This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024L0505
Directive (EU) 2024/505 of the European Parliament and of the Council of 7 February 2024 amending Directive 2005/36/EC as regards the recognition of professional qualifications of nurses responsible for general care trained in Romania (Text with EEA relevance)
Direttiva (UE) 2024/505 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva (UE) 2024/505 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PE/66/2023/REV/1
ĠU L, 2024/505, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/505/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32005L0036 | Sostituzzjoni | artikolu 10 punt (b) | 03/03/2024 | |
| Modifies | 32005L0036 | Sostituzzjoni | artikolu 33a | 03/03/2024 | |
| Modifies | 32005L0036 | Żieda | artikolu 33b | 03/03/2024 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/505 |
12.2.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/505 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Frar 2024
li temenda d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46, l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-drittijiet miksuba għar-rikonoxximent ta’ ċerti kwalifiki professjonali maħruġa fir-Rumanija lill-infermiera responsabbli mill-kura ġenerali. |
|
(2) |
L-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali li t-taħriġ tagħhom ma ssodisfax ir-rekwiżiti minimi skont id-Direttiva 2005/36/KE u li beda qabel id-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, jistgħu jibbenefikaw minn rikonoxximent skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fiha. |
|
(3) |
Għadd ta’ Stati Membri ospitanti rrikonoxxew il-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli mill-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija li l-kwalifiki tagħhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mir-rikonoxximent skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE għall-fini ta’ aċċess għall-istess professjoni f’dak l-Istat Membru. Dawk l-Istati Membri ospitanti applikaw, għal dan l-għan, jew ir-regoli ta’ rikonoxximent skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew is-sistema ġenerali stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 ta’ dik id-Direttiva. Dik is-sistema ġenerali ġiet applikata bil-fehim li l-infermiera mħarrġa fir-Rumanija jistgħu jibbenefikaw minn dik is-sistema ġenerali bl-istess mod bħall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mhux imħarrġa fir-Rumanija li l-kwalifiki tagħhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 33 ta’ dik id-Direttiva, li huwa msemmi fl-Artikolu 10, il-punt (b) ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġu protetti tali drittijiet miksuba u biex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi ta’ dawk l-infermiera li bbenefikaw minnhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe rikonoxximent bħal dan tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera mħarrġa fir-Rumanija li l-kwalifiki tagħhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-verżjonijiet differenti tal-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE applikabbli sad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jibqa’ validu. Barra minn hekk, sabiex jittejbu ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-fatt li l-valutazzjoni skont l-Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2005/36/KE għandha tiġi applikata fis-sitwazzjoni fejn il-kwalifiki tal-infermier ma jissodisfawx ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE, kif emendat b’din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi inkluża referenza speċifika għal dak l-Artikolu emendat fl-Artikolu 10, il-punt (b), tad-Direttiva 2005/36/KE. |
|
(4) |
Ir-Rumanija stabbiliet programm speċjali ta’ aġġornament biex tippermetti lill-parteċipanti jaġġornaw il-kwalifiki professjonali tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti għall-professjoni ta’ infermier responsabbli għall-kura ġenerali fid-Direttiva 2005/36/KE. Għal dak l-għan, ir-Rumanija kkollaborat minn qabel ma’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni. |
|
(5) |
Ir-Rumanija introduċiet il-programm ta’ aġġornament speċjali permezz tal-Ordni Konġunta Nru 4317/943/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa (4). Dan ġie approvat mill-Ordni Rumena Nru 5114/2014 tal-Infermiera, tal-Qwiebel u tal-Assistenti Mediċi u mill-Ordni tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali (5). |
|
(6) |
Il-programm speċjali ta’ aġġornament ġie stabbilit għad-detenturi tal-prova tal-kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE, kif ukoll għad-detenturi ta’ prova ta’ ċerti kwalifiki postsekondarji elenkati fl-Artikolu 4 tal-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali. |
|
(7) |
Ir-Rumanija ppreżentat ir-riżultati tal-programm ta’ aġġornament speċjali fl-2018 lill-grupp ta’ esperti rilevanti, jiġifieri l-Grupp ta’ koordinaturi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, u wara l-konsultazzjonijiet, l-ebda Stat Membru ma oġġezzjona għall-proposta li l-gradwati ta’ dak il-programm jenħtieġ li jibbenefikaw minn reġim ta’ rikonoxximent aktar favorevoli. |
|
(8) |
Fil-11 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat, skont l-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2005/36/KE, rapport dwar ir-riżultati tal-programm ta’ aġġornament speċjali. Dak ir-rapport ikkonkluda li r-Rumanija kienet implimentat il-programm ta’ aġġornament speċjali nnegozjat minn qabel mal-Istati Membri biex tippermetti lill-parteċipanti tiegħu jtejbu l-kwalifiki tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE. |
|
(9) |
Sabiex il-programm ta’ aġġornament speċjali jiġi inkluż fil-kriterji għar-rikonoxximent abbażi tad-drittijiet miksuba li huma speċifiċi għall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija, jixraq li jiġi emendat l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE sabiex l-infermiera bi prova rilevanti tat-tlestija tal-programm ikunu jistgħu jibbenefikaw minn rikonoxximent mingħajr il-ħtieġa li jagħtu prova tal-esperjenza professjonali fir-Rumanija, kif inhu l-każ bħalissa. |
|
(10) |
Għalhekk id-Direttiva 2005/36/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2005/36/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 33a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33a Drittijiet miksuba li huma speċifiċi għall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija 1. Fir-rigward tal-kwalifika Rumena bħala infermier responsabbli għall-kura ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet miksuba stabbiliti fil-paragrafu 2 biss għandhom japplikaw. 2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li kienu mħarrġa bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija u li t-taħriġ tagħhom ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala prova suffiċjenti:
|
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 33b Il-validità tad-drittijiet miksuba qabel it-3 ta’ Marzu 2024 L-Istati Membri ospitanti għandhom jiggarantixxu l-validità tar-rikonoxximent tal-kwalifika Rumena bħala infermier responsabbli għall-kura ġenerali mogħtija skont l-Artikoli 10 sa 14 ta’ din id-Direttiva qabel it-3 ta’ Marzu 2024 fil-każ ta’ nazzjonali ta’ Stati Membri li kienu mħarrġa bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija u li ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’:
(*1) Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).”." |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Marzu 2025. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Frar 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) L-Opinjoni tal-25 ta’ Ottubru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2024.
(3) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(4) L-Ordni Konġunta Nru 4317/943/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa tal-11 ta’ Awwissu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja u tal-edukazzjoni għolja (Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 624 tas-26 ta’ Awwissu 2014).
(5) L-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-organizzazzjoni, għat-twettiq u għat-tlestija tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja (Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 5 tas-6 ta’ Jannar 2015).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/505/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)