025

 

GB-2.395

POU, RAT

N, P1

 

18.10.2025

 

GBM

P1

 

18.10.2025”

 

(d)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1063 sa US-2.1082 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1062:

US

L-Istati Uniti

US-2.1063

POU, RAT

N, P1

 

30.9.2025

 

GBM

P1

 

30.9.2025

 

US-2.1064

POU, RAT

N, P1

 

30.9.2025

 

GBM

P1

 

30.9.2025

 

US-2.1065

POU, RAT

N, P1

 

29.9.2025

 

GBM

P1

 

29.9.2025

 

US-2.1066

POU, RAT

N, P1

 

1.10.2025

 

GBM

P1

 

1.10.2025

 

US-2.1067

POU, RAT

N, P1

 

2.10.2025

 

GBM

P1

 

2.10.2025

 

US-2.1068

POU, RAT

N, P1

 

2.10.2025

 

GBM

P1

 

2.10.2025

 

US-2.1069

POU, RAT

N, P1

 

6.10.2025

 

GBM

P1

 

6.10.2025

 

US-2.1070

POU, RAT

N, P1

 

7.10.2025

 

GBM

P1

 

7.10.2025

 

US-2.1071

POU, RAT

N, P1

 

7.10.2025

 

GBM

P1

 

7.10.2025

 

US-2.1072

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2025

 

GBM

P1

 

8.10.2025

 

US-2.1073

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2025

 

GBM

P1

 

8.10.2025

 

US-2.1074

POU, RAT

N, P1

 

9.10.2025

 

GBM

P1

 

9.10.2025

 

US-2.1075

POU, RAT

N, P1

 

9.10.2025

 

GBM

P1

 

9.10.2025

 

US-2.1076

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2025

 

GBM

P1

 

8.10.2025

 

US-2.1077

POU, RAT

N, P1

 

8.10.2025

 

GBM

P1

 

8.10.2025

 

US-2.1078

POU, RAT

N, P1

 

9.10.2025

 

GBM

P1

 

9.10.2025

 

US-2.1079

POU, RAT

N, P1

 

14.10.2025

 

GBM

P1

 

14.10.2025

 

US-2.1080

POU, RAT

N, P1

 

14.10.2025

 

GBM

P1

 

14.10.2025

 

US-2.1081

POU, RAT

N, P1

 

14.10.2025

 

GBM

P1

 

14.10.2025

 

US-2.1082

POU, RAT

N, P1

 

14.10.2025

 

GBM

P1

 

14.10.2025”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2174/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top