This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0128
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/128 of 21 December 2021 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2021/2116 of the European Parliament and of the Council on paying agencies and other bodies, financial management, clearance of accounts, checks, securities and transparency
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza
C/2021/9602
ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131–196
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/10/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32014R0908 | ||||
Repeal | 32014R0908 | Revoka parzjali | 01/01/2023 | ||
Implicit repeal | 32015R0583 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32015R0775 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32015R2222 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32016R1786 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32017R0772 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32018R0056 | 01/01/2023 | |||
Implicit repeal | 32021R1337 | 01/01/2023 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32022R0128R(01) | (MT) | |||
Corrected by | 32022R0128R(02) | ||||
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 58 paragrafu 1 | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | anness I | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 58 paragrafu 4 | 29/04/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 64 paragrafu 2 punt (b) | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | anness IX | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 65 paragrafu 3 punt (c) | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 44 paragrafu 2 | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | anness VIII | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 61 | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R0860 | Sostituzzjoni | artikolu 64 paragrafu 2 punt (a) | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 48 paragrafu 2 | 21/10/2023 | |
Modified by | 32023R2773 | Sostituzzjoni | anness I | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R2773 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 4 | 01/01/2023 | |
Modified by | 32023R2773 | Sostituzzjoni | artikolu 64 paragrafu mhux numerat 2 punt (a) sentenza 1 | 01/01/2023 |
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/131 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/128
tal-21 ta’ Diċembru 2021
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2), 12(4), 32(9) u 39(4), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikoli 43(2), 47(2), 51(3), 53(2), 54(5) u 55(7), l-Artikolu 58, l-Artikoli 59(9) u 64(4), l-Artikoli 82 u 92, l-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi r-regoli bażiċi dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, inkluż dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ approvazzjoni, inkluż l-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet, tal-garanziji u tat-trasparenza. Sabiex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dak ir-Regolament jiffunzjona mingħajr xkiel u japplika b’mod uniformi, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta ċerti regoli f’dawk l-oqsma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (3). |
(2) |
L-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jiġu akkreditati biss mill-Istati Membri jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji minimi ta’ akkreditazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (4) u stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni. |
(3) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lill-aġenziji tal-pagamenti tagħhom taħt superviżjoni kostanti. Jenħtieġ li jistabbilixxu sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni biex jirrapportaw u jżommu lill-awtoritajiet kompetenti informati dwar każijiet suspettati ta’ nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri għandhom jittrattaw każijiet bħal dawn, li jenħtieġ li tinkludi l-obbligu li jitfassal pjan biex jiġi rrimedjat kwalunkwe nuqqasijiet identifikati f’limitu ta’ żmien stabbilit. Fir-rigward tan-nefqa effettwata mill-aġenziji tal-pagamenti li l-akkreditazzjoni tagħhom tinżamm mill-Istat Membru tagħhom minkejja li jkunu naqsu milli jimplimentaw pjan bħal dan fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi li ssegwi n-nuqqasijiet permezz tal-proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
(4) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-persuni responsabbli għall-aġenziji tal-pagamenti akkreditati huma meħtieġa jfasslu dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni dwar il-kompetenzi u l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta, il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza stabbiliti, kif ukoll dwar il-fatt li n-nefqa saret f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-kontenut u l-format ta’ tali dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni. |
(5) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-funzjonament tal-korpi ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-kontenut taċ-ċertifikati u tar-rapporti li għandhom jitfasslu mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiġi speċifikat sabiex jiġi żgurat li jkunu ta’ assistenza lill-Kummissjoni fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin “il-Fondi”), l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jżommu kontijiet separati relatati esklussivament mal-pagamenti magħmula u mad-dħul assenjat minn u lejn kull wieħed mill-Fondi. Għal dan il-għan, il-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li juru b’mod ċar, għal kull wieħed mill-Fondi, in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat skont l-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 6 u 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u jippermettu li din in-nefqa u d-dħul ikunu marbuta mar-riżorsi disponibbli għalihom mill-baġit tal-Unjoni. |
(7) |
Il-politika agrikola komuni hija ffinanzjata bl-euro, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji fil-munita nazzjonali tagħhom. Sabiex in-nefqa u d-dħul kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsolidati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi previst li l-aġenziji tal-pagamenti rilevanti jridu jkunu jistgħu jipprovdu data relatata man-nefqa u d-dħul kemm fl-euro kif ukoll fil-munita li fiha jkunu ġġarrbu n-nefqa u d-dħul riċevut. |
(8) |
In-nefqa kofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u l-baġits nazzjonali bħala appoġġ għall-iżvilupp rurali skont l-FAEŻR hija msejsa fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jispeċifikaw tipi differenti ta’ intervent u rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li jenħtieġ li n-nefqa tiġi mmonitorjata u mdaħħla fil-kontijiet abbażi ta’ dan biex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, tipi ta’ intervent u rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi. Dan se jiżgura li l-korrispondenza bejn in-nefqa effettwata u r-riżorsi finanzjarji assenjati jistgħu jiġu vverifikati. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi li għandhom jitqiesu mill-aġenziji tal-pagamenti. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li juru b’mod ċar l-oriġini tal-fondi pubbliċi u tal-Unjoni fil-kontijiet fir-rigward tal-finanzjament li jkun sar. Barra minn hekk, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati jenħtieġ li jiġu identifikati u murija fir-rigward tal-operazzjonijiet oriġinali. |
(9) |
L-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2116 qabel ma l-Kummissjoni tiffinanzja dik in-nefqa fil-forma ta’ rimborżi ta’ kull xahar tan-nefqa effettwata. B’mod alternattiv, l-Istati Membri jirċievu pagament bil-quddiem għan-nefqa tal-FAEŻR li għandu jiġi approvat aktar tard bl-approvazzjoni finanzjarja annwali skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa biex juru l-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tan-nefqa effettwata għal dawn ir-rimborżi ta’ kull xahar u interim u jżommuha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kif u meta n-nefqa u d-dħul isiru, jew jiġu trażmessi lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri f’intervalli adattati għall-metodu ta’ ġestjoni ta’ kull wieħed mill-Fondi. Jenħtieġ li l-għoti ta’ informazzjoni f’intervalli bħal dawn ma jaffettwax l-obbligu tal-Istati Membri li jżommu l-informazzjoni sħiħa miġbura għall-monitoraġġ xieraq tan-nefqa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-verifika. |
(10) |
L-obbligi ġenerali fuq l-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet ikopru d-data meħtieġa għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-obbligi ma jkoprux ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rimborż tan-nefqa u d-dettalji li jridu jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sabiex jinkiseb tali rimborż. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-informazzjoni u d-dettalji relatati man-nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mill-Fondi li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. In-notifiki ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jridu jippermettulha tuża l-informazzjoni mibgħuta direttament u bl-aktar mod effettiv possibbli għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-Fondi u l-pagamenti rilevanti. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-informazzjoni kollha li għandha ssir disponibbli jew li għandha tiġi kkomunikata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li tintbagħat b’mod elettroniku. |
(11) |
Skont il-punt (c) tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għal interventi u miżuri relatati ma’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, li jaġixxu wkoll bħala talbiet għal pagamenti, iridu jintbagħtu wkoll lill-Kummissjoni akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa fl-iskadenzi stabbiliti. Biex l-Istati Membri, il-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati u l-aġenziji tal-pagamenti jkunu jistgħu jfasslu dawk id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa f’konformità mar-regoli armonizzati, u biex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis it-talbiet għall-pagament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom dik in-nefqa tista’ titqies skont il-baġits rispettivi tal-FAEG u tal-FAEŻR. Tali kundizzjonijiet jenħtieġ li jispeċifikaw ir-regoli li japplikaw għar-reġistrazzjoni tan-nefqa u d-dħul, b’mod partikolari d-dħul assenjat u kwalunkwe korrezzjoni li trid issir, u għad-dikjarazzjoni reali tagħhom. |
(12) |
Fejn, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa riċevuti mill-Istati Membri skont il-FAEG, l-impenji bil-quddiem totali li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(2), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jaqbżu l-75 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti, il-Kummissjoni hija meħtieġa tnaqqas dawk l-ammonti. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, dak it-tnaqqis irid ikun kondiviż proporzjonalment bejn l-Istati Membri kollha, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa riċevuti mingħandhom. Għall-allokazzjoni ġusta tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-pagamenti ta’ kull xahar skont il-FAEG biex dawn jitnaqqsu b’perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessi minn kull Stat Membru, u għall-bilanċ mhux użat f’xahar partikolari biex dan ikun allokat mill-ġdid b’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’pagamenti ta’ kull xahar sussegwenti. |
(13) |
Wara li tapprova l-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri r-riżorsi meħtieġa biex tkopri n-nefqa li trid tiġi ffinanzjata mill-Fondi, f’konformità mal-arranġamenti u l-kundizzjonijiet prattiċi li jridu jiġu stabbiliti abbażi tal-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni. |
