This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024L3101
Directive (EU) 2024/3101 of the European Parliament and of the Council of 27 November 2024 amending Directive 2005/35/EC as regards ship-source pollution and on the introduction of administrative penalties for infringements (Text with EEA relevance)
Direttiva (UE) 2024/3101 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għall-ksur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva (UE) 2024/3101 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għall-ksur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PE/91/2024/REV/1
ĠU L, 2024/3101, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3101/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | anness | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 10a | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 10b | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 10c | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 10d | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 11 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 12 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 12a | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 14 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 15 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 16 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 5 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 5a | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 5b | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 8a | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 8b | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Tħassir | artikolu 8c | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Żieda | artikolu 8d | 05/01/2025 | |
| Modifies | 32005L0035 | Sostituzzjoni | titolu | 05/01/2025 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3101 |
16.12.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/3101 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għall-ksur
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Il-politika marittima tal-Unjoni timmira lejn livell għoli ta’ sigurtà u ta’ ħarsien tal-ambjent. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-konformità ma’ konvenzjonijiet, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali filwaqt li tinżamm libertà tan-navigazzjoni kif previst mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni ta’ Tniġġis mill-Vapuri (“Marpol 73/78”) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tipprevedi projbizzjonijiet ġenerali dwar l-iskariki mill-vapuri fil-baħar, iżda tirregola wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti sustanzi jistgħu jintremew fl-ambjent marin. Marpol 73/78 fiha eċċezzjonijiet għall-iskariku ta’ sustanzi niġġiesa, soġġetti għall-Annessi tagħha, li ma għandhomx jitqiesu bħala ksur meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifikati. Dawk l-Annessi ma jeżentawx il-każijiet meta dawk responsabbli għad-dannu aġixxew jew bl-intenzjoni li jikkawżaw dannu jew bi traskuraġni u b’għarfien li probabbilment jirriżulta dannu. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), Marpol 73/78 u l-Annessi tagħha kienu s-suġġett ta’ emendi importanti, li daħħlu fis-seħħ normi u projbizzjonijiet aktar stretti għall-iskariki ta’ sustanzi minn vapuri fil-baħar. Dawk il-bidliet kif ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. |
|
(4) |
Filwaqt li objettiv ġenerali ta’ din id-Direttiva huwa li tittrasponi emendi importanti għall-Marpol 73/78 fil-liġi tal-Unjoni, test aġġornat u komplut tal-Marpol 73/78 u l-annessi relatati tagħha mhuwiex disponibbli għall-pubbliku. Dan joħloq xkiel għas-settur, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet biex jiksbu aċċess xieraq għat-test tal-Marpol 73/78 u konvenzjonijiet oħra simili tal-IMO. |
|
(5) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu fi ħdan l-IMO biex it-testi sħaħ u aġġornati tal-konvenzjonijiet tal-IMO, inkluż il-Marpol 73/78 u l-annessi tagħha, ikunu aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. |
|
(6) |
Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tiżgura li l-iskart jitwassal fil-portijiet tal-Unjoni, fejn jinġabar minn faċilitajiet adegwati ta’ akkoljenza fil-portijiet. L-infurzar tad-Direttiva (UE) 2019/883 huwa, flimkien mad-Direttiva 2005/35/KE, strument ewlieni fil-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri. Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ infurzar effettiva, integrata u koerenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/883 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart mill-vapuri, id-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li tiġi emendata sabiex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall-Annessi IV sa VI tal-Marpol 73/78, bil-ħsieb li l-vapuri jiġu skoraġġuti milli jiskarikaw sustanzi niġġiesa b’mod illegali fil-baħar minflok ma jitwasslu lejn faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/883. |
|
(7) |
Id-Direttiva (UE) 2019/883 ma tinkludix fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-Anness III tal-Marpol 73/78 minħabba li l-oġġetti imballati mhumiex ikkategorizzati bħala skart; għalhekk normalment ma jiġux ikkonsenjati lejn il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li sustanzi ta’ ħsara ttrasportati f’forma imballata jistgħu jiġu skarikati b’mod illegali fil-baħar. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li jiġi estiż biex ikopri l-Anness III tal-Marpol 73/78. Għaldaqstant, l-iskariku ta’ sustanzi ta’ ħsara jenħtieġ li jkun ipprojbit skont id-Direttiva 2005/35/KE, sakemm ma jinstabx mill-awtoritajiet kompetenti li kien meħtieġ li tiġi żgurata s-sikurezza tal-vapur jew li tiġi salvata l-ħajja fuq il-baħar. F’dak ir-rigward, l-iskariki msemmija f’din id-Direttiva ma jinkludux ir-rimi skont il-Konvenzjoni ta’ Londra dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar mir-Rimi ta’ Skart u Materja Oħra, 1972, u l-Protokoll tagħha tal-1996. |
