EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D0586
Commission Implementing Decision (EU) 2024/586 of 16 February 2024 amending and correcting Implementing Decision (EU) 2023/2432 as regards the determination of reference values for certain producers and importers for the period from 1 January 2024 to 31 December 2024 (notified under document C(2024) 857)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/586 tas-16 ta’ Frar 2024 li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza għal ċerti produtturi u importaturi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (notifikata bid-dokument C(2024) 857)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/586 tas-16 ta’ Frar 2024 li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza għal ċerti produtturi u importaturi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (notifikata bid-dokument C(2024) 857)
C/2024/857
ĠU L, 2024/586, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/586/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32023D2432 | Emenda | anness | 01/01/2024 | |
Modifies | 32023D2432 | Żieda | artikolu 3 punt 2151 | 01/01/2024 |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/586 |
23.2.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/586
tas-16 ta’ Frar 2024
li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza għal ċerti produtturi u importaturi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024
(notifikata bid-dokument C(2024) 857)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2432 (2) tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għal kull produttur u importatur li jkun qiegħed legalment fis-suq l-idrofluworokarburi għall-perjodu ta’ referenza rilevanti kif irrapportati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. |
(2) |
Il-valur referenzjarju għal kull produttur u importatur għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi imqiegħda legalment fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015 għas-snin disponibbli, kif irrapportat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, filwaqt li jiġu esklużi l-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi għall-użu msemmi fl-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli. |
(3) |
Għall-fini tal-identifikazzjoni tas-sena tal-bidu għall-kalkolu tal-medja annwali, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 tqis liema event seħħ l-ewwel: i) is-sena li għaliha kienet ġiet allokata l-kwota lil impriża għall-ewwel darba f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew ii) is-sena li fiha l-impriża tkun qiegħdet legalment l-idrofluworokarburi fis-suq għall-ewwel darba,kif irrapportat skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Din ir-regola ma tiġix applikata għal ċerta kategorija ta’ impriżi (“l-impriżi kkonċernati”), b’mod partikolari, għall-impriżi li jkunu qiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq abbażi tal-kwota li kienet tinkludi kwota trasferita lilhom f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, u s-somma tal-kwota trasferita fis-snin kollha mill-2015 kienet daqs jew ogħla mil-limitu ekwivalenti ta’ 100 tunnellata ta’ CO2 stabbilit fl-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament. Għall-impriżi kkonċernati, fil-każijiet kollha tqies il-perjodu li jibda mill-2015. Ir-raġunament, kif iddikjarat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432, kien li l-kwota trasferita oriġinarjament twettqet abbażi tat-tqegħid fis-suq fis-snin preċedenti. |
(5) |
Il-metodoloġija li ġiet applikata għad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għall-impriżi kkonċernati, jenħtieġ tiġi emendata. Għalkemm l-istess metodoloġija diġà ġiet applikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1604 (3) għad-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-impriżi kkonċernati, mill-2024 ’il quddiem, ma għadux xieraq li din il-metodoloġija tiġi applikata għall-kalkolu mill-ġdid tal-valuri ta’ referenza tagħhom minħabba li ma għadhiex tirrifletti d-dinamika attwali tas-suq bejn l-impriżi li daħlu fis-suq tal-idrofluworokarburi aktar tard mill-2015. |