(14) |
Kundizzjoni għar-rimborż tan-nefqa b’intervent pubbliku mġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti hija l-inklużjoni fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, tal-valuri u tal-ammonti rreġistrati matul ix-xahar ta’ wara x-xahar li għalih huma relatati l-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura ta’ rimborż taħdem mingħajr xkiel, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif tali informazzjoni, li hija meħtieġa biex jiġu kkalkolati l-kostijiet u n-nefqa, trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. |
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, il-kontabbiltà tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku trid tagħmilha possibbli li jiġu aċċertati kemm l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni mħallas kif ukoll is-sitwazzjoni tal-istokkijiet ta’ intervent. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jżommu kontijiet tal-istokk u kontijiet finanzjarji separati, li jkun fihom l-elementi meħtieġa li jimmonitorjaw l-istokkijiet u jiżguraw il-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa u tad-dħul iġġenerati mill-miżuri ta’ intervent pubbliku. |
(16) |
Fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent f’forma ta’ ħżin pubbliku, l-aġenziji tal-pagamenti huma meħtieġa jirreġistraw fil-kontijiet tagħhom l-elementi relatati mal-kwantitajiet, il-valuri u ċerti medji. Madankollu, jeżistu ċirkostanzi li fihom ċerti operazzjonijiet u nefqa jenħtieġ li ma jiddaħħlux fil-kontijiet, jew jenħtieġ li jiġu rreġistrati f’konformità ma’ regoli speċifiċi. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li tali ċirkostanzi jiġu speċifikati, inkluż fejn applikabbli l-arranġamenti għad-dħul tal-operazzjonijiet u n-nefqa fil-kontijiet. |
(17) |
Id-data li fiha l-elementi differenti tan-nefqa u tad-dħul li jirriżultaw mill-miżuri ta’ intervent f’forma ta’ ħżin pubbliku jridu jiddaħħlu fil-kontijiet tiddependi mit-tip ta’ operazzjoni li huma relatati magħha u tista’ tiġi ddeterminata skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali applikabbli. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li tiġi adottata regola ġenerali li tispeċifika l-elementi differenti li jridu jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika li tirriżulta mill-miżura ta’ intervent, u li tispeċifika l-każijiet speċjali li għandhom jiġu kkunsidrati. |
(18) |
Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni bi tbassir tal-ammonti li għad iridu jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għal sena finanzjarja agrikola u stimi tat-talbiet għal finanzjament għas-sena finanzjarja ta’ wara. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha, u fi kwalunkwe każ darbtejn fis-sena, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. |
(19) |
F’konformità mal-Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandhom jiġu stabbiliti l-iskadenzi għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa skont l-EAFRD. Fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tar-regoli kontabilistiċi li japplikaw għall-FAEŻR, l-użu ta’ prefinanzjament u l-finanzjament tal-interventi, tal-miżuri u tal-assistenza teknika skont is-sena kalendarja, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex dik in-nefqa tiġi ddikjarata f’intervalli adattati għal dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi. |
(20) |
L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni n-nefqa kollha tal-FAEŻR li jkunu ħallsu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess lill-benefiċjarji qabel l-approvazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa wara dik l-approvazzjoni. L-istess regola tapplika mutatis mutandis f’każ ta’ emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Għall-fini ta’ kontabilità, jeħtieġ li jiġi kkjarifikat li d-dikjarazzjoni dwar in-nefqa mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti qabel l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew qabel l-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li tkun tikkorrispondi mal-perjodi ta’ dikjarazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, in-nefqa kollha mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti waqt il-perjodu li fih isseħħ l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew l-emenda tiegħu jenħtieġ li tkun iddikjarata sal-iskadenza stabbilita għall-perjodu korrispondenti. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi kkjarifikat li fil-każ ta’ emendi għall-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li dik ir-regola ma tapplikax għall-aġġustamenti tal-pjan finanzjarju. |
(21) |
F’konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jista’ jingħata appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, kif stabbilit fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), taħt it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 73 sa 78 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għalhekk, jixraq li jiġi stabbilit li n-nefqa għandha tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja li fiha jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li ġiet effettwata mill-aġenzija tal-pagamenti qabel tmiem is-sena finanzjarja. |
(22) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kif għandha tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li trid titħallas fir-rigward tan-nefqa ddikjarata abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni jew tar-rata fissa. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjoni rilevanti tapplika għall-pagamenti relatati mal-FAEŻR skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK u kif imsemmi fil-pjan ta’ finanzjament, b’mod partikolari n-nefqiet tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u għal ċerti tipi eliġibbli ta’ nefqa, imsemmija fl-Artikoli 155 u 157 tar-Regolament (UE) 2021)/2115, abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR u tal-assistenza teknika, bħala rata fissa. |
(23) |
L-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-għoti u n-notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ġeneralment jitwettqu b’mod elettroniku. Sabiex jittejjeb il-mod kif tali skambji ta’ informazzjoni relatati mal-Fondi jiġu ttrattati u sabiex jiġi estiż l-użu tagħhom, ġew żviluppati sistemi ta’ informazzjoni. Tali sistemi jenħtieġ li jkomplu jintużaw u jiġu implimentati aktar wara li l-Istati Membri jiġu infurmati permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. |
(24) |
Il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi pproċessata l-informazzjoni minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni u l-forma u l-kontenut tad-dokumenti li jridu jiġu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 iridu jiġu aġġustati ta’ spiss f’konformità mal-bidliet fir-regoli jew fir-rekwiżiti ta’ ġestjoni applikabbli. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġi żgurat li s-sistemi ta’ informazzjoni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru operazzjonali malajr, jenħtieġ li l-forma u l-kontenut tad-dokumenti jiġu stabbiliti abbażi ta’ mudelli u protokolli standardizzati, li jenħtieġ li jiġu adattati u aġġornati mill-Kummissjoni wara li jiġi infurmat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. |
(25) |
Skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom huma responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa tal-Fondi. Jenħtieġ li d-data dwar l-operazzjonijiet finanzjarji tkun ikkomunikata u mdaħħla fis-sistemi ta’ informazzjoni u aġġornata taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti, mill-aġenziji tal-pagamenti nnifishom jew il-korpi li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni, meta applikabbli permezz tal-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat. Kull Stat Membru jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni bl-isem jew bin-numri tal-kont(ijiet) f’konformità mal-format li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għalih. |
(26) |
Il-firem elettroniċi jew l-approvazzjonijiet użati fil-proċedura għad-dikjarazzjoni tan-nefqa u d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni jeħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għalhekk, jeħtieġ dispożizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti. |
(27) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116 peress li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jindikaw b’mod ċar l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi mudell biex tiggwida lill-Istati Membri dwar l-istruttura mistennija tal-pjanijiet ta’ azzjoni. Jenħtieġ li dak il-mudell jintuża għal skambji f’forma elettronika biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta’ każ speċifiku ta’ pjanijiet ta’ azzjoni li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati taħt l-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu l-isforzi li diġà saru biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet. |
(28) |
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom huma responsabbli għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u xierqa ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, jixraq li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tat-tpaċija. Mingħajr preġudizzju għall-ammonti de minimis nazzjonali għan-nuqqas ta’ rkupru, l-obbligu għall-Istati Membri li jirkupraw ammonti mhux dovuti jista’ jiġi eżegwit b’modi differenti. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra ta’ infurzar prevista fil-liġi nazzjonali, mezz effettiv u kosteffiċjenti ta’ rkupru tad-dejn huwa li jitnaqqas kwalunkwe ammont pendenti minn pagamenti futuri lid-debitur, ladarba d-dejn ikun ġie stabbilit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri li japplikaw dak il-metodu ta’ rkupru tad-dejn. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tiegħu. |
(29) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati għall-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-approvazzjoni tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament u l-proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, inkluż mekkaniżmu li bih l-ammonti li jirriżultaw, skont il-każ, jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ wieħed mill-pagamenti sussegwenti magħmula lill-Istati Membri mill-Kummissjoni. |
(30) |
Fir-rigward tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut tal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti u li tiġi stabbilita data għat-trażmissjoni ta’ dawk il-kontijiet u dokumenti rilevanti oħra lill-Kummissjoni. Għandu jiġi speċifikat ukoll il-perjodu li matulu l-aġenziji tal-pagamenti jridu jżommu d-dokumenti ta’ sostenn dwar l-infiq u d-dħul assenjat kollu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. |
(31) |
Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni tiġi adottata sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, huwa xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ żmien speċifiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni li għandhom jiġu mħarsa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proċedura tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni jenħtieġ li tagħti lill-Istati Membri d-dritt li jipprovdu ġustifikazzjonijiet dwar kwalunkwe differenza li wieħed jiltaqa’ magħha u jenħtieġ li jivvalutaw kif xieraq l-informazzjoni meħtieġa għal tnaqqis fin-nefqa. |
(32) |
Sabiex jiġi żgurat li f’każijiet normali l-proċedura ta’ konformità tiġi konkluża f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, huwa xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ żmien speċifiċi għall-istadji differenti tal-proċedura li jridu jiġu mħarsa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li testendi dawk il-perjodi ta’ żmien fejn meħtieġ, fid-dawl tal-kumplessità ta’ każ taħt investigazzjoni. Il-proċedura tal-konformità jenħtieġ li tagħti lill-Istati Membri d-dritt għal proċedimenti kontradittorji u li tivvaluta kif xieraq l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tar-riskju tal-Fondi. |