|
(8) |
Marpol 73/78 tinkludi l-emissjonijiet mill-vapuri fid-definizzjoni tal-iskariki fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness VI tal-Marpol 73/78 jindirizza l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja mill-vapuri. L-Anness VI u l-linji gwida korrispondenti tal-IMO dwar is-Sistemi ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost (EGCS) (ir-Riżoluzzjoni MEPC.340 (77)) jippermettu l-użu tal-EGCS mill-vapuri bħala metodu alternattiv ta’ konformità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidu tal-kubrit (SOx). L-Anness VI tal-Marpol 73/78 jirregola r-residwu mill-EGCS billi jipprojbixxi l-iskarikar tiegħu fil-baħar u jirrikjedi l-konsenja tiegħu lejn faċilitajiet adegwati ta’ akkoljenza fil-port. Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tittrasponi standards internazzjonali tal-SOx fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li d-Direttiva (UE) 2019/883 tiżgura li r-residwu tal-EGCS jiġi kkonsenjat f’faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet. Peress li r-residwu tal-EGCS jikkawża tniġġis fl-ambjent tal-baħar, il-penali previsti skont id-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li japplikaw fil-każ ta’ skariki illegali. |
|
(9) |
L-“ilma skarikat”, kif definit kemm fiċ-Ċirkolari MEPC.1/Circ.899 kif ukoll fir-Riżoluzzjoni MEPC.340(77), jista’ jiġi skarikat direttament fil-baħar jekk ikun konformi mal-kriterji tal-kwalità tal-ilma skarikat stabbiliti fil-linji gwida tal-IMO dwar l-EGCS. Madankollu, ilma skarikat mill-EGCS jista’ jaffettwa l-ekosistema għalkemm jikkonforma mal-Marpol 73/78. F’dak il-każ, l-Istat Membru jista’ jimponi restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet li jistgħu jintużaw abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa bl-użu tal-metodoloġija għall-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-impatt li jinsabu fil-linji gwida żviluppati mill-IMO u rrakkomandati mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (Maritime Environment Protection Committee (MEPC)). F’dak il-każ, l-“ilma skarikat” jikkawża tniġġis fl-ambjent tal-baħar, u l-penali amministrattivi previsti skont id-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li japplikaw fil-każ ta’ skariki illegali b’kunsiderazzjoni xierqa ta’ MEPC.1/Circ.883/Rev.1. |
|
(10) |
Id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tiżgura definizzjonijiet komuni ta’ reati kriminali ambjentali u d-disponibbiltà ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal reati ambjentali serji. Id-Direttiva 2005/35/KE ġiet emendata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li introduċiet pieni kriminali għal ċertu ksur tad-Direttiva 2005/35/KE, li issa jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1203. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/35/KE li ġew miżjuda jew sostitwiti bid-Direttiva 2009/123/KE jenħtieġ li jitħassru. |
|
(11) |
Il-penali amministrattivi introdotti fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2024/1203. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu il-kamp ta’ applikazzjoni tal-infurzar tal-liġi amministrattiva u kriminali fir-rigward ta’ reati ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Din id-Direttiva ma timpedix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri aktar stretti f’konformità mad-dritt internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, billi jipprevedu penali amministrattivi jew pieni kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2005/35/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ pieni kriminali u ta’ penali amministrattivi tirrispetta l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-prinċipju ta’ ne bis in idem, filwaqt li tqis il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, kif u meta applikabbli. |
|
(12) |
Il-penali previsti mid-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li jissaħħu billi tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-penali amministrattivi fl-Unjoni kollha. Sabiex jissaħħaħ l-effett deterrenti tal-penali imposti għar-reati ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri, tali penali amministrattivi jenħtieġ li jieħdu mill-anqas il-forma ta’ multi imposti fuq il-kumpanija tal-vapur miżmum responsabbli. F’dan il-kuntest, il-kumpanija ta’ vapur tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew il-bareboat charterer, li jkun assuma r-responsabbiltà għall-operat tal-vapur mingħand sid il-vapur, f’konformità mal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (“Kodiċi ISM”) (8), implimentat fil-liġi tal-Unjoni bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Id-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li tirrikonoxxi li l-ġestjoni tal-vapur tista’ tiġi ddelegata mis-sid irreġistrat lil entità differenti, li mbagħad jenħtieġ li tinżamm responsabbli l-ewwelnett għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Kodiċi ISM biex jiġi żgurat li tiġi evitata ħsara lill-ambjent jew l-assenjazzjoni ta’ operazzjonijiet abbord lil persunal kwalifikat. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet dwar il-penali li għandha tiġi applikata jenħtieġ li jsiru fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali amministrattivi u tal-infurzar tal-liġi kriminali. Għal pieni kriminali, l-obbligi tal-Istati Membri huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2024/1203. Għaldaqstant, din id-Direttiva tikkonċerna biss il-penali amministrattivi u ma tikkonċernax proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
|
(13) |
