Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2192

    Deċiżjoni (UE) 2023/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Turkija b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023

    ĠU L, 2023/2192, 16.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2192/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2192/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2192

    16.10.2023

    DEĊIŻJONI (UE) 2023/2192 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-4 ta’ Ottubru 2023

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Turkija b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.

    (2)

    Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

    (3)

    Fis-6 ta’ Settembru 2022, ir-Rumanija ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara n-nixfa fis-sajf tal-2022.

    (4)

    Fit-8 ta’ Diċembru 2022, l-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar fir-Reġjun tal-Marche f’Settembru 2022.

    (5)

    Fl-20 ta’ April 2023, it-Turkija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremoti fi Frar 2023.

    (6)

    L-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

    (7)

    Il-Fond għandu għalhekk jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lir-Rumanija, l-Italja u t-Turkija.

    (8)

    Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2023, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b'rabta mad-diżastri naturali:

    (a)

    l-ammont ta’ EUR 33 895 935 għandu jiġi pprovdut lir-Rumanija fir-rigward tan-nixfa fis-sajf tal-2022;

    (b)

    l-ammont ta’ EUR 20 939 095 għandu jiġi pprovdut lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tal-Marche f’Settembru 2022;

    (c)

    l-ammont ta’ EUR 400 000 000 għandu jiġi pprovdut lit-Turkija fir-rigward tat-terremoti fi Frar 2023.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-4 ta’ Ottubru 2023.

    Magħmul fi Strasbourg, l-4 ta’ Ottubru 2023.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    R. METSOLA

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. NAVARRO RÍOS


    (1)   ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

    (2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2192/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top