(33) |
Bil-ħsieb li jiġu ssupplimentati u msaħħa l-verifiki tagħhom fuq in-nefqa tal-PAK, inkluż fuq l-identifikazzjoni tal-gruppi, jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri jistgħu jużaw għodda unika għall-estrazzjoni ta’ data magħmula disponibbli mill-Kummissjoni. |
(34) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli dwar il-prestazzjoni mill-Istati Membri tal-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2116, b’mod partikolari l-għażla ta’ impriżi, ir-rata u l-perjodu ta’ żmien għall-iskrutinju, l-assistenza reċiproka u l-kontenut tal-pjanijiet u tar-rapporti ta’ kontroll. |
(35) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/127 jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw il-qafas legali dwar il-garanziji, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżit li tiġi ppreżentata garanzija, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-garanziji, kif ukoll regoli dwar l-għoti, ir-rilaxx u t-telf ta’ garanzija. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-forma u l-proċeduri għall-preżentazzjoni u r-rilaxx ta’ garanzija, kif ukoll dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-komunikazzjonijiet meħtieġa f’dak ir-rigward. |
(36) |
F’konformità mat-Titolu V, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar it-trasparenza, l-Istati Membri huma meħtieġa jippubblikaw kull sena l-benefiċjarji tal-Fondi, u, fost l-oħrajn, l-ammonti riċevuti minn kull benefiċjarju taħt kull wieħed mill-Fondi. Għal dak il-għan, u f’konformità mal-Artikolu 98 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-forma ta’ dik il-pubblikazzjoni. Dik il-pubblikazzjoni jenħtieġ li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ trasparenza segwiti. |
(37) |
Skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull operazzjoni ffinanzjata mill-Fondi riċevuti minn benefiċjarju jridu jiġu ppubblikati. Barra minn hekk, sabiex tinkiseb trasparenza akbar u sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati riċevituri akbar tal-fondi tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-ammont totali ta’ pagamenti riċevuti minn benefiċjarju. |
(38) |
Sabiex jikkontribwixxu għal trasparenza akbar fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u li jippubblikaw informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
(39) |
Skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fuq sit web f’format miftuħ li jinqara mill-magni. Dawk il-formati jistgħu jkunu CVS u XLXS. Sabiex jinkisbu standards komuni u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw format ta’ tabella unifikat li jippreżenta data dwar il-benefiċjarji kollha. Għodda ta’ tiftix fuq il-web jenħtieġ li tiżgura li l-pubbliku inġenerali jkun jista’ jikkonsulta l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji f’forma aċċessibbli faċilment. |
(40) |
L-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li r-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 iridu japplikaw fejn rilevanti. Id-data tal-bidu u d-dati tat-tmiem tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, interventi għall-iżvilupp rurali fil-forma ta’ pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjoni speċifika oħra taż-żona u żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji, kif ukoll il-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (9) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jitqiesu li ma humiex rilevanti peress li dawk l-operazzjonijiet huma annwali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx dik l-informazzjoni. |
(41) |
Bil-għan li jiġu protetti l-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, l-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-ismijiet tal-benefiċjarji li jirċievu ammont ugwali għal EUR 1 250 jew inqas. Sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-operazzjoni kkonċernata, l-Istat Membru jenħtieġ li minflok juża kodiċi. Għall-istess raġuni, fejn ikun possibbli li jiġi identifikat benefiċjarju żgħir li jirrisjedi jew li jkun irreġistrat f’muniċipalità fejn in-numru ta’ benefiċjarji jkun limitat, l-Istat Membru jenħtieġ li minflok jippubblika l-entità amministrattiva akbar li jmiss li għaliha tappartjeni dik il-muniċipalità. |
(42) |
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data, il-benefiċjarji tal-Fondi jenħtieġ li jiġu infurmati bil-pubblikazzjoni tad-data tagħhom qabel ma ssir il-pubblikazzjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-benefiċjarji permezz tal-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna jew meta tinġabar id-data. |
(43) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għad-data ppubblikata, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu siti web uniċi f’konformità mal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Fid-dawl tal-istrutturi organizzazzjonali differenti fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi deċiż fil-livell nazzjonali liema korp huwa responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit web uniku u għall-pubblikazzjoni tad-data. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sit web li jkun fih links għas-siti web tal-Istati Membri. |
(44) |
L-Unjoni hija meħtieġa tagħmel ċerti notifiki lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f’konformità mal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (11), kif spjegat aktar fid-dettall fil-paragrafu 4 tad-dokument G/AG/2 tad-WTO tat-30 ta’ Ġunju 1995. Sabiex tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikjedi ċerta informazzjoni mill-Istati Membri, b’mod partikolari informazzjoni relatata mal-appoġġ domestiku. |
(45) |
Sabiex jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ notifika għall-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data għall-obbligi ta’ notifika ta’ appoġġ domestiku tad-WTO tal-Unjoni, jixraq li l-Istati Membri, jissottomettu l-ammonti dwar in-nefqa mħallsa minn sorsi nazzjonali fl-istess ħin li jiġu sottomessi l-kontijiet annwali. |
(46) |
Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li jitħassar. Madankollu, jenħtieġ li l-Artikoli 21 sa 24 u l-Artikoli 27 sa 34 ta’ dak ir-Regolament ikomplu japplikaw għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u għall-programmi operattivi approvati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ ikompli japplika għall-pagamenti magħmula għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023. Barra minn hekk, l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li japplikaw għal ċerta data li għandha tiġi inkluża fil-kontijiet annwali. |
(47) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, sabiex tiġi prevista l-kontinwità tar-rapportar fl-istess sena finanzjarja, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għan-nefqa mġarrba u għad-dħul assenjat riċevut mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2022. |
(48) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fit-trattament tal-proċeduri tal-konformità li jkunu għaddejjin, il-perjodi ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma japplikawx għall-proċeduri li għalihom il-komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 tintbagħat qabel l-1 ta’ Jannar 2024. |
(49) |
Fl-aħħar, minħabba li t-Titolu VII, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar it-trasparenza japplika għall-pagamenti li jsiru mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal dawk il-pagamenti. |
(50) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn
Artikolu 1
Proċedura għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli minn dawn:
(a) |
l-għoti, ir-rieżami u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti; |
(b) |
it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu. |
2. L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara r-rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni mingħajr dewmien.
3. L-awtorità kompetenti għandha taħtar korp tal-awditjar biex iwettaq eżami qabel ma tinħareġ kwalunkwe akkreditazzjoni (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni). Il-korp tal-awditjar għandu jkun awtorità tal-awditjar, jew organizzazzjoni pubblika jew privata oħra jew unità organizzazzjonali ta’ awtorità bil-profiċjenza, bil-ħiliet u bil-kapaċità meħtieġa biex jitwettqu l-awditi. Il-korp tal-awditjar għandu jkun indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti li trid tiġi akkreditata.
4. L-eżami (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni) li għandu jitwettaq mill-korp tal-awditjar għandu jkopri, b’mod partikolari:
(a) |
il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ għall-awtorizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u għall-eżekuzzjoni tar-rapportar annwali dwar il-prestazzjoni; |
(b) |
id-diviżjoni tal-kompiti u l-adegwatezza tal-kontroll intern u estern fir-rigward tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin “il-Fondi”; |
(c) |
il-punt kemm il-proċeduri u s-sistemi stabbiliti huma adatti biex jissalvagwardjaw il-baġit tal-Unjoni inklużi miżuri kontra l-frodi bbażati fuq ir-riskju; |
(d) |
is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni; |
(e) |
iż-żamma tar-rekords kontabilistiċi. |
Il-korp tal-awditjar għandu jħejji rapport li jagħti dettalji dwar ix-xogħol tal-awditjar imwettaq, ir-riżultati ta’ dak ix-xogħol u l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk l-aġenzija tal-pagamenti tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti li mbagħad għandha tivvaluta r-riżultati u jinħareġ l-att ta’ akkreditazzjoni fejn ikun issodisfat li l-aġenzija tal-pagamenti tikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.
5. Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-aġenzija tal-pagamenti bil-kundizzjonijiet speċifiċi li hija meħtieġa tissodisfa qabel ma tkun tista’ tinħareġ l-akkreditazzjoni.
Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati tali kundizzjonijiet speċifiċi, l-akkreditazzjoni tista’ tinħareġ b’mod provviżorju għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat filwaqt li titqies is-severità tal-problemi identifikati, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.
6. L-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi kkomunikata immedjatament wara li l-aġenzija tal-pagamenti tiġi akkreditata għall-ewwel darba u fi kwalunkwe każ qabel kwalunkwe nefqa li ssir minnha tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:
(a) |
ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-aġenzija tal-pagamenti; |
(b) |
l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-dipartimenti tal-aġenzija tal-pagamenti; |
(c) |
ir-relazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura li taħtha l-aġenzija tal-pagamenti tiddebita nefqa mill-Fondi; |
(d) |
il-proċeduri li bihom jiġu riċevuti, ivverifikati u vvalidati l-pretensjonijiet mill-benefiċjarji, u li bihom tiġi awtorizzata, imħallsa u kontabbilizzata n-nefqa; |
(e) |
id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni; |
(f) |
ir-rapport tar-rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni mwettaq mill-korp tal-awditjar imsemmi fil-paragrafu 3. |
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati f’kull Stat Membru.
Artikolu 2
Rieżami u rtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti
1. L-awtorità kompetenti għandha żżomm lill-aġenziji tal-pagamenti li hija responsabbli għalihom taħt superviżjoni kostanti, fuq il-bażi, b’mod partikolari, taċ-ċertifikati u r-rapporti mfassla mill-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u għandha ssegwi kwalunkwe nuqqasijiet identifikati.