Filwaqt li jirrikonoxxu li l-konformità għal xi Stati Membri mar-rekwiżit għal penali amministrattivi mhijiex possibbli minħabba l-liġi kostituzzjonali nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali amministrattivi ta’ din id-Direttiva b’tali mod li l-penali jinbdew mill-awtorità kompetenti u jiġu imposti mill-qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżit għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fejn hemm referenzi f’din id-Direttiva għal penali amministrattivi, dawk l-Istati Membri se japplikaw penali skont it-tifsira tas-sistema legali nazzjonali tagħhom. |
|
(14) |
Irregolaritajiet u informazzjoni jistgħu jirriżultaw minn spezzjoni ta’ kontroll mill-Istat tal-port imwettqa skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) meta tkun obbligatorja jew meta tkun skedata. Jistgħu jiġu identifikati wkoll irregolaritajiet fir-rigward tal-konsenja ta’ skart iġġenerat mill-vapuri, jew in-notifika tiegħu, kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jew fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-użu ta’ EGCS operati bħala metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/802, kif ukoll informazzjoni relatata ma’ skariku illegali potenzjali tal-vapuri miksuba permezz tal-proċeduri previsti fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), inkluża kwalunkwe prova jew evidenza preżuntiva dwar l-iskariki taż-żejt jew ksur ieħor tal-Marpol 73/78 ikkomunikati lill-Istat Membru jew inċidenti jew aċċidenti rrapportati mill-kaptan tal-vapur, u kwalunkwe informazzjoni oħra minn persuni involuti fit-tħaddim tal-vapur, inklużi l-bdoti. |
|
(15) |
Irregolaritajiet jew informazzjoni li jagħtu lok għal suspett li seħħ skariku illegali jistgħu jiġu skoperti matul spezzjoni ta’ kontroll tal-port mill-Istat. F’dak il-każ, spezzjoni ġdida tista’ ma tkunx meħtieġa jew effettiva biżżejjed. Minflok, l-Istat Membru jista’ jieħu azzjoni xierqa oħra, bħad-detenzjoni tal-vapur, il-bidu ta’ proċedimenti jew it-teħid ta’ miżuri ta’ rimedju. |
|
(16) |
L-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji nazzjonali jenħtieġ li jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż reċidiviżmu tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri, meta jiddeterminaw il-livell ta’ penali li għandhom jiġu imposti fuq in-niġġiesa. Filwaqt li titqies in-natura diversa tas-sustanzi niġġiesa koperti mid-Direttiva 2005/35/KE u l-importanza tal-applikazzjoni konsistenti tal-penali madwar l-Unjoni fid-dawl tan-natura transfruntiera tal-imġiba regolata, jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta’ penali permezz ta’ skambji dwar il-kriterji għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ penali għall-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa differenti. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-penali u biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, huwa kruċjali li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri. Barra minn hekk, abbażi tal-għarfien miksub minn tali skambji, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida aktar speċifiċi, inkluż dwar tipi speċifiċi ta’ sustanzi niġġiesa u oqsma sensittivi ta’ tħassib. |
|
(17) |
Meta Stat Membru jissuspetta li vapur li huwa volontarjament fil-port tiegħu jew f’terminal off-shore wettaq skariku illegali, jenħtieġ li ssir spezzjoni xierqa biex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi. Sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti bl-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2005/35/KE li jispezzjonaw vapuri bħal dawn, l-Anness I tad-Direttiva 2005/35/KE jipprovdi lista indikattiva ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni li jenħtieġ li titqies mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta’ każ b’każ meta jiġi ddeterminat jekk vapur ikunx jenħtieġ li jitqies bħala suspettat. |
|
(18) |
Il-miżuri ta’ akkumpanjament għall-kooperazzjoni u l-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri ma kinux biżżejjed biex jippermettu analiżi sħiħa dwar jekk in-niġġies jiffaċċjax penali effettivi, proporzjonati u dissważivi u sabiex data adegwata ssir disponibbli għall-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE. Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u konsistenti tad-Direttiva 2005/35/KE, l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattiki jenħtieġ li jiġi ffaċilitat permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha data adegwata sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE. |
|
(19) |
Sabiex tissaħħaħ l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom mekkaniżmi ta’ rapportar rilevanti, bħar-rapportar fil-qafas tal-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar u arranġamenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali, bħall-Ftehim ta’ Bonn, l-Investigaturi u Prosekuturi tan-Network tal-Baħar tat-Tramuntana, u n-Network ta’ Prosekuturi dwar il-Kriminalità Ambjentali fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku. |
|
(20) |
Is-servizz eżistenti bbażat fuq is-satellita “CleanSeaNet”, li jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar skariki illegali potenzjali, jenħtieġ li jkompli jittejjeb biex jinkludi informazzjoni dwar is-sustanzi niġġiesa addizzjonali taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE. L-informazzjoni relatata mal-iskariki potenzjali jew reali rrapportati mill-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva 2005/35/KE u ma’ bażijiet tad-data oħra tal-Unjoni dwar is-sikurezza marittima, bħas-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima stabbilita bid-Direttiva 2002/59/KE (“SafeSeaNet”) u l-Bażi tad-Data għall-Ispezzjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2009/16/KE (“THETIS”) jenħtieġ li jiġu integrati u mxerrda f’format elettroniku faċli għall-utent lill-awtoritajiet nazzjonali involuti fil-katina tal-infurzar sabiex jiffaċilitaw ir-rispons f’waqtu tagħhom għal tali skariki illegali potenzjali. Tali informazzjoni, meta tkun relatata ma’ skariku reali jew potenzjali ta’ residwu tal-EGCS minn vapur, jenħtieġ li tkompli titqassam awtomatikament, bħal permezz tal-modulu ddedikat ta’ THETIS stabbilit skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/253 (12) (“THETIS-EU”), sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna b’azzjonijiet ta’ infurzar imwettqa f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/802. |
