Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0188

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/188 tal-10 ta’ Frar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/695

    ĠU L 30, 11.2.2022, p. 108–113 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 30, 11.2.2022, p. 109–114 (ES)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/188/oj

    11.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 30/108


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/188

    tal-10 ta’ Frar 2022

    li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    (3)

    Fit-28 ta’ Diċembru 2018, il-kumpanija Fair Insects B.V. (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus (grillu tad-djar) bħala ikel ġdid. L-applikazzjoni talbet li l-Acheta domesticus sħiħ f’forom iffriżati, imnixxfa u ta’ trab (mitħun) jintużaw bħala snacks u bħala ingredjent tal-ikel f’għadd ta’ prodotti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali.

    (4)

    L-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja xjentifika għal għadd ta’ data mressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni (3); riżultati ta’ analiżijiet prossimattivi (4); data analitika dwar il-kontaminanti (5); ir-riżultati tal-istudji tal-istabbiltà (6); id-data analitika dwar il-parametri mikrobijoloġiċi (7); informazzjoni dwar il-bejgħ tal-kumpanija tal-ikel ġdid (8); ir-riżultati tat-test tas-solubbiltà tal-ikel ġdid għall-istudju tal-ġenotossiċità (9); ir-riżultati tal-istudji tad-diġestibilità tal-proteina (10); u l-istudju taċ-ċitotossiċità/it-tossiċità ċellulari (11).

    (5)

    F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fl-4 ta’ Settembru 2019 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika billi twettaq valutazzjoni tal-Acheta domesticus iffriżat u mnixxef bħala ikel ġdid.

    (6)

    Fis-7 ta’ Lulju 2021, l-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283, adottat opinjoni xjentifika dwar is- “Sikurezza ta’ formulazzjonijiet iffriżati u mnixxfa minn grilli sħaħ (Acheta domesticus) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 (12)”.

    (7)

    Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus huma sikuri skont l-użi u l-livelli tal-użu proposti. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus skont il-kundizzjonijiet tal-użu vvalutati jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    (8)

    Abbażi ta’ evidenza limitata ppubblikata dwar l-allerġija tal-ikel relatat mal-insetti b’mod ġenerali, li rabtet b’mod ekwivoku l-konsum tal-Acheta domesticus ma’ għadd ta’ eventi tal-anafilassi, u abbażi ta’ evidenza li turi li l-Acheta domesticus fih għadd ta’ proteini potenzjalment allerġeniċi, l-Awtorità fl-opinjoni kkonkludiet ukoll li l-konsum ta’ dan l-ikel ġdid jista’ jikkawża s-sensitizzazzjoni għall-proteini tal-Acheta domesticus. L-Awtorità rrakkomandat li titwettaq aktar riċerka dwar l-allerġeniċità tal-Acheta domesticus.

    (9)

    Sabiex tindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora l-modi biex twettaq ir-riċerka meħtieġa dwar l-allerġeniċità tal-Acheta domesticus. Sakemm id-data ġġenerata mir-riċerka tiġi vvalutata mill-Awtorità, u meta jitqies li, sal-lum, l-evidenza li torbot direttament il-konsum tal-Acheta domesticus ma’ każijiet ta’ sensitizzazzjoni primarja u allerġiji hija inkonklużiva, il-Kummissjoni tqis li ma jenħtieġx jiġi inkluż l-ebda rekwiżit ta’ tikkettar speċifiku li jikkonċerna l-potenzjal tal-Acheta domesticus li jikkawża sensitizzazzjoni primarja fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

    (10)

    Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset ukoll li l-konsum ta' forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi lil persuni li huma allerġiċi għall-krustaċji, il-molluski u l-akari. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li jista’ jkun hemm allerġeni addizzjonali li jispiċċaw fl-ikel ġdid, jekk tali allerġeni jkunu preżenti fis-substrat mitmugħ lill-insetti. Għalhekk, huwa xieraq li forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur bħala tali, u l-ikel li jkun fih dawn il-forom, ikunu ttikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    (11)

    Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità innotat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni; riżultati ta’ analiżijiet prossimattivi; data analitika dwar il-kontaminanti; ir-riżultati tal-istudji tal-istabbiltà; id-data analitika dwar il-parametri mikrobijoloġiċi; informazzjoni dwar il-bejgħ tal-kumpanija tal-ikel ġdid; ir-riżultati tat-test tas-solubbiltà tal-ikel ġdid għall-istudju tal-ġenotossiċità; ir-riżultati tal-istudji tad-diġestibilità tal-proteina; u l-istudju taċ-ċitotossiċità/it-tossiċità ċellulari, u nnutat ukoll li ma setgħetx tasal għal din il-konklużjoni mingħajr id-data mir-rapporti tal-istudji mhux ippubblikati li jinsabu fil-fajl tal-applikant.

    (12)

    Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dik id-data u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    (13)

    L-applikant iddikjara li kellu dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għad-data mid-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni, ir-riżultati ta’ analiżijiet prossimattivi, data analitika dwar il-kontaminanti, ir-riżultati tal-istudji tal-istabbiltà, id-data analitika dwar il-parametri mikrobijoloġiċi, l-informazzjoni dwar il-bejgħ tal-kumpanija tal-ikel ġdid, ir-riżultati tat-test tas-solubbiltà tal-ikel ġdid għall-istudju tal-ġenotossiċità, ir-riżultati tal-istudji tad-diġestibbiltà tal-proteina, u l-istudju taċ-ċitotossiċità/it-tossiċità ċellulari, fil-ħin li issottomettew l-applikazzjoni u għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu għal dawk l-istudji.

    (14)

    Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha li pprovdielha l-applikant u kienet tal-fehma li l-applikant issostanzja biżżejjed l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data mill-proċess tal-produzzjoni, ir-riżultati ta’ analiżijiet prossimati, id-data analitika dwar il-kontaminanti, ir-riżultati tal-istudji tal-istabbiltà, id-data analitika dwar il-parametri mikrobijoloġiċi, l-informazzjoni dwar il-bejgħ tal-kumpanija tal-ikel ġdid, ir-riżultati tat-test tas-solubbiltà tal-ikel ġdid għall-istudju dwar il-ġenotossiċità, ir-riżultati tal-istudji tad-diġestibbiltà tal-proteina, u l-istudju taċ-ċitotossiċità/it-tossiċità ċellulari, li jinsab fil-fajl tal-applikant, li fuqu l-Awtorità bbażat il-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid, li mingħajru ma setax ikun ivvalutat l-ikel ġdid, jenħtieġ li ma jkunx użat għal benefiċċju tal-applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus fis-suq fl-Unjoni matul dak il-perjodu.

    (15)

    Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab Acheta domesticus u tar-referenza għad-data li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex iqiegħdu fis-suq l-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun abbażi tal-informazzjoni miksuba legalment li tkun tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni.

    (16)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

    (17)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

    2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant oriġinali biss:

    il-kumpanija: Fair Insects B.V.;

    l-indirizz: Industriestraat 3, 5107 NC Dongen, in-Netherlands,

    huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi ftehim ma’ Fair Insects B.V.

    3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-istudji li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma proprjetarji, u li mingħajrhom l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-ftehim ma’ Fair Insects B.V.

    Artikolu 3

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

    (3)  Fair Insects B.V. 2017 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (4)  Fair Insects B.V. 2018 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (5)  Fair Insects B.V. 2018 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (6)  Fair Insects B.V. 2018 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (7)  Fair Insects B.V. 2018 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (8)  Fair Insects B.V. 2018 (mhux ippubblikat).

    (9)  Fair Insects B.V. 2018 (mhux ippubblikat).

    (10)  Fair Insects B.V. 2018 (mhux ippubblikat).

    (11)  Fair Insects B.V. 2018 u 2019 (mhux ippubblikat).

    (12)  Safety of frozen and dried formulations from whole crickets (Acheta domesticus) as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283; EFSA Journal 2021;19(8):6779.


