|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)
|
Ismijiet
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
Data tal-elenkar
|
“2.
|
Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN
|
Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН
|
Kariga/i: President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa
Data tat-twelid: 27.8.1953
Post tat-twelid: Pskov, Russian SFSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Alexander Bastrykin ilu jservi bħala president tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-“Kumitat”) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F’dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.
Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta’ repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta’ Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000.
Fl-2022, il-Kumitat Investigattiv, li Alexander Bastrykin għadu jippresiedi, akkuża lil 92 suldat Ukren b’delitti kontra l-umanità matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
|
2.3.2021
|
6.
|
WANG Junzheng
|
王君正
(ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR); Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX), u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang fiċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group
Data tat-twelid: Mejju 1963
Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
|
Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR) sa minn Ottubru 2021. Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).
Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll karigi għolja oħra fil-KPKX.
L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.
Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-KPKX. F’dik il-kariga, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.
Hu kien responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.
Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex jissorvelja u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.
|
22.3.2021
|
7.
|
WANG Mingshan
|
王明山 (ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX); Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX
Data tat-twelid: Jannar 1964
Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
|
Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).
Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.
Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.
Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.
Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.
|
22.3.2021
|
10.
|
RI Yong Gil
(magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)
|
리영길
(ortografija Koreana)
|
Kariga/i: Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA)
Grad: Viċi Marixall
Data tat-twelid: 1955
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Sess: raġel
|
Ri Yong Gil huwa l-Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA). Kien il-Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) minn Ġunju jew Lulju 2021 sa Diċembru 2022. Kien Ministru għas-Sigurtà Soċjali minn Jannar 2021 sa Ġunju jew Lulju 2021. Kien ukoll Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA bejn l-2018 u Jannar 2021. Ġie promoss għal Viċi Marixxall tal-KPA fl-14 ta’ April 2022.
Bħala Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA u eks Ministru għad-Difiża Nazzjonali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għall-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA, inkluż minn membri tal-Kmand tas-Sigurtà Militari u unitajiet oħra tal-KPA.
Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tar-RDPK (li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) u l-Kmand tas-Sigurtà Militari huma istituzzjonijiet responsabbli milli jimplimentaw il-politiki ta’ sigurtà repressivi tar-RDPK, fosthom l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien permezz tal-Uffiċċju Korrettiv tiegħu, fejn il-priġunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u huma soġġetti għal trattament inuman u degradanti ieħor.
Bħala eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.
|
22.3.2021
|
18.
|
Valery (Valeriy) Nikolaevich ZAKHAROV
|
Валерий Николаевич Захаров
(ortografija Russa)
|
Kariga/i: Konsulent tas-sigurtà għall-President tas-Central African Republic (CAR)
ID tal-Wagner Group: M-5658
Data tat-twelid: 12.1.1970
Post tat-twelid: Leningrad, Russian SFSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Valery Zakharov, eks membru tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB), huwa l-eks konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa figura ewlenija fl-istruttura ta’ kmand tal-Wagner Group u għandu rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet Russi.
Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu fir-RĊA u r-rwol ewlieni tiegħu fil-Wagner Group, Valery Zakharov huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA, inkluż eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.
Dan jinkludi l-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi fl-2018, li s-sigurtà tagħhom kienet ir-responsabbiltà ta’ Valery Zakharov.
|
13.12.2021
|
19.
|
Maxim SHUGALEY
magħruf ukoll bħala
Maksim SHUGALEI
|
Максим ШУГАЛЕЙ (ortografija Russa)
|
Kariga/i: President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV)
Data tat-twelid: 24.2.1966
Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità:
710508436 (passaport Russu)
|
Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Fondazzjoni għad-Difiża tal-Valuri Nazzjonali (FDNV), entità assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Maxim Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Maxim Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni.
|
25.2.2023
|
21.
|
Konstantin Alexandrovich PIKALOV
|
Константин Александрович
(ortografija Russa)
|
Kariga/i: Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika
Data tat-twelid: 23.7.1968
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Konstantin Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018. Minn April 2023, huwa wkoll il-kap ta’ grupp paramilitari ġdid (Convoy) maħluq f’Novembru 2022 biex jieħu azzjoni fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RĊA.
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Konstantin Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.
|
25.2.2023
|
24.
|
Alexander Alexandrovich IVANOV
magħruf ukoll bħala: Aleksandr Alexandrovich IVANOV; Alexandre Alexandrovich IVANOV
|
Александр Александрович ИВАНОВ
(ortografija Russa)
|
Kariga/i: Rappreżentant tal-ħarrieġa tal-Wagner Group fis-Central Afridan Republic
Data tat-twelid: 14.6.1960
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Indirizz: Bangui, Central African Republic
|
Alexander Ivanov huwa l-kelliem għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa wkoll il-kap tal-“Officers Union for International Security” Russa, imsejħa ukoll Officers Community for International Security (COSI), kumpanija ta’ faċċata tal-Wagner li tibgħat ħarrieġa militari Russi fir-RĊA. Dawk il-ħarrieġa huma merċenarji tal-Wagner Group.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż ir-RĊA.
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali tal-ħarrieġa militari Russi, Alexander Ivanov huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.
|
25.2.2023
|
35.
|
Toe UI
magħruf ukoll bħala: Toe YI
|
|
Kariga/i: Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni
Grad: Maġġur Ġeneral
Nazzjonalità: Myanmar/Burma
Sess: raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni fit-3 ta’ Frar 2023. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa wkoll inkarigat bil-ġbir ta’ intelligence.
Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta’ Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.
Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.
|
7.3.2023”
|