|
(21) |
Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri kollha, jenħtieġ li tiġi żgurata analiżi diġitali tal-allerti kollha ta’ fiduċja għolja minn kull Stat Membru fi żmien 66 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja. F’dak il-perjodu ta’ żmien, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jindikaw ukoll jekk jivverifikawx jew le dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja mibgħuta minn CleanSeaNet kull sena, filwaqt li jistinkaw biex jivverifikaw mill-inqas 25 % ta’ dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja. F’dak il-kuntest, verifika tfisser kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet biex jiġi ddeterminat jekk l-allert inkwistjoni jikkorrispondix għal skariku illegali. Jekk Stat Membru ma jivverifikax allert, jenħtieġ li jindika r-raġunijiet għaliex ma għamilx dan. |
|
(22) |
“Allerti ta’ fiduċja għolja” jenħtieġ li tinftiehem li tirreferi għall-allerti dwar detezzjonijiet tal-“Klassi A” minn CleanSeaNet meta jkunu relatati ma’ skariki potenzjali ta’ sustanzi niġġiesa skont l-Anness I u II tal-Marpol 73/78. Fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa skont Annessi oħra tal-Marpol 73/78, li bħalissa mhumiex immonitorjati minn CleanSeaNet, bħalissa ma jistax jiġi stabbilit approċċ fil-livell ta’ fiduċja. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“EMSA”), se tiżviluppa kontrolli semiawtomatizzati tal-immaġnijiet satellitari għal sustanzi niġġiesa skont Annessi oħra tal-Marpol 73/78 biex tistabbilixxi l-possibbiltà li jiġi ddeterminat il-livell ta’ fiduċja tagħhom. L-attivitajiet ta’ verifika jistgħu jinkludu ħafna azzjonijiet minn diversi awtoritajiet kompetenti, bħal verifika fuq il-post, it-tqabbil tad-detezzjoni bis-satellita mad-data awżiljarja disponibbli nazzjonalment u l-ispezzjonijiet tal-kontroll mill-Istat tal-port. |
|
(23) |
L-aċċess għal din l-informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħata lill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra li għandhom interess fiha taħt ir-rwoli tagħhom bħala Stati tal-port li jmiss, l-Istati kostali affettwati mill-iskariku potenzjali jew mill-Istati tal-bandiera tal-vapur sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni transfruntiera effettiva u f’waqtha, jiġi minimizzat il-piż amministrattiv tal-attivitajiet ta’ infurzar u fl-aħħar mill-aħħar jiġu ppenalizzati b’mod effettiv it-trasgressuri għall-ksur tad-Direttiva 2005/35/KE. Jenħtieġ li jitrawwem ukoll l-użu ta’ teknoloġiji ġodda bħad-droni u tekniki ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet, bħall-intelliġenza artifiċjali. |
|
(24) |
Bħala parti mill-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-rati ta’ verifika tal-Istati Membri u jenħtieġ li tipprevedi li tipproponi, jekk xieraq, rati ta’ verifika ogħla milli previst f’din id-Direttiva, abbażi tal-iżviluppi teknoloġiċi u ċ-ċirkostanzi u l-kapaċitajiet partikolari tal-Istati Membri. |
|
(25) |
Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li ċ-ċirkostanzi tal-Istati Membri kostali jvarjaw b’mod sinifikanti f’termini tal-pożizzjoni ġeografika tagħhom, id-daqs tal-ilmijiet li fuqhom jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni u d-densità tat-traffiku marittimu kif ukoll ir-riżorsi tagħhom u l-aċċess kosteffiċjenti għat-teknoloġija u l-mezzi disponibbli biex tiġi identifikata, ivverifikata u miġbura evidenza fir-rigward ta’ skariki illegali. |
|
(26) |
Is-Sottogrupp dwar l-Iskart mill-Vapuri, li kien ġie stabbilit fil-qafas tal-Forum Ewropew dwar Trasport Marittimu Sostenibbli, u li laqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ esperti fil-qasam tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-ġestjoni ta’ skart mill-vapuri, ġie differit f’Diċembru 2017 minħabba l-bidu ta’ negozjati interistituzzjonali dwar id-Direttiva (UE) 2019/883. Peress li dak is-Sottogrupp temporanju pprovda gwida u għarfien espert siewja lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jinħoloq grupp ta’ esperti simili b’mandat ta’ skambju ta’ esperjenza dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex jassisti lill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità tagħhom li jidentifikaw u jivverifikaw inċidenti ta’ tniġġis u jiżguraw l-infurzar effettiv tad-Direttiva 2005/35/KE. |
|
(27) |
L-EMSA jenħtieġ li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|
(28) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u tingħata assistenza lill-Kummissjoni fl-analiżi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi rrapportata mill-Istati Membri permezz ta’ għodda elettronika ddedikata għar-rapportar, żviluppata mill-Kummissjoni. Sa fejn tali informazzjoni tkun relatata ma’ penali imposti fuq jew li jinvolvu persuni fiżiċi, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi anonimizzata. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni rrapportata f’konformità mad-Direttiva 2005/35/KE tkun komparabbli fit-tip bejn l-Istati Membri u tinġabar abbażi ta’ format u proċedura elettroniċi armonizzati għar-rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
(29) |
Sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom fir-rigward tal-infurzar effettiv tad-Direttiva 2005/35/KE mill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji nazzjonali, bl-għajnuna tal-EMSA, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida u taħriġ relatati, fost l-oħrajn, mal-aħjar metodi u prattiki għall-identifikazzjoni, il-verifika u l-ġbir tal-evidenza, kif ukoll gwida dwar l-iżviluppi regolatorji rilevanti tal-Marpol 73/78 u dwar l-iżviluppi teknoloġiċi disponibbli, inklużi għodod diġitali ġodda, sabiex jiġu ffaċilitati attivitajiet ta’ infurzar effettivi, kosteffiċjenti u mmirati. |
|
(30) |
Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-iskariki tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u biex tittejjeb il-protezzjoni ambjentali, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li ssir disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni u tinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2005/35/KE. Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri skont l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (15) (magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta’ Aarhus), li l-Unjoni hija parti minnha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE. |
|
(31) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tistabbilixxi standards minimi dwar ir-rapportar ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni, inkluż ksur tad-Direttiva 2005/35/KE, u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, b’mod partikolari, li l-ekwipaġġ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 li jirrapporta skariki illegali reali jew potenzjali jingħata protezzjoni, appoġġ u għajnuna, kif xieraq, kif previst f’dik id-Direttiva.Minbarra l-kanali ta’ rapportar eżistenti pprovduti fil-livell nazzjonali kif regolati skont id-Direttiva (UE) 2019/1937, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel disponibbli mezz ta’ rapportar estern ċentralizzat online għar-rapportar ta’ skariki illegali reali jew potenzjali u tgħaddi dawn ir-rapporti lill-Istati Membri kkonċernati, li sussegwentement jenħtieġ li jittrattaw dawk ir-rapporti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937, inkluż fir-rigward tar-rikonoxximent tar-riċevuta, ir-rispons adegwat u s-segwitu. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 (17) u (UE) 2018/1725 (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw meta tiġi pproċessata data personali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw, inkluż, meta meħtieġ, billi tillimita l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ protezzjoni tad-data tal-persuni kkonċernati, bħal individwi inklużi fir-rapport bħala parteċipanti fl-iskariku illegali potenzjali, skont l-Artikolu 25(1), il-punti (c) u (h), u mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, sa fejn u sakemm ikun meħtieġ biex jiġu evitati u indirizzati tentattivi li jxekklu r-rapportar jew li jimpedixxu, ifixklu jew inaqqsu s-segwitu, b’mod partikolari l-investigazzjonijiet, jew it-tentattivi biex tinstab l-identità tal-persuni li jirrapportaw. Tali restrizzjonijiet jenħtieġ li jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jkunu miżuri meħtieġa u proporzjonati f’soċjetà demokratika biex jissalvagwardjaw objettivi importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi l-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. |
|
(32) |
Għaddejjin diskussjonijiet fl-IMO dwar kwistjonijiet ambjentali ġodda fir-rigward tat-tbaħħir internazzjonali li jirriżultaw fit-tniġġis tal-baħar. Dawk id-diskussjonijiet jistgħu jirriżultaw f’dispożizzjonijiet ġodda skont il-Marpol 73/78, li jdaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-Konvenzjoni tipi oħra ta’ sustanzi niġġiesa, bħall-iskart tal-plastik fil-baħar u t-telf ta’ pellets tal-plastik. Rieżami futur jenħtieġ li jivvaluta l-possibbiltà li jiġi mmodifikat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE, jekk xieraq, bil-ħsieb li jiġi żgurat reġim ta’ infurzar koerenti, effiċjenti u effettiv, kif ukoll l-impożizzjoni ta’ penali dissważivi. Dak ir-rieżami jenħtieġ li jivvaluta wkoll modi kif tittejjeb is-sorveljanza bis-satellita ta’ kontenituri mitlufa, li potenzjalment jinkludu sustanzi ta’ ħsara. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll l-interazzjoni ta’ din id-Direttiva ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar it-tniġġis tal-baħar, bħad-Direttivi 2008/56/KE (19), (UE) 2016/802 u (UE) 2024/2881 (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkluż dwar ir-rappurtar ta’ storbju eċċessiv taħt l-ilma u dwar it-tniġġis tal-arja, bħall-karbonju iswed, il-materja partikolata (PM), l-ossidu nitriku (NOx) u l-ossidu tal-kubrit (SOx), li tirriżulta fi ħsara għall-bijodiversità u r-riżorsi ħajjin fl-ekosistemi tal-baħar, kif ukoll f’perikli għas-saħħa tal-bniedem u l-ħsara fil-kwalità għall-użu tal-ilma baħar u l-użu sostenibbli ta’ oġġetti u servizzi tal-baħar, u b’hekk tfixkel attivitajiet oħra tal-baħar, bħas-sajd, it-turiżmu u r-rikreazzjoni fiż-żoni kostali. |
|
(33) |
L-Istati Membri mingħajr aċċess dirett għall-baħar jew mingħajr portijiet ma jistgħux japplikaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva minħabba dawk ir-raġunijiet ġeografiċi. Sabiex jiġi evitat li jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq dawk l-Istati Membri, jenħtieġ li ma jkunux obbligati jittrasponu u jimplimentaw uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
|
(34) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba d-dannu transfruntier li jista’ jiġi kkawżat minn skariki illegali koperti minn din id-Direttiva u d-disponibbiltà ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi madwar l-Unjoni għal tali skariki, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(35) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u tal-proporzjonalità tar-reati u tal-pieni kriminali, u d-dritt li persuna ma tiġix iġġudikata jew ikkastigata darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u prinċipji u jenħtieġ li tiġi implimentata kif meħtieġ. |