Kull 3 snin, l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta bil-miktub lill-Kummissjoni dwar is-superviżjoni tagħha tal-aġenziji tal-pagamenti u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi rieżami tal-konformità kontinwa tal-aġenziji tal-pagamenti mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, flimkien ma’ sommarju tal-azzjonijiet meħuda biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk aġenzija tal-pagamenti li hija responsabbli għaliha għadhiex konformi mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li tissuġġerixxi li aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
3. Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tibqax tirrispetta wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni b’mod li jista’ jfixkel it-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti taħt prova mingħajr dewmien. Għandha tfassal pjan li jinkludi azzjonijiet u skadenzi biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet misjuba f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat skont is-severità tal-problema, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar mid-data li fiha l-akkreditazzjoni titqiegħed taħt prova. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.
4. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tqiegħed l-akkreditazzjoni ta’ aġenzija tal-pagamenti taħt prova, bil-pjan imfassal skont il-paragrafu 3 u, sussegwentement, bil-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet.
5. Jekk l-akkreditazzjoni tiġi rtirata, l-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien takkredita aġenzija tal-pagamenti oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex tiżgura li l-pagamenti lill-benefiċjarji ma jiġux interrotti.
6. Meta l-Kummissjoni ssib li l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat mal-obbligu tagħha li tfassal pjan ta’ rimedju skont il-paragrafu 3 jew li l-aġenzija tal-pagamenti għadha tiġi akkreditata mingħajr ma tkun implimentat bis-sħiħ tali pjan fil-perjodu ddeterminat, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti tirtira l-akkreditazzjoni ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti sakemm ma jsirux il-bidliet meħtieġa f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni skont is-severità tal-problema. F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ssegwi n-nuqqasijiet permezz tal-proċedura ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 3
Proċedura għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (minn hawn ’il quddiem “l-awtorità kompetenti”).
2. L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, taħtar u tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Dan l-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti u jista’ jibbaża fuq eżami mwettaq minn korp tal-awditjar. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni mingħajr dewmien.
3. Il-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu jaġixxi bħala l-uniku interlokutur tal-Kummissjoni għall-Istat Membru kkonċernat għall-mistoqsijiet kollha relatati mal-Fondi fir-rigward tal-kompiti tiegħu.
4. Aġenzija tal-pagamenti tista’ taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni diment li ż-żewġ funzjonijiet jinżammu separati.
5. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-korp ta’ koordinazzjoni jista’, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali, jitlob l-għajnuna ta’ korpi jew ta’ dipartimenti amministrattivi oħrajn, b’mod partikolari lil dawk b’għarfien espert kontabilistiku jew tekniku.
6. Il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha tal-kompjuter miżmuma mill-korp ta’ koordinazzjoni għandhom jiġu żgurati permezz ta’ miżuri adattati għall-istruttura amministrattiva, il-persunal u l-ambjent teknoloġiku ta’ kull korp ta’ koordinazzjoni. L-isforz finanzjarju u teknoloġiku għandu jkun proporzjonat għar-riskji attwali mġarrba.
7. Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha ssir immedjatament wara li l-korp ta’ koordinazzjoni jiġi akkreditat għall-ewwel darba u, fi kwalunkwe każ, qabel kwalunkwe nefqa li għaliha huwa responsabbli, tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:
(a) |
ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-korp ta’ koordinazzjoni; |
(b) |
l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fi ħdan il-korp ta’ koordinazzjoni; |
(c) |
ir-relazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli biex jikkollaboraw miegħu fit-twettiq tal-kompiti tiegħu; |
(d) |
il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ biex jiġi żgurat it-twettiq tal-kompiti tiegħu; |
(e) |
id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni; |
(f) |
ir-riżultat tal-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
8. Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-korp ta’ koordinazzjoni bir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati.
Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jintlaħqu l-kriterji ta’ akkreditazzjoni, l-akkreditazzjoni tista’:
(a) |
tinħareġ proviżorjament għal korp ta’ koordinazzjoni ġdid; |
(b) |
titqiegħed taħt prova għal korp ta’ koordinazzjoni eżistenti dment li jiġi segwit pjan ta’ azzjoni biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni. |
L-akkreditazzjoni għandha tiġi rtirata jekk il-kriterji tal-akkreditazzjoni ma jkunux ġew issodisfati u l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.
Artikolu 4
Dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni
1. Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu fi żmien xieraq biex il-korp taċ-ċertifikazzjoni joħroġ l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dak ir-Regolament.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu fil-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jiġu kkwalifikati b’riżervi li jikkwantifikaw l-impatt finanzjarju potenzjali. F’każ li jiġu espressi riżervi, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju u skeda ta’ żmien preċiża għall-implimentazzjoni tiegħu.
2. Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq superviżjoni effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ matul is-sena.
Artikolu 5
Ċertifikazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha taħtar il-korp taċ-ċertifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Fejn ikun hemm aktar minn korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jaħtar korp taċ-ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.
2. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jorganizza l-ħidma tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti, u jrid iwettaq il-verifiki tiegħu f’perjodu ta’ żmien xieraq, filwaqt li jqis in-natura u ż-żmien tat-tranżazzjonijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata.
3. L-opinjoni li trid tingħata mill-korp taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha titfassal kull sena.
Dik l-opinjoni għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol tal-awditjar li jrid jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jfassal rapport bis-sejbiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-funzjonijiet delegati tal-aġenzija tal-pagamenti f’konformità mat-Taqsima 1.(D) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Ir-rapport għandu jiddikjara jekk, għall-perjodu kopert mir-rapport:
(a) |
l-aġenzija tal-pagamenti kkonformatx mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni; |
(b) |
il-proċeduri tal-aġenzija tal-pagamenti kinux tali li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li n-nefqa imposta fuq il-Fondi kienet effettwata f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, u b’hekk jiżguraw li:
|
(c) |
ir-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tal-output għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u r-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juri li hemm konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kien korrett; |
(d) |
il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament inżammu f’konformità mal-kotba u mar-rekords tal-aġenzija tal-pagamenti; |
(e) |
id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tal-operazzjonijiet ta’ intervent pubbliku kienu rekord materjalment vera, komplut u akkurat tal-operazzjonijiet imposti fuq il-Fondi; |
(f) |
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ġew imħarsa kif suppost fir-rigward tal-avvanzi mħallsa, il-garanziji miksubin, l-istokkijiet ta’ intervent u l-ammonti li għandhom jinġabru. |
Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar in-numru u l-kwalifiki tal-persunal li jwettaq l-awditu, ix-xogħol li jkun sar, is-sistemi eżaminati, il-livell ta’ materjalità u ta’ fiduċja miksub fejn applikabbli, kwalunkwe dgħufija li tinstab u rakkomandazzjonijiet magħmula għat-titjib u l-operazzjonijiet kemm tal-korp taċ-ċertifikazzjoni kif ukoll ta’ korpi oħra tal-awditjar, interni u esterni għall-aġenzija tal-pagamenti, li minnhom inkisbet l-assigurazzjoni kollha tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jew parti minnha dwar il-kwistjonijiet irrapportati.
Artikolu 6
Prinċipji tal-awditjar
1. L-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali.
2. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jħejji strateġija tal-awditjar li tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, iż-żmien u d-direzzjoni tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni, il-metodi tal-awditjar u l-metodoloġija tal-kampjunar, filwaqt li jiddistingwi t-tipi ta’ intervent imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 minn miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Għandu jiġi żviluppat pjan tal-awditjar fir-rigward ta’ kull sena finanzjarja awditjata abbażi tar-riskju stmat tal-awditjar. Fuq talba, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-istrateġija tal-awditjar u l-pjan tal-awditjar.
3. Il-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar għandu jinkiseb fir-rigward tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza, il-korrettezza tar-rapportar tal-prestazzjoni, l-opinjoni vera u ġusta tal-kontijiet annwali u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014, kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III tal-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2 u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni.
Dan għandu jsir permezz tal-awditjar tas-sistema u l-ittestjar tal-konformità fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema ta’ governanza, l-ittestjar tal-kompletezza u tal-preċiżjoni u l-proċeduri analitiċi għas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni.
Fir-rigward tal-awditjar tal-kontijiet annwali għandu jiġi applikat ittestjar sostantiv tan-nefqa, inkluż test tad-dettalji. Fir-rigward tal-awditjar tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ittestjar għandu jinkludi verifika fuq il-post.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida, li jkun fihom, b’mod partikolari:
(a) |
kjarifika u gwida ulterjuri fir-rigward tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni li jrid jitwettaq; |
(b) |
id-determinazzjoni tal-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar. |
Artikolu 7
Metodi tal-awditjar
1. Il-metodi tal-awditjar rilevanti għall-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu definiti fl-istrateġija tal-awditjar prevista fl-Artikolu 6(2).
2. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-awditjar u sabiex tinħareġ l-opinjoni kif stabbilit fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-passi tal-awditjar għandhom jinkludu awditi tas-sistemi, ittestjar sostantiv, fejn meħtieġ, u l-verifika tar-rikonċiljazzjonijiet fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u ta’ ġestjoni.
3. Fir-rigward tal-awditjar tas-sistemi ta’ governanza, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditi tas-sistemi li jistgħu jinkludu ttestjar tal-konformità kif ukoll l-ittestjar tal-kontrolli ġenerali tal-IT u tal-kontrolli tal-applikazzjoni, għall-fini ta’ verifika tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tas-sistema.
4. L-ittestjar sostantiv tan-nefqa għandu jkopri l-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti fil-livell tal-benefiċjarji finali fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għal dawn il-finijiet, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jakkumpanja lill-aġenzija tal-pagamenti meta twettaq verifiki fuq il-post fil-livell sekondarju. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ ma jakkumpanjax lill-aġenzija tal-pagamenti meta din twettaq il-verifiki inizjali fuq il-post, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun fiżikament impossibbli li ssir verifika mill-ġdid tal-kontroll inizjali mwettaq mill-aġenzija tal-pagamenti.
