Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0683

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/683 tas-17 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu

    ST/7260/2023/INIT

    ĠU L 89, 27.3.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/683/oj

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/683

    tas-17 ta’ Marzu 2023

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1107 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2018.

    (2)

    Skont l-Artikolu 111(1) tal-Ftehim, ġie stabbilit Kunsill ta’ Kooperazzjoni li se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 112(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat speċjalizzat jew korp li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta’ dawn il-kumitati jew il-korpi u kif għandhom jiffunzjonaw.

    (3)

    L-Unjoni u l-Iraq it-tnejn esprimew interess fit-twaqqif ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp sabiex jiġi ffaċilitat djalogu dedikat dwar l-aspetti kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni u l-Iraq u tiġi promossa l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni fl-Iraq.

    (4)

    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jadotta deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u dwar l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu matul it-tielet sessjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, jew, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta’ proċedura bil-miktub minn qabel jew wara, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (2).

    (5)

    Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotta f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz għad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1107 tal-20 ta’ Lulju 2018 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq tat-8 ta’ Ottubru 2013 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni (2013/802/UE) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 68).


    Top