|
(36) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ Lulju 2023. |
|
(37) |
Id-Direttiva 2005/35/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2005/35/KE
Id-Direttiva 2005/35/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis” ; |
|
(2) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Skop 1. L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tinkorpora fil-liġi tal-Unjoni standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u li tiżgura li kwalunkwe kumpanija jew persuna ġuridika jew fiżika responsabbli oħra għall-iskariku illegali ta’ sustanzi niġġiesa tkun soġġetta għal penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex tittejjeb is-sikurezza marittima u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mit-tniġġis mill-vapuri. 2. Din id-Direttiva ma timpedix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri aktar stretti f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u internazzjonali, billi jipprevedu penali amministrattivi jew kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.” |
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Ksur u eċċezzjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa fi kwalunkwe waħda miż-żoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) jitqiesu bħala ksur, sakemm:
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li kwalunkwe kumpanija, jew persuna ġuridika jew fiżika oħra li tkun wettqet xi ksur skont it-tifsira tal-paragrafu 1 tinżamm responsabbli għalih.” |
|
(5) |
l-Artikoli 5, 5a u 5b jitħassru; |
|
(6) |
l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ vapuri f’port ta’ Stat Membru 1. Jekk irregolaritajiet jew informazzjoni jagħtu lok għal suspett li vapur li qiegħed volontarjament f’port jew f’terminal ’il barra mix-xatt ta’ Stat Membru kien involut jew hu involut fl-iskariku ta’ sustanzi niġġiesa fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1), dak l-Istat Membru għandu jiżgura li titwettaq spezzjoni xierqa jew azzjoni oħra xierqa, li tieħu kont tal-linji gwida rilevanti adottati mill-IMO, f’konformità mal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. 2. Meta l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tiżvela fatti li jistgħu jindikaw ksur skont it-tifsira tal-Artikolu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru u tal-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati. 3. Lista indikattiva ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni li għandha titqies fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija pprovduta fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.” |
|
(7) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Penali amministrattivi 1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ penali amministrattivi skont it-tifsira tas-sistema legali nazzjonali tagħhom għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-penali amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali amministrattivi introdotti fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva jinkludu multi li jiġu imposti fuq il-kumpanija miżmuma responsabbli għall-ksur. 3. Meta s-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix penali amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-penali, inkluż il-multi msemmija fil-paragrafu 2, jinbdew mill-awtorità kompetenti u jiġu imposti minn qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għal multi amministrattivi imposti minn awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, il-penali imposti f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jiġu applikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni sas-6 ta’ Lulju 2027 id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li jadottaw skont dan il-paragrafu u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti, jew emenda li taffettwa, dawk il-liġijiet. (*1) Id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE (ĠU L, 2024/1203, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1203/oj).”;" |
|
(8) |
l-Artikoli 8a, 8b u 8c jitħassru; |
|
(9) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8d Applikazzjoni effettiva tal-penali 1. Sabiex jiżguraw li l-penali huma effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw u japplikaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva lil kumpanija jew persuna ġuridika jew fiżika oħra misjuba mill-awtoritajiet kompetenti li tkun responsabbli, f’konformità mal-Artikolu 8, għal ksur skont it-tifsira tal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-ksur, b’mod partikolari:
2. L-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu jew japplikaw penali amministrattivi għal ksur skont din id-Direttiva f’livell li jkun baxx wisq biex tiġi żgurata l-effettività, il-proporzjonalità u n-natura dissważiva ta’ dawk il-penali.” |
|
(10) |
l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza 1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), għandhom jikkooperaw fl-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li jibnu fuq is-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima stabbilita fl-Artikolu 22a(3) u fl-Anness III tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) (SafeSeaNet), sabiex:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar inċidenti kbar ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri tinxtered lill-komunitajiet tas-sajd u kostali kkonċernati fil-ħin. 3. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti tal-Istati Membri, inklużi dawk mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili u mit-trade unions, dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva madwar l-Unjoni, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti prattiki u linji gwida komuni dwar l-infurzar ta’ din id-Direttiva. 4. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri dwar kif jiġu żgurati determinazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-penali. Abbażi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida, inkluż dwar tipi ta’ sustanzi niġġiesa u oqsma sensittivi ta’ tħassib. (*2) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).”;" |
