This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1209
Commission Implementing Decision (EU) 2023/1209 of 21 June 2023 authorising the placing on the market of products containing, consisting of or produced from genetically modified maize DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 and its sub-combinations DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114, pursuant to Regulation (EC) No 1829/2003 of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2023) 3937) (Only the texts in French and Dutch are authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1209 tal-21 ta’ Ġunju 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114 li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 3937) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1209 tal-21 ta’ Ġunju 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114 li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 3937) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/3937
ĠU L 159, 22.6.2023, p. 87–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/87 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1209
tal-21 ta’ Ġunju 2023
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114 li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2023) 3937)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2020, Pioneer Overseas Corporation, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni f’isem il-kumpanija Pioneer Hi-Bred International, Inc., ibbażata fl-Istati Uniti, lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”) għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
(2) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni kienet tkopri t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom 10 subkombinazzjonijiet ta’ eventi ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom. Żewġ subkombinazzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni, MON 89034 x MON 87411 u MON 89034 x DAS-40278-9, diġà ġew awtorizzati mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 (2) u (UE) 2019/2086 (3) rispettivament. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tkopri l-qamħirrum DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet kollha mhux awtorizzati tal-avvenimenti uniċi ta’ trasformazzjoni li jikkostitwixxu dan il-qamħirrum: DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva. |
(5) |
Fid-9 ta’ Novembru 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli (5) f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huma sikuri daqs il-kontraparti konvenzjonali tagħhom u daqs il-varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux modifikati ġenetikament li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu ma jirrappreżenta l-ebda tħassib nutrizzjonali. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-preokkupazzjonijiet kollha mressqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti. |
(8) |
Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq għall-użi elenkati fl-applikazzjoni ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom. |
(9) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-24 ta’ Jannar 2022, Pioneer Hi-Bred International, Inc. talbet li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ Pioneer Hi-Bred International, Inc. li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet pendenti kollha għall-prodotti modifikati ġenetikament, lil Corteva Agriscience LLC, bbażata fl-Istati Uniti. Corteva Agriscience LLC ikkonfermat li kienet taqbel mal-bidla fid-detentur tal-awtorizzazzjoni proposta minn Pioneer Hi-Bred International, Inc.. Corteva Agriscience LLC hija rrappreżentata fl-Unjoni minn Agriscience Belgium B.V., ibbażata fil-Belġju. |
(10) |
Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għall-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u lil kull waħda mis-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (6). |
(11) |
Ma jidhirx li huma meħtieġa xi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti, bl-eċċezzjoni ta’ dak tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel, jindika b’mod ċar li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni. |
(12) |
Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (8). |
(13) |
L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi oħra għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-immanipular jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent jew ta’ żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(14) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(15) |
Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(16) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma ħariġx l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li dan l-att ta’ implimentazzjoni kien meħtieġ u l-President issottomettih lill-kumitat ta’ appell biex jitkomplew id-deliberazzjonijiet. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikaturi uniċi
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
(a) |
l-identifikatur uniku DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9; |
(b) |
l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411; |
(c) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DP4114 x MON 87411; |
(d) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411; |
(e) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114; |
(f) |
l-identifikatur uniku DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 87411; |
(g) |
l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 × MON 87411; |
(h) |
l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 x DP4114; |
(i) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DP4114. |
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
(a) |
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu; |
(b) |
l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu; |
(c) |
il-prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat jew li jikkonsistu minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1 għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, isem l-organiżmu għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat jew li jikkonsistu minnu u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(a).
Artikolu 4
Metodu tad-detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u s-subkombinazzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stabbilit fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V.
Artikolu 8
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana, 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 37).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2086 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 87).
(4) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(5) EFSA GMO Panel (EFSA Panel on Genetically Modified Organisms), 2022. Scientific Opinion on assessment of genetically modified maize DP4114 × MON 89034 × MON 87411 × DAS-40278-9 and sub-combinations for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2020-171). EFSA Journal 2022; 20(11):7619, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7619
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:
Isem |
: |
Corteva Agriscience LLC |
Indirizz |
: |
9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti |
Rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.
(b) Definizzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:
(1) |
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu; |
(2) |
l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu; |
(3) |
prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e); għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP-ØØ4114-3 jesprimi l-ġeni cry1F, cry34Ab1 u cry35Ab1, li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri u koleopteri u l-ġene pat, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-89Ø34-3 jesprimi l-ġeni cry1 A.105 u cry2Ab2, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-87411-9 jesprimi l-ġene dvSnf7 dsRNA, li jagħti protezzjoni kontra Diabrotica virgifera, il-ġene cry3Bb1, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti koleopteri, u l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-4Ø278-9 jesprimi il-ġene aad-1 li jagħti tolleranza għall-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u għall-erbiċidi arilossifenossipropjonati (AOPP).
(c) Tikkettar:
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”. |
(2) |
Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fil-punt (e), jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1). |
(d) Metodu tad-detezzjoni:
(1) |
Il-metodi ta’ detezzjoni kwantitattivi tal-PCR speċifiċi għall-eventi huma dawk ivvalidati individwalment għal eventi tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP-ØØ4114-3, MON-89Ø34-3, MON-87411-9, DAS-4Ø278-9 u li reġgħu ġew ivverifikati fuq il-qamħirrum DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9; |
(2) |
Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fis-sit web http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx; |
(3) |
Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906-E2 (għal MON-89Ø34-3), u AOCS 0215-B (għal MON-87411-9) huma aċċessibbli fuq is-sit tal-American Oil Chemists Society https://www.aocs.org/crm#maize; ERM®-BF439 a-e (għal DP-ØØ4114-3) u ERM®-BF433 a-d (għal DAS-4Ø278-9) huma aċċessibbli fuq is-sit taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea https://crm.jrc.ec.europa.eu/. |
(e) Identifikatur uniku:
|
DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9; |
|
DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9; |
|
MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9; |
|
MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9; |
|
MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3; |
|
DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9; |
|
DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9; |
|
DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3; |
|
MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3. |
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, Numru tal-ID tar-Reġistrazzjoni: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:
Mhumiex meħtieġa.
(h) Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem wara l-introduzzjoni fis-suq:
Mhumiex meħtieġa.
Nota: |
il-links għad-dokumenti rilevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għal żmien. Dawk il-modifiki jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati. |