This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1922
Commission Regulation (EU) 2022/1922 of 10 October 2022 amending the Annex to Regulation (EU) No 231/2012 laying down specifications for food additives listed in Annexes II and III to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards specifications for rebaudiosides M, D and AM produced via enzymatic conversion of purified stevia leaf extracts and the specifications for rebaudioside M produced via enzyme modification of steviol glycosides from Stevia (E 960c(i)) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1922 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidi M, D u AM prodotti permezz tal-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati tal-weraq tal-istevja u tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia (E 960c (i)) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1922 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidi M, D u AM prodotti permezz tal-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati tal-weraq tal-istevja u tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia (E 960c (i)) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/7048
ĠU L 264, 11.10.2022, p. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0231 | Żieda | anness Test | 31/10/2022 | |
Modifies | 32012R0231 | Sostituzzjoni | anness Test | 31/10/2022 |
11.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1922
tal-10 ta’ Ottubru 2022
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidi M, D u AM prodotti permezz tal-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati tal-weraq tal-istevja u tal-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia (E 960c (i))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(2) |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata. |
(3) |
L-addittiv tal-ikel awtorizzat bħalissa, “glikosidi tal-istevjol E 960c prodotti b’mod enżimatiku”, huwa inkluż fil-grupp “glikosidi tal-istevjol (E960a-E960c)” fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jipprevedi li r-“rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia” (E 960c(i)) jinkiseb bil-bijokonverżjoni enzimatika tal-estratti ppurifikati tal-glikosidi tal-istevjol mill-weraq tal-pjanta Stevia rebaudiana Bertoni, bl-użu tal-enżimi UDP-glukosiltransferażi u sukrożju sintażi prodotti mir-razez tal-ħmira ġenetikament modifikati K. phaffi UGT-a u K. phaffi UGT-b. |
(5) |
Fit-18 ta’ Frar 2019, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel glikosidi tal-istevjol (E 960). Il-Kummissjoni għamlet l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(6) |
F’Ġunju 2021, l-applikant irreveda l-applikazzjoni tiegħu u talab li l-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati ħafna tar-rebawdjosidu A jew tal-istevjosid mill-weraq tal-istevja fir-rebawdjosidi M u D u fir-rebawdjosidu AM, rispettivament, bl-użu ta’ enżimi prodotti minn mikroorganiżmi ġenetikament modifikati dderivati minn razez tal-E. coli K-12, tintuża bħala proċess tal-produzzjoni alternattiv għall-E 960c. |
(7) |
Dan il-proċess tal-produzzjoni ġdid issuġġerit jinvolvi l-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati tar-rebawdjosidu A jew tal-istevjosid mill-weraq tal-istevja (≥ 95 % glikosidi tal-istevjol) permezz ta’ proċess enżimatiku f’diversi stadji fejn l-enżimi jiġu ppreparati fl-ewwel stadju tal-proċess. Skont id-durata differenti tar-reazzjoni enżimatika fuq l-estratti ppurifikati tar-rebawdjosidu A u tal-istevjosid mill-weraq tal-istevja, jistgħu jinkisbu tliet taħlitiet ewlenin b’kontenut għoli tar-rebawdjosidi M, D u AM. It-taħlitiet li jirriżultaw jgħaddu minn serje ta’ stadji ta’ purifikazzjoni u ta’ iżolament biex jipproduċu r-rebawdjosidi M, D jew AM finali (≥ 95 % glikosidi tal-istevjol). |
(8) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-“preparazzjonijiet tal-glikosidi tal-istevjol miksuba mill-bijokonverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati ħafna tar-rebawdjosidu A jew tal-istevjosid mill-weraq tal-istevja” u adottat l-opinjoni tagħha fit-22 ta’ Ġunju 2021 (4). L-Awtorità qieset li ma hemm l-ebda tħassib għas-sikurezza għall-glikosidi tal-istevjol b’kontenut għoli ta’ rebawdjosidu M, rebawdjosidu D u rebawdjosidu AM, meta jinkisbu bil-proċess inkwistjoni u biex jintużaw bħala addittivi tal-ikel. L-Awtorità qieset li l-esponiment għar-rebawdjosidu AM (espress bħala ekwivalenti tal-istevjol) mhux se jkun ogħla mill-esponiment għall-glikosidi tal-istevjol (E 960a), jekk dawk ikunu sostitwiti bir-rebawdjosidu AM. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-ADI ta’ 4 mg/kg bw kuljum li tapplika għas-60 glikosid tal-istevjol elenkati fl-Appendiċi A tal-opinjoni adottata fl-24 ta’ Marzu 2020 (5), espressi bħala ekwivalenti tal-istevjol, tapplika wkoll għar-rebawdjosidi M, D u AM miksuba mill-bijokonverżjoni enżimatika inkwistjoni. |
(9) |
Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għar-rebawdjosidi M, D u AM prodotti permezz tal-konverżjoni enżimatika tal-estratti ppurifikati tar-rebawdjosidu A jew tal-istevjosid mill-weraq tal-istevja jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
(10) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li d-definizzjoni attwali tal-addittiv “Rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia” fl-entrata E 960c(i) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 tiġi allinjata mal-kliem tal-konklużjoni tal-Awtorità dwar is-sikurezza tal-proċess tal-manifattura tiegħu fir-rigward tan-nuqqas ta’ ċelloli vijabbli u ta’ DNA residwali tar-razez tal-ħmira K. phaffii UGT-a u K. phaffii UGT-b fl-addittiv tal-ikel. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2021;19(7):6691, 22 pp.
(5) EFSA Journal 2020;18 (4):6106, 32 pp.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-entrata għal E 960c (i) Rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn stevja, fir-ringiela “Definizzjoni”, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Iċ-ċelloli vijabbli tal-ħmira K. phaffii UGT-a u tal-ħmira K. phaffii UGT-b u d-DNA tagħhom ma għandhomx jiġu individwati fl-addittiv tal-ikel.”; |
(2) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-E 960c(i): “E 960c (ii) REBAWDJOSIDU M PRODOTT PERMEZZ TAL-KONVERŻJONI ENŻIMATIKA TAL-ESTRATTI TAR-REBAWDJOSIDU A PPURIFIKATI ĦAFNA MILL-WERAQ TAL-ISTEVJA
E 960c(iii) REBAWDJOSIDU D PRODOTT PERMEZZ TAL-KONVERŻJONI ENŻIMATIKA TAL-ESTRATTI TAR-REBAWDJOSIDU A PPURIFIKATI ĦAFNA MILL-WERAQ TAL-ISTEVJA
E 960c (iv) REBAWDJOSIDU AM PRODOTT PERMEZZ TAL-KONVERŻJONI ENŻIMATIKA TAL-ESTRATTI TAL-ISTEVJOSID IPPURIFIKATI ĦAFNA MILL-WERAQ TAL-ISTEVJA
|