Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1081

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1081 tal-15 ta’ Mejju 2023 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Ġappun għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Ġappun ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

    ST/8145/2023/INIT

    ĠU L 144, 5.6.2023, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1081/oj

    5.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1081

    tal-15 ta’ Mejju 2023

    li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Ġappun għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Ġappun ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 186 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi;

    (1)

    Il-Ġappun jissodisfa l-kriterji fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    (2)

    In-negozjati jenħtieġ li jinfetħu bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim mal-Ġappun dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Ġappun ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati mal-Ġappun, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Ġappun ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

    Artikolu 2

    Id-Direttivi ta’ negozjar huma stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, u mal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Ġappun fil-Programm Orizzont Ewropa.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. FORSSMED


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).


    Top