5. Fir-rigward tal-awditjar tas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu japplika ttestjar tar-rekords u bażijiet tad-data biex jivverifika jekk l-indikaturi tal-output tal-prestazzjoni u tar-riżultati rrapportati humiex irrapportati b’mod korrett u jaqblux man-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni jew mal-objettivi ta’ intervent, rispettivament. Il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti għad-differenzi bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi għall-indikatur tal-output f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu vverifikati u kkonfermati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-ħidma tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll il-verifika tal-kalkolu tal-indikaturi.
6. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jibbaża fuq ir-riżultati tal-awditjar tal-awdituri esterni tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji għall-fini ta’ assigurazzjoni ġenerali u fuq din il-bażi, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jiddeċiedi li jillimita x-xogħol tal-awditjar tiegħu stess.
Fil-kuntest tal-fondi ta’ garanzija, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jwettaq awditi tal-korpi li jipprovdu self sottostanti ġdid biss meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a) |
id-dokumenti ta’ sostenn, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-riċevituri finali, ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju; |
(b) |
ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju ma jirrappreżentawx rekord vera u akkurata tal-appoġġ ipprovdut. |
L-Istat Membru għandu jiddefinixxi l-arranġamenti biex jiżgura r-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III, li juri l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati.
7. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist li jimplimenta strumenti finanzjarji, sa tmiem kull sena kalendarja, għandu jipprovdi lill-Istati Membri bir-rapport annwali tal-awditjar imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 imħejji mill-awdituri esterni tagħhom li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
8. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kundizzjonijiet u gwida ulterjuri dwar it-tfassil tal-proċeduri tal-awditjar, l-integrazzjoni tal-kampjunar, l-ippjanar u t-twettiq tal-verifika mill-ġdid fuq il-post tat-tranżazzjonijiet, fejn meħtieġ, permezz tal-linji gwida kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).
KAPITOLU II
Ġestjoni finanzjarja tal-Fondi
Artikolu 8
Kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti
1. Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet li jkopru biss in-nefqa u d-dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 6 u 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-użu tal-fondi magħmula disponibbli għaliha biex tħallas in-nefqa korrispondenti. Dawk il-kontijiet għandhom jippermettu li d-data finanzjarja għall-Fondi tiġi distinta u pprovduta separatament.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni tan-nefqa effettwata u tad-dħul assenjat riċevut fuq talba tagħha.
2. L-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom iżommu kontijiet li jkopru l-ammonti espressi fil-munita li fiha tkun iġġarrbet in-nefqa u d-dħul riċevut. Madankollu, sabiex in-nefqa u d-dħul kollha tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkonsolidati, dawn iridu jkunu jistgħu jipprovdu d-data korrispondenti fil-munita nazzjonali u fl-euro.
3. Fir-rigward tal-FAEŻR, kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm kontijiet li jippermettu li jiġu identifikati l-operazzjonijiet kollha għal kull pjan u għal kull intervent. Tali kontijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(a) |
l-ammont ta’ nefqa pubblika u l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa għal kull operazzjoni; |
(b) |
l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji għal irregolaritajiet jew negliġenza misjuba; |
(c) |
l-ammonti rkuprati, b’indikazzjoni tal-operazzjoni oriġinali. |
Artikolu 9
Stabbiliment tad-dikjarazzjoni tan-nefqa
1. L-ammont tal-pagament li għandu jingħata lil benefiċjarju skont il-FAEG għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2. In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEG għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità.
3. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 għandu jservi għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013, rispettivament, bħala bażi għat-tnaqqis tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
4. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 u fil-każ speċifiku ta’ pagamenti diretti u l-programmi msemmija fil-paragrafu 3, l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jikkostitwixxi l-ammont li għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni.
5. In-nefqa ddikjarata lill-FAEG għandha sservi bħala bażi għall-verifika tal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni.
6. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-penali amministrattivi fir-rigward tal-kundizzjonalità kif imsemmi fit-Titolu IV, il-Kapitoli IV u V, tar-Regolament (UE) 2021/2116.
7. B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jħallsu avvanzi għal pagamenti diretti mingħajr ma japplikaw ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lill-benefiċjarji fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal sena partikolari. Il-pagament tal-bilanċ li għandu jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta’ Diċembru għandu jqis ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja applikabbli f’dak iż-żmien għall-ammont totali ta’ pagamenti diretti fis-sena kalendarja korrispondenti.
Artikolu 10
Komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri
1. F’konformità mal-punt (c)(i) u (ii) tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku u mhux aktar tard mis-seba’ jum ta’ kull xahar, l-informazzjoni u d-dokumenti dwar in-nefqa u d-dħul assenjat imsemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari d-dikjarazzjoni tan-nefqa mfassla f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Madankollu, il-komunikazzjoni dwar in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat riċevut bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru.
L-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
2. Id-dikjarazzjoni tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn tal-anqas:
(a) |
dikjarazzjoni, imfassla minn kull aġenzija tal-pagamenti, imqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Unjoni u skont in-nefqa u d-dħul assenjat, abbażi ta’ nomenklatura dettaljata magħmula disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni lill-Istati Membri li tkopri:
Meta l-istimi għat-tliet xhur li ġejjin, kif imsemmi fil-punt (iii) tal-ewwel subparagrafu jaqgħu fis-sena finanzjarja li jmiss, ikun meħtieġ li jiġi pprovdut biss it-total għal kull xahar; |
(b) |
il-kontijiet li jagħtu prova tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-intervent pubbliku. |
3. L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.
Artikolu 11
Regoli ġenerali dwar id-dikjarazzjoni tan-nefqa u dwar id-dħul assenjat
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-ħżin pubbliku msemmija fl-Artikolu 12, in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ xahar partikolari għandhom jikkorrispondu għall-pagamenti u l-irċevuti li effettivament saru matul dak ix-xahar.
Dik in-nefqa u d-dħul assenjat għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet tal-baġit tal-FAEG fir-rigward tas-sena finanzjarja korrispondenti.
Madankollu:
(a) |
in-nefqa li tista’ titħallas qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tippermetti li din titħallas kompletament jew parzjalment mill-FAEG tista’ tiġi ddikjarata biss:
|
(b) |
id-dħul assenjat lill-FAEG għandu jiġi ddikjarat fir-rigward tax-xahar li matulu jiskadi ż-żmien tal-pagament tal-ammonti korrispondenti, stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, . Meta l-korrezzjonijiet tad-dħul assenjat iwasslu, fil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti, għad-dikjarazzjoni ta’ dħul assenjat negattiv għal linja tal-baġit, il-korrezzjonijiet żejda għandhom jiddaħħlu fix-xahar ta’ wara. |
2. L-ispejjeż u d-dħul assenjat jitqiesu fid-data li fiha l-kont tal-aġenzija tal-pagamenti jkun ġie debitat jew kreditat. Madankollu, għall-pagamenti, id-data li għandha titqies tista’ tkun id-data li fiha l-aġenzija kkonċernata tkun ħarġet id-dokument ta’ pagament u tibagħtu lil istituzzjoni finanzjarja jew lill-benefiċjarju. Kull aġenzija tal-pagamenti għandha tuża l-istess metodu matul is-sena finanzjarja.
3. Ordnijiet għall-pagament li ma jiġux eżegwiti u pagamenti debitati lill-kont, imbagħad kreditati mill-ġdid, għandhom jintwerew fil-kontijiet bħala tnaqqis min-nefqa fir-rigward tax-xahar li matulu jiġi rrapportat in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew il-kanċellazzjoni lill-aġenzija tal-pagamenti.
4. Meta l-pagamenti dovuti skont il-FAEG ikunu mxekkla minn pretensjonijiet, dawn għandhom jitqiesu li jkunu saru fl-intier tagħhom għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1:
(a) |
fid-data tal-pagament tas-somma dovuta lill-benefiċjarju, jekk il-pretensjoni tkun inqas min-nefqa mħallsa; |
(b) |
fid-data tat-tpaċija, jekk in-nefqa tkun inqas mill-pretensjoni jew daqsha. |
Artikolu 12
Regoli speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku
1. L-operazzjonijiet li għandhom jitqiesu għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku għandhom ikunu dawk imdaħħla fl-aħħar ta’ xahar partikolari fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti, li seħħew mill-bidu tas-sena kontabilistika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 sal-aħħar ta’ dak ix-xahar.
2. Dikjarazzjonijiet tal-infiq bħal dawn għandhom jinkludu l-valuri u l-ammonti determinati f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 (14) imdaħħla fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti matul ix-xahar li jsegwi dak li huma relatati miegħu l-operazzjonijiet.
Madankollu:
(a) |
fil-każ ta’ operazzjonijiet imwettqa matul Settembru, il-valuri u l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru; |
(b) |
fil-każ tal-ammonti ta’ deprezzament ġenerali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data stabbilita fid-deċiżjoni li tipprevedihom. |
Artikolu 13
Deċiżjoni ta’ pagament mill-Kummissjoni
1. Abbażi tad-data mibgħuta f’konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, mingħajr preġudizzju għall-korrezzjonijiet li jistgħu jsiru permezz ta’ deċiżjonijiet sussegwenti f’konformità mal-Artikoli 53, 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament u b’kont meħud tat-tnaqqis u tas-sospensjonijiet deċiżi f’konformità mal-Artikoli 39 sa 42 ta’ dak ir-Regolament.