|
(11) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a Rapportar 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għodda elettronika ta’ rapportar, għall-iskopijiet tal-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ infurzar prevista minn din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja relatata mal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tiġi rrapportata permezz tal-għodda elettronika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1:
3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċedura għar-rapportar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-ispeċifikazzjoni tat-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi rrapportata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-għodda elettronika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 10b Taħriġ Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-EMSA u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi tipprovdi, kif xieraq, taħriġ lill-awtoritajiet responsabbli għall-identifikazzjoni u l-verifika ta’ ksur skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-infurzar ta’ pieni jew kwalunkwe miżura oħra li tirriżulta minn tali ksur. Artikolu 10c Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni 1. Abbażi tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10a, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali aġġornata regolarment madwar l-Unjoni dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, abbażi tal-konklużjoni tal-proċedimenti amministrattivi u legali, meta applikabbli. Sa fejn l-informazzjoni relatata mal-penali tinkludi data personali jew informazzjoni kummerċjalment sensittiva, tali informazzjoni għandha tiġi anonimizzata. Dik il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. 2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Artikolu 10d Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom 1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tagħmel aċċessibbli u żżomm kanal ta’ rapportar estern online kunfidenzjali biex tirċievi rapporti, skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), dwar ksur potenzjali ta’ din id-Direttiva u għandha tgħaddi tali rapporti lill-Istati Membri kkonċernati. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jirċievu rapporti ta’ ksur ta’ din id-Direttiva, sottomessi permezz tal-kanal imsemmi fil-paragrafu 1, jinvestigaw, jaġixxu meta xieraq, jipprovdu feedback f’waqtu, u segwitu dwar dawk ir-rapporti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937. 3. Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 25(1), il-punti (c) u (h), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) u skont l-Artikolu 25(2) tiegħu, tillimita l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 22, 35 u 36 ta’ dak ir-Regolament għas-suġġetti tad-data li huma l-oġġett ta’ jew li huma msemmija fir-rapport ippreżentat permezz tal-kanal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li mhumiex is-suġġetti tad-data li jissottomettu dan ir-rapport. Dik ir-restrizzjoni tista’ tapplika biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-investigazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. (*3) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26)." (*4) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17)." (*5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(12) |
l-Artikoli 11 u 12 jitħassru; |
|
(13) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a Evalwazzjoni u rieżami 1. Sas-6 ta’ Lulju 2032, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas dan li ġej:
2. Bħala parti mir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibbiltà li timmodifika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk ikun xieraq, fid-dawl tal-istandards internazzjonali ġodda jew aġġornati għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri soġġetti għal dispożizzjonijiet preżenti u futuri fil-Marpol 73/78, bħall-iskart tal-plastik fil-baħar, it-telf tal-kontejners u t-telf tal-pellets tal-plastik.” |
|
(14) |
l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri (COSS) stabbilit permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. (*6) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1)." (*7) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
|
(15) |
l-Artikoli 14 u 15 jitħassru; |
|
(16) |
l-Artikolu 16 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ April 2007 u mill-ewwel jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri mingħajr aċċess dirett għall-baħar jew mingħajr portijiet ma għandhomx ikunu obbligati jittrasponu u jimplimentaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(2) ta’ din id-Direttiva.” |
|
(17) |
l-Anness uniku huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sas-6 ta’ Lulju 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 3
Applikazzjoni tad-Direttiva 2009/123/KE
Fir-rigward ta’ ksur li għandu jitqies bħala reat kriminali skont id-Direttiva 2005/35/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE u l-penali korrispondenti, l-Istati Membri mhux marbuta bid-Direttiva (UE) 2024/1203 għandhom jibqgħu marbuta bid-Direttiva 2005/35/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C, C/2023/872, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/872/oj.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2024.