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

    Ikel ġdid awtorizzat

    Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

    Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

    Rekwiżiti oħrajn

    Protezzjoni tad-data

    Forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus (grillu tad-djar)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi (g/100 g)

    (kummerċjalizzati bħala tali jew rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet)

    1.

    Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “Acheta domesticus (grillu tad-djar) iffriżat”, “Acheta domesticus (grillu tad-djar) imnixxef/trab” skont il-forma użata.

    2.

    It-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom il-forom iffriżati, imnixxfa jew tat-trab tal-Acheta domesticus (grillu tad-djar) għandu jkollu dikjarazzjoni li dan l-ingredjent jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi lill-konsumaturi b’allerġiji magħrufa għall-krustaċji, għall-molluski u għall-prodotti tagħhom, kif ukoll għall-akari tat-trab.

    Din id-dikjarazzjoni għandha tkun qrib il-lista tal-ingredjenti.

     

    Awtorizzat nhar 3 ta' Marzu 2022. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza u data xjentifiċi proprjetarji protetti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    Applikant: Fair Insects BV, Industriestraat 3, 5107 NC Dongen, in-Netherlands.

    Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid ikun awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni minn Fair Insects BV biss, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika jew għad-data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi ftehim ma’ Fair Insects BV.

    Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: 3 ta' Marzu 2027”

    Iffriżat

    Imnixxef jew trab

    Forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus

     

    Prodotti tal-proteina għajr analogi tal-laħam

    40

    20

    Ħobż u bziezen

    30

    10

    Prodotti tal-forn, bars taċ-ċereali, u prodotti tal-għaġin mimli

    30

    15

    Gallettini

    30

    8

    Prodotti bbażati fuq l-għaġin (niexef)

    3

    1

    Sopop u sopop ikkonċentrati jew tat-trab

    20

    5

    Prodotti tal-patata pproċessati. platti bbażati fuq il-legumi u l-ħaxix, u prodotti bbażati fuq l-għaġin u l-pizez

    15

    5

    Snacks magħmulin mid-dqiq tal-qamħirrum

    40

    20

    Xarbiet li jixbhu lill-birer, taħlitiet ta’ xorb alkoħoliku

    1

    1

    Ġewż, żrieragħ żejtnin u ċiċri

    40

    25

    Zlazi

    30

    10

    Preparazzjonijiet tal-laħam

    40

    16

    Analogi tal-laħam

    80

    50

    Ħelu taċ-ċikkulata

    30

    10

    Prodotti ffriżati tal-ħalib iffermentat

    15

    5

    (2)

    fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

    Ikel Ġdid Awtorizzat

    Speċifikazzjonijiet

    Forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-Acheta domesticus (grillu tad-djar)

    Deskrizzjoni/Definizzjoni:

    L-ikel ġdid jikkonsisti fil-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tal-grillu tad-djar. It-terminu “grillu tad-djar” jirreferi għall-adult ta’ Acheta domesticus, speċi ta’ insetti li tappartjeni għall-familja Gryllidae.

    L-ikel ġdid huwa maħsub li jiġi kkummerċjalizzat fi tliet forom differenti, jiġifieri: (i) A. domesticus (AD iffriżat) ipproċessat bis-sħana u ffriżat sħiħ; (ii) A. domesticus (AD imnixxef) ipproċessat bis-sħana u lijofilizzat sħiħ, u (iii) A. domesticus (AD trab sħiħ)ipproċessat bis-sħana, lijofilizzat u mitħun sħiħ.

    Jeħtieġ perjodu minimu ta’ 24 siegħa ta’ sawm qabel ma l-insetti jinqatlu permezz tal-iffriżar, sabiex jingħata ċans li l-adulti jbattlu l-kontenut tal-imsaren tagħhom.