2. Jekk in-nefqa totali ddikjarata mill-Istati Membri għas-sena finanzjarja ta’ wara taqbeż it-tliet kwarti tal-approprjazzjonijiet totali tal-FAEG għas-sena finanzjarja attwali, l-impenji bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-pagamenti korrispondenti ta’ kull xahar għandhom jingħataw bi proporzjon mad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, sa massimu ta’ 75 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja attwali. Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet dwar ir-rimborżi sussegwenti.
Artikolu 14
Tqegħid ta’ riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri
Billi tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fil-qafas tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, ir-riżorsi meħtieġa biex ikopru n-nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mill-FAEG, bl-ammont korrispondenti ta’ dħul assenjat imnaqqas, fil-kont miftuħ minn kull Stat Membru.
Meta l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament ikun negattiv għal Stat Membru fit-total jew għal linja baġitarja partikolari, it-tpaċija effettiva tista’ tiġi differita għax-xhur ta’ wara.
Artikolu 15
Komunikazzjoni taħt intervent pubbliku
1. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:
(a) |
fuq talba tal-Kummissjoni, id-dokumenti u l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali addizzjonali adottati għall-applikazzjoni u l-ġestjoni tal-miżuri ta’ intervent; |
(b) |
sal-jum previst fl-Artikolu 10(1), ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni dwar il-ħżin pubbliku, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni. |
2. Is-sistemi ta’ informazzjoni relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25 għandhom jintużaw biex jitwettqu n-notifiki u l-iskambji ta’ informazzjoni u biex jitħejjew id-dokumenti b’rabta mal-infiq ta' intervent pubbliku.
Artikolu 16
Kontenut tal-kontijiet tal-ħżin pubbliku li għandhom jinżammu mill-aġenziji tal-pagamenti
1. Il-kontijiet tal-istokk previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandu jkun fihom il-kategoriji ta’ elementi li ġejjin, murija separatament:
(a) |
il-kwantitajiet ta’ prodotti rreġistrati mad-dħul u mat-tneħħija mill-ħżin, b’moviment fiżiku jew mingħajru; |
(b) |
il-kwantitajiet użati għad-distribuzzjoni b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, u li huma kkunsidrati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, li jiddistingwi lil dawk li huma s-suġġett ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor; |
(c) |
il-kwantitajiet meħuda bħala kampjuni, li jiddistingwu l-kampjuni meħuda mix-xerrejja; |
(d) |
il-kwantitajiet li, wara li jiġu vverifikati permezz ta’ eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir l-intervent, ma jistgħux jibqgħu jiġu imballati mill-ġdid u huma s-suġġett ta’ bejgħ dirett; |
(e) |
il-kwantitajiet neqsin, għal raġunijiet identifikabbli jew mhux identifikabbli, inklużi dawk li jikkorrispondu għal-limiti ta’ tolleranza legali; |
(f) |
il-kwantitajiet li ddeterjoraw; |
(g) |
il-kwantitajiet żejda; |
(h) |
il-kwantitajiet neqsin li jaqbżu l-limiti ta’ tolleranza; |
(i) |
il-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu fil-ħżin u li nstabu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti u li għalhekk l-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet irrifjutata; |
(j) |
il-kwantitajiet netti maħżuna fl-aħħar ta’ kull xahar jew sena kontabilistika, li jiġu riportati għax-xahar jew għas-sena kontabilistika ta’ wara. |
2. Il-kontijiet finanzjarji previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandhom jinkludu:
(a) |
il-valur tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, li juri separatament il-valur tal-kwantitajiet mixtrija u tal-kwantitajiet mibjugħa; |
(b) |
il-valur kontabilistiku tal-kwantitajiet użati jew ikkunsidrati taħt l-arranġamenti ta’ distribuzzjoni b’xejn imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu; |
(c) |
il-kostijiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014; |
(d) |
In-nefqa fuq operazzjonijiet fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014; |
(e) |
l-ammonti li jirriżultaw mid-deprezzament kif imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014; |
(f) |
l-ammonti miġbura jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament; |
(g) |
l-ammont mill-bejgħ dirett trasferit wara l-inventarju annwali jew wara l-verifiki li jseħħu wara li l-prodotti jittieħdu fil-ħżin tal-intervent; |
(h) |
it-telf u d-dħul mat-tneħħija tal-prodotti, bil-kunsiderazzjoni tad-deprezzament kif hemm referenza fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu; |
(i) |
debiti u krediti oħra, b’mod partikolari dawk li jikkorrispondu għall-kwantitajiet imsemmija fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
(j) |
il-valur kontabilistiku medju, espress għal kull tunnellata |
Artikolu 17
Kontabilità relatata ma’ intervent pubbliku
1. L-elementi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16 għandhom jiddaħħlu għall-kwantitajiet, il-valuri, l-ammonti u l-medji reġistrati attwalment mill-aġenziji tal-pagamenti jew għall-valuri u l-ammonti kkalkulati abbażi tal-ammonti standard stabbiliti mill-Kummissjoni.
2. Ir-rekords u l-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli li ġejjin:
(a) |
il-kostijiet tat-tneħħija relatati mal-kwantitajiet li għalihom ġew irreġistrati telf jew deterjorament kwantitattiv, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Annessi VI u VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet biss għall-kwantitajiet effettivament mibjugħa u mneħħija mill-ħżin; |
(b) |
il-kwantitajiet irreġistrati bħala neqsin mat-trasferiment bejn l-Istati Membri ma għandhomx jitqiesu li jkunu daħlu fil-ħżin fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u ma għandhomx ikunu koperti mill-kostijiet standard tad-dħul; |
(c) |
il-kostijiet standard tad-dħul u tat-tneħħija stabbiliti għat-trasport u għat-trasferiment għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet jekk dawk il-kostijiet ma jitqisux, skont ir-regoli tal-Unjoni, bħala parti integrali mill-kostijiet tat-trasport; |
(d) |
sakemm ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jipprovdux mod ieħor, l-ammonti li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ prodotti li ddeterjoraw u kwalunkwe ammont ieħor riċevut f’dan il-kuntest ma għandhomx jiddaħħlu fir-rekords tal-kontijiet tal-FAEG; |
(e) |
kwalunkwe kwantità żejda rreġistrata għandha tiddaħħal fil-kontijiet bħala ammont negattiv, fil-kwantitajiet neqsin fis-sitwazzjoni tal-istokk u fil-movimenti. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu inklużi meta jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li jaqbżu l-limitu ta’ tolleranza; |
(f) |
kampjuni oħra barra dawk meħuda mix-xerrejja għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet f’konformità mal-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014. |
3. Korrezzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-elementi msemmija fl-Artikolu 16 għas-sena ta’ kontabilità attwali, għandhom jiġu notifikati lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Dawn jistgħu jiġu nnotifikati lill-Istati Membri fl-okkażjoni ta’ deċiżjoni ta’ pagament ta’ kull xahar jew, fin-nuqqas ta’ dan, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti skont it-termini ta’ dik id-deċiżjoni.
Artikolu 18
Dati għad-dħul tan-nefqa u tad-dħul u tal-movimenti tal-prodotti fil-kontijiet għall-intervent pubbliku
1. Id-diversi entrati ta’ nefqa u dħul għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent pubbliku u bl-użu tar-rata tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014.
Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:
(a) |
id-data tal-wasla, fil-każ tal-ammonti riċevuti jew irkuprati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2), il-punti (f) u (g), ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
id-data tal-pagament reali tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet fiżiċi, fejn tali kostijiet ma humiex koperti minn ammonti standard. |
2. Id-diversi elementi relatati mal-moviment fiżiku tal-prodotti u mal-ġestjoni tal-istokkijiet għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent.
Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:
(a) |
id-data tal-akkwiżizzjoni tal-prodotti mill-aġenzija tal-pagamenti, f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (15), għall-kwantitajiet li jidħlu fil-ħżin pubbliku mingħajr ebda bidla fil-post tal-ħżin; |
(b) |
fir-rigward tal-kwantitajiet neqsin jew iddeterjorati u żejda, id-data tas-sejba dwar il-fatti fil-każ ta’ kwantitajiet nieqsa jew iddeterjorati u żejda; |
(c) |
id-data tat-tneħħija attwali mill-ħżin, fil-każ ta’ bejgħ dirett ta’ prodotti li jibqgħu fil-ħżin li ma jistgħux jiġu imballati mill-ġdid wara eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir intervent; |
(d) |
l-aħħar jum tas-sena kontabilistika, għal kwalunkwe telf li jaqbeż il-limitu ta’ tolleranza msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. |
Artikolu 19
Ammont iffinanzjat taħt intervent pubbliku
1. L-ammont li għandu jiġi ffinanzjat skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-kontijiet imfassla u miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, u li għalih id-diversi entrati ta’ nfiq u dħul imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament huma ddebitati u kkreditati, rispettivament, filwaqt li jitqiesu, fejn meħtieġ, l-ammonti ta’ nfiq stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.
