This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1037
Commission Implementing Decision (EU) 2023/1037 of 24 May 2023 on the clearance of the accounts of the paying agencies of Member States concerning expenditure financed by the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) for financial year 2022 (notified under document C(2023)3274)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1037 tal-24 ta’ Mejju 2023 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2022 (notifikata bid-dokument C(2023) 3274)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1037 tal-24 ta’ Mejju 2023 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2022 (notifikata bid-dokument C(2023) 3274)
C/2023/3274
ĠU L 139, 26.5.2023, p. 73–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/73 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1037
tal-24 ta’ Mejju 2023
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2022
(notifikata bid-dokument C(2023) 3274)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 104 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2022. |
(2) |
L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (3) jipprevedi li l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikolu 27, l-Artikolu 28, l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), l-Artikoli 31 sa 40 u l-Artikoli 42 sa 47 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (4) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEG, b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2022. |
(3) |
L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jibqgħu japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 32, il-punti (f) u (g), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 għas-sena finanzjarja 2022. |
(4) |
L-Artikolu 40, it-tieni paragrafu, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (5) jipprevedi li l-Artikolu 5, l-Artikolu 5a, l-Artikolu 7(3) u (4), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 41(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (6) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEG, b’rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2022. |
(5) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja konċernata. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2022, jenħtieġ titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2021 u l-15 ta’ Ottubru 2022, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128. |
(7) |
L-Artikolu 33(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew li jkunu pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti billi l-pagamenti fix-xahar għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament fix-xahar jew iżżidu miegħu, fir-rigward tan-nefqa affettwata fit-tieni xahar wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontijiet. |
(8) |
Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-iċċekkjar tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi. |
(9) |
Għall-aġenziji tal-pagamenti kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi. |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014, kwalunkwe skadenza tal-pagamenti li tinqabeż trid titqies, l-aktar tard, fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul is-sena finanzjarja tal-2022 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiffissa t-tnaqqis rilevanti. |
(11) |
Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti fix-xahar għas-sena finanzjarja 2022 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji, jew minħabba xi nuqqasijiet fis-sistema tal-kontroll. F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis tali ammonti mnaqqsa jew sospiżi biex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa, jew mhux f’waqthom, li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta jkun xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament. |
(12) |
Il-Kummissjoni diġà naqqset il-pagamenti fix-xahar rilevanti għas-sena finanzjarja 2022 għall-ammonti dovuti lill-FAEG bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità, skont l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, eżegwiti mill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja 2022. Kwalunkwe ammont bħal dan jitqies f’din id-Deċiżjoni. |
(13) |
Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri għandhom jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li għandhom jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn 4 snin jew għal iżjed minn 8 snin, rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew. |