(3) Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).
(6) Id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE (ĠU L, 2024/1203, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1203/oj).
(7) Id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur (ĠU L 280, 27.10.2009, p. 52).
(8) Il-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.741(18) tal-4 ta’ Novembru 1993, kif emendat.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(11) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
(12) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/253 tas-16 ta’ Frar 2015 li tistipula r-regoli rigward il-kampjunar u r-rapportar skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 55).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(15) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(16) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(17) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(19) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(20) Id-Direttiva (UE) 2024/2881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L L, 2024/2881, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2881/oj).
ANNESS
“ANNESS I
Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6
1.
Kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’ reġistri taż-żejt u reġistri rilevanti oħra jew fir-rigward ta’ nuqqasijiet oħra relatati ma’ skariki potenzjali, skoperti waqt l-ispezzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) mill-Istat Membru kkonċernat, minn Stat Membru ieħor jew minn Stat firmatarju għall-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port fil-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;
2.
Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tal-konsenja ta’ skart iġġenerat mill-vapuri, jew in-notifika tagħha, kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) li tkun saret fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Istat Membru tal-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;
3.
Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-użu tal-EGCS imħaddma bħala metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), li tirreferi għal-Linji Gwida tal-2009 għal EGCS stabbiliti fir-Riżoluzzjoni MEPC.184(59) kif sostitwiti mil-Linji Gwida tal-2021 għal EGCS stabbiliti fir-riżoluzzjoni MEPC.340(77).
4.
Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Stat Membru ieħor relatata ma’ skariku illegali potenzjali tal-vapur miksuba permezz tal-proċeduri previsti fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), inkluż kwalunkwe prova jew evidenza preżuntiva dwar skariki intenzjonati ta’ żejt jew ksur ieħor ta’ Marpol 73/78 ikkomunikati minn stazzjonijiet kostali ta’ Stat Membru lill-istazzjonijiet kostali fl-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jew inċidenti jew aċċidenti rrappurtati mill-kaptan tal-vapur lill-istazzjon kostali tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva.
5.
Kwalunkwe informazzjoni oħra minn persuni involuti fit-tħaddim tal-vapur, inkluż piloti, li tissuġġerixxi irregolaritajiet relatati ma’ ksur potenzjali tal-obbligi skont din id-Direttiva.
ANNESS II
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c
1.
Għal kull inċident ta’ tniġġis ivverifikat u kkonfermat minn Stat Membru, l-informazzjoni fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:|
(a) |
id-data tal-inċident; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-vapur involut fl-inċident; |
|
(c) |
il-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) tal-inċident ta’ tniġġis; |
|
(d) |
il-firxa tal-inċident ta’ tniġġis (żona u tul), jekk applikabbli; |
|
(e) |
it-tip ta’ sustanza niġġiesa; |
|
(f) |
l-Istat(i) Membru/i involut(i); |
|
(g) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika tal-inċident ta’ tniġġis; |
|
(h) |
id-data u l-ħin tal-attivitajiet ta’ verifika u l-assi li ntużaw għall-attivitajiet ta’ verifika; |
|
(i) |
dettalji tal-penali amministrattiva imposta. |
2.
Għal kull Stat Membru, l-informazzjoni aggregata li tinsab fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:|
(a) |
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet identifikati; |
|
(b) |
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati fuq il-post mill-Istat Membru; |
|
(c) |
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati b’mezzi oħra mill-Istat Membru; |
|
(d) |
l-għadd ta’ inċidenti kkonfermati ta’ tniġġis wara verifika (iddettaljat għal kull żona: ibħra territorjali, ŻEE, ibħra internazzjonali); |
|
(e) |
l-għadd ta’ trasgressuri identifikati; |
|
(f) |
l-għadd ta’ każijiet meta ġiet imposta penali. |
3.
Sommarju, għall-finijiet ta’ referenza biss, tal-partijiet rilevanti tal-Marpol 73/78, li għandu jiġi aġġornat kull meta jkun hemm bidliet fil-Marpol 73/78 rilevanti għal din id-Direttiva.
(*1) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(*2) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(*3) Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).
(*4) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).”
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3101/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)