    Karatteristiċi/Kompożizzjoni (AD iffriżat):

    Irmied (% w/w): 0,6 - 1,2

    Indewwa (% w/w): 76-82

    Proteina mhux raffinata (N x 6,25) (% w/w): 12-21

    Karboidrati diġeribbli * (% w/w): 0,1-2

    Xaħam (% w/w): 3-12

    li minnhom saturati (% w/w): 36-45

    Valur tal-perossidu (Meq O2/kg xaħam): ≤ 5

    Fibra (% w/w): 0,8-3

     (*)Kitina (% w/w): 0,7-3,0

    Metalli tqal:

    Ċomb: ≤ 0,05 mg/kg

    Kadmju: ≤ 0,06 mg/kg

    Mikotossini:

    Aflatossini (Is-somma ta’ B1, B2, G1, G2): ≤ 4 μg/kg

    Aflatossina B1 (μg/kg): ≤ 2

    Deossinivalenol: ≤ 200 μg/kg

    Okratossina A: ≤ 1 μg/kg

    Diossini u PCBs simili għad-diossini

    Is-somma tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini UB, ( (**)WHO2005 PCDD/F-PCB-TEQ): ≤ 1,25 pg/g xaħam

    Kriterji mikrobijoloġiċi:

    Għadd totali tal-kolonji aerobiċi: ≤ 105  (***)UJK/g

    Ħmira u moffa: ≤ 100 UJK/g

    Escherichia coli: ≤ 50 UJK/g

    Salmonella spp.: Mhux individwata f’25 g

    Listeria monocytogenes: Mhux individwata f’25 g

    Anaerobi li jirriduċu s-sulfit: ≤ 30 UJK/g

    Bacillus cereus (test preżuntiv): ≤ 100 UJK/g

    Enterobacteriaceae (test preżuntiv): ≤ 100 UJK/g

    Staphylococci koagulażi-pożittivi: ≤ 100 UJK/g

    Karatteristiċi/Kompożizzjoni (AD imnixxef jew trab):

    Irmied (% w/w): 2,9 - 5,1

    Indewwa (% w/w): ≤ 5

    Proteina mhux raffinata (N x 6,25) (% w/w): 55-65

    Karboidrati diġeribbli (% w/w): 1-4

    Xaħam (% w/w): 29-35

    li minnhom saturati (% w/w): 36-45

    Valur tal-perossidu (Meq O2/kg xaħam): ≤ 5

    Fibra (% w/w): 3-6

     (*)Kitina (% w/w): 5,3-10,0

    Metalli tqal:

    Ċomb: ≤ 0,05 mg/kg

    Kadmju: ≤ 0,06 mg/kg

    Mikotossini:

    Aflatossini (Is-somma ta’ B1, B2, G1, G2): ≤ 4 μg/kg

    Aflatossina B1 (μg/kg): ≤ 2

    Deossinivalenol: ≤ 200 μg/kg

    Okratossina A: ≤ 1 μg/kg

    Diossini u PCBs simili għad-diossini

    Is-somma tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini UB, ( (**)WHO2005 PCDD/F-PCB-TEQ): ≤ 1,25 pg/g xaħam

    Kriterji mikrobijoloġiċi:

    Għadd totali tal-kolonji aerobiċi: ≤ 105 UJK/g

    Ħmira u moffa: ≤ 100 UJK/g

    Escherichia coli: ≤ 50 UJK/g

    Salmonella spp.: Mhux individwata f’25 g

    Listeria monocytogenes: Mhux individwata f’25 g

    Anaerobi li jirriduċu s-sulfit: ≤ 30 UJK/g

    Bacillus cereus (test preżuntiv): ≤ 100 UJK/g

    Enterobacteriaceae (test preżuntiv): ≤ 100 UJK/g

    Staphylococci koagulażi-pożittivi: ≤ 100 UJK/g


    (*)  Il-fibra tista’ ma tinkludix il-kitina minħabba metodi analitiċi differenti.

    (**)  Is-somma ta’ livell superjuri tal-poliklorodibenżo-p-diossini (PCDD)-poliklorodibenżofurani (PCDF) u tal-poliklorobifenili simili għad-diossini (PCB) espressa bħala l-ekwivalenti tossiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (bl-użu tal-WHO-TEF tal-2005)).

    (***)  UJK: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji”


    Top