(14) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru jkun iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għad-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jitħallsux mill-Istati Membri iżda minflok jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. |
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkun li tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fir-rigward tas-sena finanzjarja 2022.
L-ammonti rkuprabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95).
(6) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
ANNESS I
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti
Sena finanzjarja 2022 – FAEG
Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu
SM |
|
2022 – Nefqa / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma |
Total ta’ a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja 1) kollha |
Ammont li għandu jiġi debitat skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet |
Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (-) jew li għandu jitħallas (+) lill-Istat Membru 2) |
|
approvati |
diżassoċjati |
||||||||
= nefqa / dħul assenjat iddikjarati fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tan-nefqa / tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet fix-xahar |
||||||||
|
|
a |
b |
c=a+b |
d |
e |
f=c+d+e |
g |
h=f-g |
AT |
EUR |
711 124 945,28 |
0,00 |
711 124 945,28 |
-69 142 843,52 |
0,00 |
641 982 101,76 |
641 982 101,76 |
0,00 |
BE |
EUR |
563 469 110,23 |
0,00 |
563 469 110,23 |
-3 355 470,80 |
0,00 |
560 113 639,43 |
560 304 381,02 |
- 190 741,59 |
BG |
BGN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
BG |
EUR |
817 224 556,93 |
0,00 |
817 224 556,93 |
-9 999 812,85 |
0,00 |
807 224 744,08 |
807 666 231,95 |
- 441 487,87 |
CY |
EUR |
53 554 003,69 |
0,00 |
53 554 003,69 |
- 292 064,80 |
0,00 |
53 261 938,89 |
53 252 507,36 |
9 431,53 |
CZ |
CZK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-60 832,27 |
-60 832,27 |
0,00 |
-60 832,27 |
CZ |
EUR |
869 951 444,06 |
0,00 |
869 951 444,06 |
-13 409 662,73 |
0,00 |
856 541 781,33 |
856 541 781,08 |
0,25 |
DE |
EUR |
4 785 423 691,21 |
0,00 |
4 785 423 691,21 |
-2 061 589,16 |
- 254 798,01 |
4 783 107 304,04 |
4 783 372 432,35 |
- 265 128,31 |
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-1 191,47 |
-1 191,47 |
0,00 |
-1 191,47 |
DK |
EUR |
829 480 010,17 |
0,00 |
829 480 010,17 |
-7 602 930,95 |
0,00 |
821 877 079,22 |
820 222 855,84 |
1 654 223,38 |
EE |
EUR |
193 550 993,08 |
0,00 |
193 550 993,08 |
- 644 142,44 |
0,00 |
192 906 850,64 |
192 822 050,67 |
84 799,97 |
ES |
EUR |
5 666 189 224,46 |
0,00 |
5 666 189 224,46 |
-18 819 069,18 |
- 981 775,27 |
5 646 388 380,01 |
5 649 483 252,09 |
-3 094 872,08 |
FI |
EUR |
532 007 917,30 |
0,00 |
532 007 917,30 |
-5 541 621,71 |
-36 310,08 |
526 429 985,51 |
526 444 909,04 |
-14 923,53 |
FR |
EUR |
7 473 864 122,77 |
0,00 |
7 473 864 122,77 |
-89 296 720,07 |
-15 710 912,61 |
7 368 856 490,09 |
7 385 172 632,53 |
-16 316 142,44 |
EL |
EUR |
2 005 280 173,71 |
0,00 |
2 005 280 173,71 |
-41 991 902,42 |
- 767 853,27 |
1 962 520 418,02 |
1 963 352 174,10 |
- 831 756,08 |
HR |
HRK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
- 501 432,22 |
- 501 432,22 |
0,00 |
- 501 432,22 |
HR |
EUR |
381 911 249,22 |
0,00 |
381 911 249,22 |
-1 154 543,99 |
0,00 |
380 756 705,23 |
381 161 087,48 |
- 404 382,25 |
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-27 341 782,00 |
-27 341 782,00 |
0,00 |
-27 341 782,00 |
HU |
EUR |
1 330 221 833,99 |
0,00 |
1 330 221 833,99 |
-6 915 926,40 |
0,00 |
1 323 305 907,59 |
1 323 305 907,59 |
0,00 |
IE |
EUR |
1 198 385 813,17 |
0,00 |
1 198 385 813,17 |
-2 145 652,57 |
-5 171,71 |
1 196 234 988,89 |
1 193 847 604,02 |
2 387 384,87 |
IT |
EUR |
4 174 468 850,41 |
0,00 |
4 174 468 850,41 |
123 024 548,00 |
-2 638 256,04 |
4 294 855 142,37 |
4 297 018 706,30 |
-2 163 563,93 |
LT |
EUR |
577 952 498,08 |
0,00 |
577 952 498,08 |
319 221,81 |
-1 023,01 |
578 270 696,88 |
578 271 719,89 |
-1 023,01 |
LU |
EUR |
33 840 844,26 |
0,00 |
33 840 844,26 |
49 506,44 |
-4 555,22 |
33 885 795,48 |
33 810 839,19 |
74 956,29 |
LV |
EUR |
318 687 850,75 |
0,00 |
318 687 850,75 |
-11 497,83 |
- 316,45 |
318 676 036,47 |
318 676 352,92 |
- 316,45 |
MT |
EUR |
5 019 919,40 |
0,00 |
5 019 919,40 |
- 283,11 |
0,00 |
5 019 636,29 |
5 019 636,29 |
0,00 |
NL |
EUR |
705 886 328,90 |
0,00 |
705 886 328,90 |
-1 102,62 |
0,00 |
705 885 226,28 |
705 869 191,61 |
16 034,67 |
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-1 267 717,12 |
-1 267 717,12 |
0,00 |