2. L-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi ta’ koordinazzjoni kif xieraq għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, kull xahar u kull sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għall-finanzjament tan-nefqa fuq il-ħżin pubbliku u l-kontijiet li jixhdu n-nefqa u d-dħul relatati mal-ħżin pubbliku fil-forma ta’ tabelli, sal-jum previst fl-Artikolu 10(1) u sad-data prevista fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 20
Dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul tal-intervent pubbliku
1. Il-finanzjament mill-FAEG skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jkun ugwali għan-nefqa, ikkalkolat abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-miżuri ta’ intervent, ivvalidat mis-sistema ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni u inkluż mill-aġenzija tal-pagamenti fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħha mfassla f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.
2. Is-somom irkuprati f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-ammonti riċevuti jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ddikjarati lill-baġit tal-FAEG f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Previżjoni tar-rekwiżiti ta’ finanzjament
Għal kull Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u mill-31 ta’ Awwissu, il-previżjonijiet tagħhom tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għas-sena finanzjarja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jibagħtu stima aġġornata tat-talbiet ta’ finanzjament tagħhom għas-sena finanzjarja ta’ wara.
Dawk il-previżjonijiet u dik l-istima aġġornata għandhom jintbagħtu abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
Artikolu 22
Dikjarazzjonijiet tan-nefqa
1. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiddikjaraw in-nefqa u l-ammont irkuprat għal kull tip ta’ żvilupp rurali ta’ intervent u assistenza teknika skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-mudell li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
Għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jispeċifikaw f’dikjarazzjoni tan-nefqa tal-anqas dan li ġej:
(a) |
l-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalih l-aġenzija tal-pagamenti tkun fil-fatt ħallset il-kontribuzzjoni korrispondenti tal-FAEŻR matul kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 32(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2021/2116; |
(c) |
l-informazzjoni addizzjonali dwar l-avvanzi mħallsa lill-benefiċjarji kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116; |
(d) |
l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(e) |
l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR mill-2007 ’il quddiem, li għalihom l-Istati Membri ma humiex aktar obbligati jibagħtu dikjarazzjoni interim tan-nefqa; |
(f) |
l-ammonti relatati mal-assistenza teknika. |
In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEŻR għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.
2. Ladarba l-Kummissjoni tkun approvat Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom sal-iskadenzi li ġejjin:
(a) |
sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu; |
(b) |
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju; |
(c) |
sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru; |
(d) |
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru. |
Jekk fi Stat Membru, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġi implimentat minn aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jiġu trażmessi fl-istess jum.
Madankollu, in-nefqa kollha mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) 2021/2115 sa tmiem l-aħħar perjodu, kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, qabel l-approvazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament, issir taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u għandha tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-approvazzjoni ta’ dak il-pjan. L-ammonti rkuprati għall-perjodu korrispondenti, kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jiġu ddikjarati wkoll f’dik id-dikjarazzjoni. L-istess regola għandha tapplika mutatis mutandis f’każ ta’ emenda ta’ Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115, ħlief għall-aġġustamenti tal-pjan ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.
Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa għandha tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja meta l-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jiġu ssodisfati u tkun saret mill-aġenzija tal-pagamenti qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja.
L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.
Artikolu 23
Kalkolu tal-ammont li għandu jitħallas
1. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha titħallas fir-rigward tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115 (5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandha tissemma’ fil-pjan ta’ finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ referenza u għandha tiġi kkalkolata fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament kif ġej:
(a) |
għal kull perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR kif previst fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
għal ċerti tipi eliġibbli ta’ nefqa, imsemmija fl-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fil-perjodu 2023-2027, abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet f’dak l-Artikolu; |
(c) |
assistenza teknika abbażi ta’ rata fissa, kif imsemmi fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
Il-kalkolu għandu jqis il-korrezzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif iddikjarati fid-dikjarazzjoni tan-nefqa għal dak il-perjodu.
2. Mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu previst fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, meta t-total ikkombinat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa lill-Pjan Strateġiku tal-PAK jaqbeż il-kontribuzzjoni għal tip ta’ intervent, fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas għall-ammont ipprogrammat għal dak it-tip ta’ intervent. Kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni eskluża b’riżultat ta’ dan tista’ titħallas aktar tard dment li jkun ġie sottomess pjan ta’ finanzjament aġġustat mill-Istat Membru u jkun ġie approvat mill-Kummissjoni.
Artikolu 24
Diżimpenn awtomatiku
F’każ li Stat Membru ma jissottomettix pjan ta’ finanzjament rivedut, kif previst fl-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116, u l-emenda relatata tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull tip ta’ intervent pro rata, billi temenda d-deċiżjoni li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru.
Artikolu 25
Skambju elettroniku ta’ informazzjoni u dokumenti
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji elettroniċi ta’ dokumenti u informazzjoni bejniethom u l-Istati Membri għall-komunikazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ informazzjoni prevista fl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom. Din għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-sistemi permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
2. Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw b’mod partikolari:
(a) |
id-data meħtieġa għat-tranżazzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari dawk relatati mal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u d-dħul assenjat u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 14, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
dokumenti ta’ interess komuni li jippermettu li jiġu mmonitorjati d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim tan-nefqa u tal-kontijiet annwali u l-informazzjoni u d-dokumenti li l-aġenziji tal-pagamenti jridu jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni li għandhom jiġu kkonsultati; |
(c) |
it-testi tal-Unjoni u l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni mill-awtoritajiet akkreditati u maħtura skont ir-Regolament (UE) 2021/2116, u l-linji gwida dwar l-applikazzjoni armonizzata tal-leġiżlazzjoni rilevanti. |
3. Il-forma u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 10, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 għandhom ikunu magħmulin disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri b’mudelli permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
Dawn il-mudelli għandhom jiġu adattati u aġġornati mill-Kummissjoni, wara li tkun infurmat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
4. Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jkun fihom l-għodod meħtieġa għall-ħżin tad-data u għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-Fondi mill-Kummissjoni.
5. Id-data dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tiġi kkomunikata, imdaħħla u aġġornata fis-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti, mill-aġenziji tal-pagamenti nfushom jew minn korpi li lilhom tkun ġiet iddelegata dik il-funzjoni, fejn applikabbli permezz tal-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati f’konformità mal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6. Meta dokument mibgħut skont l-Artikolu 90(1), il-punt (c),(i) u (iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew proċedura fis-sistemi tal-informazzjoni jkun jeħtieġ il-firma jew l-approvazzjoni ta’ persuna awtorizzata f’wieħed jew aktar mill-istadji ta’ dik il-proċedura, dik il-firma elettronika obbligatorja jew l-approvazzjoni għandha ssir f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
7. Id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati għandhom jinżammu għall-perjodu kollu previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.
8. Meta jkun hemm ħsara f’sistema ta’ informazzjoni jew l-ebda konnessjoni stabbli, l-Istat Membru jista’, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti f’forma oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.
Artikolu 26
Rekwiżiti għar-rimborż tan-nefqa għall-Fondi
1. Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għall-Fondi għandhom jiddaħħlu fil-forma ta’ data strutturata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jew mill-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
2. In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat tal-FAEG iddikjarati fir-rigward ta’ perjodu jista’ jkun fihom korrezzjonijiet għad-data ddikjarata fir-rigward tal-perjodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti tal-istess sena finanzjarja.
3. In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat li għandhom jiġu imposti għas-sena finanzjarja mhux introdotti rispettivament fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim jistgħu jiġu kkoreġuti biss fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (c)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
4. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-Kummissjoni, soġġetta għad-disponibbiltà tar-riżorsi, fil-kont(ijiet) miftuħ(in) minn kull Stat Membru.
5. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-isem jew bin-numri tal-kont(ijiet) f’konformità mal-format li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għalih.
Artikolu 27
Sospensjoni tal-pagamenti
L-atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament għandhom iqisu s-sospensjoni tal-pagamenti deċiżi f’konformità mal-Artikoli 40(1) u (2), 41(2) u 42(2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 28
Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni
1. Wara l-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni sottomessa mill-Istat Membru fil-kuntest tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti pjan ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116. L-Istat Membru għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. F’dak il-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju konkreti biex jindirizza n-nuqqasijiet u jidentifika l-interventi, li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-azzjonijiet ta’ rimedju għandhom jiġu deskritti f’dettall suffiċjenti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex xieraq biex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet, inkluż, fejn rilevanti, l-azzjonijiet biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-interventi kkonċernati.
2. Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn minn meta jitnieda l-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-perjodu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll indikaturi tal-progress lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.
3. Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni.
4. Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien xahrejn, jekk tqisx li l-pjan ta’ azzjoni huwa biżżejjed biex jindirizza n-nuqqasijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5. L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni fil-mument tas-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3)( tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.
Artikolu 29
Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ governanza
1. L-Istat Membru għandu jissottometti l-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116 fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproponi azzjonijiet konkreti biex jindirizza kull wieħed min-nuqqasijiet serji indikati mill-Kummissjoni. L-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu deskritti b’mod adegwat sabiex il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex biżżejjed biex jirrimedja n-nuqqasijiet.
2. Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn mid-data tat-tnedija tal-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-indikaturi tal-progress, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll stadji importanti lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.
3. Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni. F’każijiet debitament ġustifikati, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż.
4. Wara l-iskambji msemmija fil-paragrafu 3, u mhux aktar tard minn xahrejn wara li tirċievi l-aħħar komunikazzjoni mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub dwar il-valutazzjoni tagħha. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva minħabba pjan ta’ azzjoni manifestament insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5. Fejn ma jkunx hemm progress suffiċjenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni jew ma jkunx ġie sottomess f’konformità mat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6. Għal nuqqasijiet serji rikorrenti żvelati fir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68(3), 69(6) u 70(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha titlob pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament, jekk l-istess nuqqasijiet jiġu identifikati mingħajr ebda titjib fit-tieni sena konsekuttiva.
