Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1252

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1252 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 biex jaġġorna l-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/5026

    ĠU L 191, 20.7.2022, p. 41–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1252/oj

    20.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 191/41


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1252

    tad-19 ta’ Lulju 2022

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 biex jaġġorna l-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 78(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) fih lista ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni.

    (2)

    Għadd minn dawk is-sustanzi ma għadhomx approvati jew l-approvazzjonijiet tagħhom iġġeddu skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u dan irriżulta f’elenkar fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). L-elenkar tagħhom fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 ma għadux rilevanti. Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, dawn għandhom jitħassru minn dan l-Anness.

    (3)

    Kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril) hija sustanza attiva approvata elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 bħala kandidat għas-sostituzzjoni minħabba l-klassifikazzjoni armonizzata preċedenti tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 (5) aġġorna din il-klassifikazzjoni għal tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2. Għalhekk, il-kwiżalofop-P-tefuril ma għadux jissodisfa l-kriterji biex jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni u jenħtieġ li jitħassar mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).


    ANNESS

    Fl-Anness ta-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408, jitħassru l-entrati li ġejjin:

     

    amitrol;

     

    bifentrin;

     

    bromadiolon;

     

    karbendażim;

     

    karbetammid;

     

    komposti tar-ram (il-varjanti idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku);

     

    ċiprokonażol;

     

    difenakum;

     

    dimetoat;

     

    dikwat;

     

    epossikonażol;

     

    esfenvalerat;

     

    etoprofos;

     

    etossażol;

     

    famoksadon;

     

    fenamifos;

     

    ossidu tal-fenbutatin;

     

    fipronil;

     

    flukwinkonażol;

     

    glufosinat;

     

    alossifop-P;

     

    imażamoks;

     

    imażosulfuron;

     

    isoproturon;

     

    isopirażam;

     

    lambda-ċjalotrina;

     

    linuron;

     

    lufenuron;

     

    mekoprop;

     

    metomil;

     

    metsulfuron-metil;

     

    molinat;

     

    miklobutanil;

     

    ossadiarġil;

     

    ossadiażon;

     

    pendimetalin;

     

    prokloraż;

     

    profossidim;

     

    propikonażol;

     

    prosulfuron;

     

    kwinossifen;

     

    kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril);

     

    tepralossidim;

     

    tijakloprid;

     

    triasulfuron;

     

    triażossidu;

     

    warfarin.


    Top