-1 267 717,12 |
PL |
EUR |
3 403 049 489,21 |
0,00 |
3 403 049 489,21 |
95 710,65 |
0,00 |
3 403 145 199,86 |
3 403 174 261,25 |
-29 061,39 |
PT |
EUR |
876 061 261,75 |
0,00 |
876 061 261,75 |
-32 162 068,39 |
- 238 453,89 |
843 660 739,47 |
843 033 925,20 |
626 814,27 |
RO |
RON |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-10 768 075,58 |
-10 768 075,58 |
0,00 |
-10 768 075,58 |
RO |
EUR |
1 949 712 389,54 |
0,00 |
1 949 712 389,54 |
-92 026 338,46 |
0,00 |
1 857 686 051,08 |
1 856 480 122,17 |
1 205 928,91 |
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-38 548,93 |
-38 548,93 |
0,00 |
-38 548,93 |
SE |
EUR |
704 598 300,44 |
0,00 |
704 598 300,44 |
-33 101 942,66 |
0,00 |
671 496 357,78 |
671 716 657,22 |
- 220 299,44 |
SI |
EUR |
139 976 886,43 |
0,00 |
139 976 886,43 |
-7 111 401,19 |
0,00 |
132 865 485,24 |
132 865 485,25 |
-0,01 |
SK |
EUR |
430 357 281,48 |
0,00 |
430 357 281,48 |
-18 191 798,11 |
-5 401,69 |
412 160 081,68 |
411 995 979,07 |
164 102,61 |
SM |
|
Nefqa 3) |
Dħul assenjat 3) |
Artikolu 54(2) (=e) |
Total (=h) |
08 02 06 01 |
6200 |
6200 |
|||
i |
j |
k |
l = i+j+k |
||
AT |
EUR |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
BE |
EUR |
0,00 |
- 190 741,59 |
0,00 |
- 190 741,59 |
BG |
BGN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
BG |
EUR |
0,00 |
- 441 487,87 |
0,00 |
- 441 487,87 |
CY |
EUR |
9 431,53 |
0,00 |
0,00 |
9 431,53 |
CZ |
CZK |
0,00 |
0,00 |
-60 832,27 |
-60 832,27 |
CZ |
EUR |
0,25 |
0,00 |
0,00 |
0,25 |
DE |
EUR |
0,00 |
-10 330,30 |
- 254 798,01 |
- 265 128,31 |
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
-1 191,47 |
-1 191,47 |
DK |
EUR |
1 654 223,38 |
0,00 |
0,00 |
1 654 223,38 |
EE |
EUR |
84 799,97 |
0,00 |
0,00 |
84 799,97 |
ES |
EUR |
0,00 |
-2 113 096,81 |
- 981 775,27 |
-3 094 872,08 |
FI |
EUR |
112 829,88 |
-91 443,33 |
-36 310,08 |
-14 923,53 |
FR |
EUR |
0,00 |
- 605 229,83 |
-15 710 912,61 |
-16 316 142,44 |
EL |
EUR |
0,00 |
-63 902,81 |
- 767 853,27 |
- 831 756,08 |
HR |
HRK |
0,00 |
0,00 |
- 501 432,22 |
- 501 432,22 |
HR |
EUR |
0,00 |
- 404 382,25 |
0,00 |
- 404 382,25 |
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
-27 341 782,00 |
-27 341 782,00 |
HU |
EUR |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
IE |
EUR |
2 417 792,76 |
-25 236,18 |
-5 171,71 |
2 387 384,87 |
IT |
EUR |
1 390 225,25 |
- 915 533,14 |
-2 638 256,04 |
-2 163 563,93 |
LT |
EUR |
0,00 |
0,00 |
-1 023,01 |
-1 023,01 |
LU |
EUR |
79 511,51 |
0,00 |
-4 555,22 |
74 956,29 |
LV |
EUR |
0,00 |
0,00 |
- 316,45 |
- 316,45 |
MT |
EUR |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
NL |
EUR |
16 034,67 |
0,00 |
0,00 |
16 034,67 |
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
-1 267 717,12 |
-1 267 717,12 |
PL |
EUR |
0,00 |
-29 061,39 |
0,00 |
-29 061,39 |
PT |
EUR |
865 268,16 |
0,00 |
- 238 453,89 |
626 814,27 |
RO |
RON |
0,00 |
0,00 |
-10 768 075,58 |
-10 768 075,58 |
RO |
EUR |
1 673 638,52 |
- 467 709,61 |
0,00 |
1 205 928,91 |
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
-38 548,93 |
-38 548,93 |
SE |
EUR |
0,00 |
- 220 299,44 |
0,00 |
- 220 299,44 |
SI |
EUR |
0,00 |
-0,01 |
0,00 |
-0,01 |
SK |
EUR |
207 271,53 |
-37 767,23 |
-5 401,69 |
164 102,61 |
1) |
It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu, b’mod partikolari, il-korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
2) |
Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet fix-xahar għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014. |
3) |
BL 08 02 06 01 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f’BL 62 00 u dawk pożittivi favur l-iSM li issa għandhom jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
NB: Nomenklatura 2023 : 08 02 06 01 , 6200
ANNESS II
Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti
Sena finanzjarja 2022 – FAEG
Korrezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (*1)
Stat Membru |
Munita |
Fil-Munita azzjonali |
F’Euro |
AT |
EUR |
|
|
BE |
EUR |
|
|
BG |
BGN |
|
|
CY |
EUR |
- |
19 409,26 |
CZ |
CZK |
182 675,76 |
- |
DE |
EUR |
|
|
DK |
DKK |
|
|
EE |
EUR |
- |
- |
ES |
EUR |
|
|
FI |
EUR |
|
|
FR |
EUR |
|
|
EL |
EUR |
|
|
HR |
HRK |
|
|
HU |
HUF |
- |
- |
IE |
EUR |
|
|
IT |
EUR |
|
|
LT |
EUR |
- |
934,53 |
LU |
EUR |
|
|
LV |
EUR |
- |
- |
MT |
EUR |
- |
- |
NL |
EUR |
|
|
PL |
PLN |
81 714,61 |
- |
PT |
EUR |
|
|
RO |
RON |
|
|
SE |
SEK |
|
|
SI |
EUR |
- |
- |
SK |
EUR |
- |
- |
(*1) Ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati tranżizzjonali għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36))