Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32022R0363

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/363 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/1201

    ĠU L 69, 4.3.2022, lk 40—44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumendi õiguslik staatus Kehtivad: Seda akti on muudetud. Praegune konsolideeritud versioon: 04/03/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/363/oj

    4.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/40


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/363

    tal-24 ta’ Jannar 2022

    li jemenda u jikkoreġi l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), il-punt (b), tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, biex jiżgura li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti li huma tal-inqas ekwivalenti. B’mod partikolari, id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-oġġetti u l-annimali huwa soġġett għar-rekwiżit li dawn ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jkun inkluż f’lista f’konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625. L-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti tas-sajd, fosthom prodotti mill-akkwakultura.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/367 (5) inkludiet lill-Belarussja, lil Iżrael (6), lill-Moldova, lill-Iżvizzera, lit-Turkija, lill-Emirati Għarab Magħquda, u lill-Urugwaj fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (7) għas-subkategorija “kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)” fil-kategorija “prodotti tal-akkwakultura”. Għalhekk, jixraq li dawk il-pajjiżi terzi jiġu inklużi fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bir-rimarka “Akkwakultura: kavjar (prodotti tal-ħut bil-pinen)”.

    (4)

    Il-Kanada, iċ-Ċina u l-Istati Uniti kienu elenkati qabel għall-“akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE u kienu qed jesportaw il-kavjar li joriġina mill-akkwakultura fuq din il-bażi. Il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħut bil-pinen li dawn ippreżentaw kien konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-Unjoni għall-akkwakultura u kien ikopri wkoll il-kavjar. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi tħallew barra mil-lista tal-“prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/367 inkludiet lill-Kanada, liċ-Ċina u lill-Istati Uniti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għas-subkategorija “kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)” fil-kategorija “prodotti tal-akkwakultura”. Għalhekk, jixraq li dawk il-pajjiżi terzi jiġu inklużi fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għall-prodotti tas-sajd kollha fil-kategorija tal-akkwakultura.

    (5)

    L-Oman tneħħa mil-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-prodotti tal-akkwakultura fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 (8) għax il-programm approvat tal-Oman ta’ monitoraġġ tar-residwi ma kienx sodisfaċenti. L-Oman tneħħa mill-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/34 (9) għall-prodotti tal-akkwakultura, iżda anke, b’mod involontarju, għall-ħut selvaġġ maqbud, li ma jeħtieġx programm ta’ monitoraġġ tar-residwi. Għalhekk, l-entrata għall-Oman għall-ħut selvaġġ maqbud fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jeħtieġ li tiġi kkoreġuta.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

    (7)

    Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil fil-kummerċ u jkunu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza mad-Deċiżjoni 2011/163/UE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’mod urġenti.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/367 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ara l-paġna 107 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (6)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

    (8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 464, 28.12.2021, p. 17).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/34 tat-22 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Annessi III, VIII, IX u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti għasafar tal-kaċċa salvaġġi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ta’ kunsinni ta’ ċerti molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar, ta ċerti prodotti tas-sajd, u tal-koxox taż-żrinġijiet u tal-bebbux u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/82/KE (ĠU L 8, 13.1.2022, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-entrata tal-Emirati Għarab Magħquda hija sostitwita b’dan li ġej:

    “AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)

    Materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra biss approvata għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima fl-Unjoni”

    (b)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “BY

    Il-Belarussja

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)”

    (c)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “CA

    Il-Kanada  (*1)

     

    (d)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “CH

    L-Iżvizzera  (*2)

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)

    (e)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “CN

    Iċ-Ċina  (*3)

     

    (f)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “IL

    Iżrael  (*4)

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)

    (g)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “MD

    Il-Moldova

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)”

    (h)

    din l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati ta’ New Zealand u l-Panama:

    “OM

    L-Oman

    Kaċċa salvaġġa biss”

    (i)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “TR

    It-Turkija

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)”;

    (j)

    l-entrata tal-Istati Uniti hija sostitwita b’dan li ġej:

    “US

    L-Istati Uniti  (*5)

     

    (k)

    l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “UY

    L-Urugwaj

    Akkwakultura: ħut bil-pinen u kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)”


    (*1)  Dawn il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jesportaw il-prodotti tas-sajd kollha (ħut bil-pinen, kavjar (prodotti tal-ħut bil-pinen) u krustaċji).”

    (*2)  F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ tal-prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).”

    (*3)  Dawn il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jesportaw il-prodotti tas-sajd kollha (ħut bil-pinen, kavjar (prodotti tal-ħut bil-pinen) u krustaċji).”

    (*4)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”

    (*5)  Dawn il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jesportaw il-prodotti tas-sajd kollha (ħut bil-pinen, kavjar (prodotti tal-ħut bil-pinen) u krustaċji).”


    Üles