(6) |
Jeħtieġ li jiġu emendati l-valuri referenzjarji determinati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 fir-rigward żewġ aspetti: l-ewwel nett, għal kull trasferiment f’sena partikolari, is-sena tal-bidu għall-medja annwali għandha tkun is-sena li fiha l-impriża li tittrasferixxi l-kwota tagħha lill-impriża kkonċernata tkun daħlet fis-suq (jiġifieri s-sena li għaliha l-impriża li tagħmel it-trasferiment tkun ġiet allokata kwota jew is-sena li fiha dik l-impriża tkun legalment qiegħdet l-idrofluworokarburi fis-suq għall-ewwel darba, skont liema event ikun seħħ l-ewwel). Is-sena tal-bidu tista’ tkun l-2015 jew aktar tard skont il-każ individwali. It-tieni, dik ir-regola jenħtieġ tiġi applikata għas-sehem tat-tqegħid fis-suq relatat mal-kwota trasferita lill-impriża kkonċernata. Is-sehem tat-tqegħid fis-suq relatat mal-kwota allokata lill-impriża kkonċernata f’sena partikolari skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jenħtieġ jaqa’ taħt ir-regola ġenerali. |
(7) |
Jeħtieġ ukoll li tiġi kkoreġuta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 rigward it-tielet aspett. Wieħed mid-destinatarji elenkati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 irċieva valur referenzjarju kkalkolat bl-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 (4). Għalhekk, dak il-valur ta’ referenza jeħtieġ li jinqasam u jiġi ddeterminat separatament għal żewġ impriżi. Għalhekk jenħtieġ li impriża addizzjonali tiżdied mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432. |
(8) |
F’dan ir-rigward, il-valuri ta’ referenza għall-impriżi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 jenħtieġ li jiġu kkalkolati mill-ġdid. Dak il-kalkolu mill-ġdid jaffettwa biss 153 produttur u importatur, li se jiġu nnotifikati separatament dwar il-valur referenzjarju rispettiv. Il-produtturi u l-importaturi li l-valuri ta’ referenza tagħhom mhumiex affettwati minn din id-Deċiżjoni, mhux se jirċievu notifika individwali dwar il-valuri ta’ referenza mhux mibdula tagħhom. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024. Jenħtieġ għalhekk li l-emendi u l-korrezzjonijiet introdotti b’din id-Deċiżjoni japplikaw mill-istess data. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432
1. Fl-Artikolu 3, tiżdied ir-ringiela 2151 li ġejja:
“2151. |
9989 |
|
2. L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2432 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-data tal-applikazzjoni
L-Artikoli 1 u 2 għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 4
Indirizzi
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
ID tar-Reġistru |
Isem u indirizz tal-impriża |
||||||
(1) |
21322 |
|
||||||
(2) |
40729 |
|
||||||
(3) |
27429 |
|
||||||
(4) |
27428 |
|
||||||
(5) |
32105 |
|
||||||
(6) |
40763 |
|
||||||
(7) |
27430 |
|
||||||
(8) |
40776 |
|
||||||
(9) |
27525 |
|
||||||
(10) |
40733 |
|
||||||
(11) |
27527 |
|
||||||
(12) |
40720 |
|
||||||
(13) |
27467 |
|
||||||
(14) |
40762 |
|
||||||
(15) |
27526 |
|
||||||
(16) |
33148 |
|
||||||
(17) |
51012 |
|
||||||
(18) |
37816 |
|
||||||
(19) |
34057 |
|
||||||
(20) |
16191 |
|
||||||
(21) |
16192 |
|
||||||
(22) |
27245 |
|
||||||
(23) |
25315 |
|
||||||
(24) |
31790 |
|
||||||
(25) |
18138 |
|
||||||
(26) |
34486 |
|
||||||
(27) |
20609 |
|
||||||
(28) |
26935 |
|
||||||
(29) |
51807 |
|
||||||
(30) |
35061 |
|
||||||
(31) |
26929 |
|
||||||
(32) |
34667 |
|
||||||
(33) |
28884 |
|
||||||
(34) |
27054 |
|
||||||
(35) |
20624 |
|
||||||
(36) |
27058 |
|
||||||
(37) |
20372 |
|
||||||
(38) |
20373 |
|
||||||
(39) |
16310 |
|
||||||
(40) |
20371 |
|
||||||
(41) |
40755 |
|
||||||
(42) |
16132 |
|
||||||
(43) |
16351 |
|
