Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1027

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1027 tat-8 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid

C/2024/2082

ĠU L, 2024/1027, 9.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1027/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1027/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1027

9.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1027

tat-8 ta’ April 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid awtorizzat.

(4)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-galatto-oligosakkarid ġie awtorizzat biex jitqiegħed fis-suq bħala ikel ġdid għall-użu f’għadd ta’ oġġetti tal-ikel, inkluż il-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Fit-28 ta’ Lulju 2023, il-kumpanija FrieslandCampina Ingredients (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid. L-applikant talab li l-galattożju jitneħħa mill-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid li bħalissa jinkludi l-galattożju f’livelli ogħla minn 0.8 % tal-materja niexfa.

(6)

L-applikant iġġustifika t-talba tiegħu għall-bidla proposta fl-ispeċifikazzjonijiet tal-galatto-oligosakkarid bl-introduzzjoni ta’ passi addizzjonali ta’ purifikazzjoni fil-produzzjoni tiegħu. Dik il-purifikazzjoni addizzjonali għandha l-għan li tneħħi l-monosakkaridi bħall-galattożju sabiex jiġi prodott galatto-oligosakkarid ta’ purità ogħla.

(7)

Il-Kummissjoni tqis li l-bidla mitluba fl-ispeċifikazzjonijiet tal-galatto-oligosakkarid mhi mistennija jkollha l-ebda effett fuq is-saħħa tal-bniedem u li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Il-galattożju għandu storja ta’ użu sikur bħala kostitwent tad-dieta normali meta jiġu kkunsmati l-prodotti tal-ħalib. B’riżultat ta’ dan, huwa awtorizzat li jkun preżenti fl-ikel ġdid f’livelli minimi ta’ 0.8 % jew aktar u mingħajr livell massimu awtorizzat peress li ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza. Għalhekk, irrispettivament mill-istadji ta’ purifikazzjoni matul il-produzzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet ma jeħtiġux ċertu livell ta’ galattożju fl-ikel ġdid.

(8)

L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati.

(9)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/258/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2013/609/oj).


ANNESS

Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “Galatto-oligosakkarid” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

Galatto-oligosakkarid

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

Il-galatto-oligosakkarid jiġi prodott mil-lattożju tal-ħalib permezz ta’ proċess enzimatiku bl-użu ta’ β-galattosidażi mill-Aspergillus oryzae, Bifidobacterium bifidum, Pichia pastoris, Sporobolomyces singularis, Kluyveromyces lactis u Papiliotrema terrestris.

GOS: minimu ta’ 46 % Materja Niexfa

Lattożju: massimu ta’ 40 % Materja Niexfa

Glukożju: massimu ta’ 22 % Materja Niexfa

Irmied: massimu ta’ 4,0 % Materja Niexfa

Proteini: massimu ta’ 4,5 % Materja Niexfa

Nitrit: massimu ta’ 2 mg/kg”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1027/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top