||||||
(44) |
34824 |
|
||||||
(45) |
16346 |
|
||||||
(46) |
32853 |
|
||||||
(47) |
40761 |
|
||||||
(48) |
50449 |
|
||||||
(49) |
49406 |
|
||||||
(50) |
51923 |
|
||||||
(51) |
40983 |
|
||||||
(52) |
33284 |
|
||||||
(53) |
40985 |
|
||||||
(54) |
16072 |
|
||||||
(55) |
16134 |
|
||||||
(56) |
51357 |
|
||||||
(57) |
41065 |
|
||||||
(58) |
38846 |
|
||||||
(59) |
27787 |
|
||||||
(60) |
53457 |
|
||||||
(61) |
31836 |
|
||||||
(62) |
40757 |
|
||||||
(63) |
27175 |
|
||||||
(64) |
16054 |
|
||||||
(65) |
16071 |
|
||||||
(66) |
32504 |
|
||||||
(67) |
27174 |
|
||||||
(68) |
46076 |
|
||||||
(69) |
41376 |
|
||||||
(70) |
27722 |
|
||||||
(71) |
34240 |
|
||||||
(72) |
27757 |
|
||||||
(73) |
34235 |
|
||||||
(74) |
27731 |
|
||||||
(75) |
16352 |
|
||||||
(76) |
20087 |
|
||||||
(77) |
33067 |
|
||||||
(78) |
15986 |
|
||||||
(79) |
32114 |
|
||||||
(80) |
33617 |
|
||||||
(81) |
47106 |
|
||||||
(82) |
32078 |
|
||||||
(83) |
21187 |
|
||||||
(84) |
40759 |
|
||||||
(85) |
27732 |
|
||||||
(86) |
14033 |
|
||||||
(87) |
16363 |
|
||||||
(88) |
32938 |
|
||||||
(89) |
35462 |
|
||||||
(90) |
14237 |
|
||||||
(91) |
32798 |
|
||||||
(92) |
27691 |
|
||||||
(93) |
32930 |
|
||||||
(94) |
32357 |
|
||||||
(95) |
35039 |
|
||||||
(96) |
32667 |
|
||||||
(97) |
20846 |
|
||||||
(98) |
32539 |
|
||||||
(99) |
20695 |
|
||||||
(100) |
32662 |
|
||||||
(101) |
33516 |
|
||||||
(102) |
30082 |
|
||||||
(103) |
26743 |
|
||||||
(104) |
12889 |
|
||||||
(105) |
27047 |
|
||||||
(106) |
61406 |
|
||||||
(107) |
53979 |
|
||||||
(108) |
20194 |
|
||||||
(109) |
36609 |
|
||||||
(110) |
23851 |
|
||||||
(111) |
27571 |
|
||||||
(112) |
33555 |
|
||||||
(113) |
27205 |
|
||||||
(114) |
15907 |
|
||||||
(115) |
23852 |
|
||||||
(116) |
46128 |
|
||||||
(117) |
32107 |
|
||||||
(118) |
16138 |
|
||||||
(119) |
28243 |
|
||||||
(120) |
21907 |
|
||||||
(121) |
26746 |
|
||||||
(122) |
27067 |
|
||||||
(123) |
34805 |
|
||||||
(124) |
16382 |
|
||||||
(125) |
34209 |
|
||||||
(126) |
34808 |
|
||||||
(127) |
35283 |
|
||||||
(128) |
16290 |
|
||||||
(129) |
31621 |
|
||||||
(130) |
34801 |
|
||||||
(131) |
20678 |
|
||||||
(132) |
42568 |
|
||||||
(133) |
65931 |
FIA sp. z o.o. GŁÓWNA 1E 1E 51-180 Psary IL-POLONJA |
||||||
(134) |
35095 |
|
||||||
(135) |
35449 |
|
||||||
(136) |
34803 |
|
||||||
(137) |
35104 |
|
||||||
(138) |
34806 |
|
||||||
(139) |
34809 |
|
||||||
(140) |
27869 |
|
||||||
(141) |
27620 |
|
||||||
(142) |
66070 |
|
||||||
(143) |
34802 |
|
||||||
(144) |
34807 |
|
||||||
(145) |
35190 |
|
||||||
(146) |
34025 |
|
||||||
(147) |
20867 |
|
||||||
(148) |
33788 |
|
||||||
(149) |
20871 |
|
||||||
(150) |
50512 |
|
||||||
(151) |
40964 |
|
||||||
(152) |
21227 |
|
||||||
(153) |
9989 |
|
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2014/517/oj?locale=mt.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2432 tas-26 ta’ Ottubru 2023 li, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għal kull produttur jew importatur li jkun qiegħed legalment fis-suq l-idrofluworokarburi mill-1 ta’ Jannar 2015, kif irrapportati skont dak ir-Regolament (ĠU L, 2023/2432, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2432/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1604 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023 għal kull produttur jew importatur li jkun qiegħed legalment fis-suq l-idrofluworokarburi mill-1 ta’ Jannar 2015, kif irrapportati skont dak ir-Regolament (ĠU L 364, 3.11.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1604/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/661/oj).
ANNESS I
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma għandux jiġi ppubblikat)
ANNESS II
(Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma għandux jiġi ppubblikat)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/586/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)