7. L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.
KAPITOLU III
Approvazzjoni tal-kontijiet
Artikolu 30
Irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti
1. Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta’ irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura talba għall-irkupru mill-benefiċjarji fi żmien raġonevoli wara, fejn applikabbli, l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru jkun irċieva rapport ta’ kontroll jew dokument simili, li jiddikjara li seħħet irregolarità. Is-sistema għandha tiżgura li l-ammonti korrispondenti jiġu rreġistrati fil-ħin tat-talba għall-irkupru fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.
2. L-Istati Membri għandu jkollhom sistema fis-seħħ biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ rkupru, inkluż il-kalkolu tal-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116, it-tpaċija u l-infurzar ta’ ammonti mħallsa mhux dovuti, jiġu mnedija u segwiti fil-ħin. Għandu jiġi żgurat is-segwitu ta’ dejn skont il-proċedura nazzjonali ta’ rkupru applikabbli u l-ammonti rkuprati għandhom jiġu rimborżati lill-Fondi fi żmien xieraq.
3. Il-korrezzjoni ta’ dejn lejn il-Fondi għandha sseħħ biss jekk in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità jiġi rreġistrat minn strument amministrattiv jew legali ta’ natura finali.
4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kif xieraq it-tħassir ta’ dejn u d-deċiżjoni li ma jiġix segwit l-irkupru ta’ dejn f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.
Artikolu 31
Irkupru permezz ta’ tpaċija
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra ta’ infurzar prevista mil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw kwalunkwe ammont mhux dovut li jirriżulta minn irregolarità pendenti ta’ benefiċjarju stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali kontra kwalunkwe pagament futur favur dak il-benefiċjarju, li għandu jsir mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-irkupru tad-dejn.
Artikolu 32
Kontenut tal-kontijiet annwali
1. Il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jinkludu:
(a) |
id-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
in-nefqa tal-FAEG wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut mhux irkuprat fi tmiem is-sena finanzjarja minbarra dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqhom, miġbura fil-qosor skont l-entrata u s-subpartita tal-baġit tal-Unjoni; |
(c) |
in-nefqa tal-FAEŻR, skont il-programm, il-miżura jew it-tip ta’ intervent kif applikabbli u r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika. Id-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ammonti rkuprati. Ladarba jingħalaq programm jew Pjan Strateġiku tal-PAK, kwalunkwe pagament mhux dovut li ma jkunx irkuprat għajr dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqu, għandu jitnaqqas min-nefqa tas-sena finanzjarja inkwistjoni; |
(d) |
tabella tad-differenzi skont l-entrata u s-subpartita jew, fil-każ tal-FAEŻR skont il-programm, il-miżura jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u skont ir-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika u l-qasam ta’ prijorità fejn applikabbli, bejn in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarat fil-kontijiet annwali u dak iddikjarat għall-istess perjodu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punt b), ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEG, u l-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEŻR, akkumpanjata minn spjegazzjoni għal kull differenza; |
(e) |
separatament, l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Unjoni, rispettivament, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) fir-rigward ta’:
|
(f) |
estratt tal-pagamenti mhux dovuti li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja bħala konsegwenza ta’ irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (21), inkluż kwalunkwe penali previsti mir-regoli settorjali applikabbli tal-Unjoni u l-imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Għan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi ppreżentat f’tabella estratt ta’ pagamenti mhux dovuti f’konformità mas-sett ta’ mudell stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014; |
(g) |
estratt mill-ktieb tad-debituri tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u kkreditati lill-FAEG jew lill-FAEŻR minbarra dawk imsemmija fil-punti (b), (c) (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe penali u imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu; |
(h) |
sommarju tal-operazzjonijiet ta’ intervent u dikjarazzjoni tal-kwantità u l-post tal-ħażniet fi tmiem is-sena finanzjarja; |
(i) |
konferma li n-nefqa, id-dħul assenjat u d-dettalji ta’ kull moviment tal-ħżin tal-intervent jinżammu fuq il-fajls u r-rekords kontabilistiċi tal-aġenzija tal-pagamenti; |
(j) |
il-bilanċ tal-għeluq fi tmiem is-sena finanzjarja ta’ avvanzi akkumulati mhux użati/mhux approvati mħallsa mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, iddettaljati għall-FAEG skont l-intervent u għall-FAEŻR skont il-programm, jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u għal dan tal-aħħar, inklużi l-istrumenti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, il-bilanċ tal-għeluq jikkonċerna l-ammonti mħallsa bħala avvanzi mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 32(4) il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li la ntużaw mill-Istati Membri għal pagamenti lil jew għall-benefiċċju tar-riċevituri finali u lanqas ma ġew impenjati għal kuntratti ta’ garanzija jew imħallsa bħala tariffi u kostijiet ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
2. Il-kontijiet annwali għandhom ikunu l-bażi tar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni li għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Artikolu 33
Trażmissjoni ta’ informazzjoni
1. Għall-finijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:
(a) |
l-entrati inklużi fil-kontijiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
l-opinjoni u r-rapporti stabbiliti mill-korp jew mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-firxa tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, sottomess mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-Pagament tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi r-rekords kompluti tal-informazzjoni kontabilistika kollha meħtieġa għall-finijiet tal-istatistika u tal-kontroll, relatata man-nefqa fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni kontabilistika għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni.
2. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li jkunu relatati magħha. Id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku f’konformità mal-format u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25.
Dawk id-dokumenti għandu jkollhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, aktar informazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tista’ tiġi indirizzata lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ xogħol meħtieġ għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.
4. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ taċċetta talba għal sottomissjoni tard tal-informazzjoni, jekk dik it-talba tiġi indirizzata lilha qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni.
Artikolu 34
Konservazzjoni tal-informazzjoni kontabilistika
1. Id-dokumenti ta’ sostenn dwar in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEG għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal tliet snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tas-sena finanzjarja kkonċernata skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2. Id-dokumenti ta’ sostenn rigward in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha jkun sar il-pagament finali mill-aġenzija tal-pagamenti.
3. Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew negliġenza, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha s-somom jiġu rkuprati kompletament mill-benefiċjarju u jiġu kkreditati lill-Fondi.
4. Id-dokumenti ta’ sostenn rigward l-outputs li jikkorrispondu għan-nefqa ddikjarata taħt il-FAEG skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u taħt il-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena finanzjarja kkonċernata.
5. Fil-każ ta’ proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha tkun ġiet konkluża dik il-proċedura jew, jekk deċiżjoni ta’ konformità tkun is-suġġett ta’ proċedimenti legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha jiġu konklużi dawk il-proċedimenti.
6. Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jew f’forma stampata, f’forma elettronika u/jew fiż-żewġ forom.
Id-dokumenti jistgħu jinżammu esklussivament f’forma elettronika jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tippermetti l-użu ta’ dokumenti elettroniċi bħala evidenza tat-tranżazzjonijiet sottostanti fi proċedimenti tal-qorti nazzjonali.
Jekk id-dokumenti jinżammu f’forma elettronika biss, is-sistema għal dan għandha tikkonforma mat-Taqsima 3.(B) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.
Artikolu 35
Approvazzjoni finanzjarja
1. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiddetermina l-ammonti tan-nefqa magħmula f’kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala li għandhom jitħallsu mill-Fondi abbażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe tnaqqis u sospensjoni skont l-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Għall-FAEŻR, l-ammont iddeterminat mid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandu jinkludi l-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw permezz ta’ riallokazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2. Fir-rigward tal-FAEG, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta’ kull xahar relatat man-nefqa li tkun saret fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet jew iżżidu miegħu.
Fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-ewwel pagament jew iżżidu miegħu li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat ir-riżultati tal-verifika tagħha tal-informazzjoni pprovduta, flimkien ma’ kwalunkwe emenda li tipproponi, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.
4. Jekk, għal raġunijiet attribwibbli għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tapprova l-kontijiet ta’ Stat Membru qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru bl-investigazzjonijiet addizzjonali li tipproponi li twettaq skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 36
Approvazzjoni tal-prestazzjoni
1. Meta jiġi ddeterminat liema ammonti għandhom jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni, meta jinstab li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u s-sejbiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura annwali tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni li ssir f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2. Meta, b’riżultat tad-dokumenti ta’ approvazzjoni annwali sottomessi mill-Istat Membru u fin-nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet suffiċjenti, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti, hija għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika d-differenza misjuba. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.
L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien skadenza li għandha tiġi stabbilita fil-komunikazzjoni, li ma għandhiex tkun inqas minn 30 jum kalendarju minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:
(a) |
jipprovdi kummenti u ġustifikazzjonijiet dwar id-differenzi stabbiliti; |
(b) |
juri lill-Kummissjoni li d-differenza attwali misjuba jew l-ammont li ma għandux outputs korrispondenti huwa inqas minn dak indikat mill-Kummissjoni; |
(c) |
jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura rapportar korrett tal-outputs jew biex jiżgura li n-nefqa jkollha output korrispondenti u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom. |
Il-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.
3. Il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex titnaqqas min-nefqa ta’ finanzjament tal-Unjoni li ma għandhiex output korrispondenti għas-sena finanzjarja inkwistjoni.
4. Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5. Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 37
Proċedura ta’ konformità
1. Sabiex tiddetermina liema ammonti għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni, meta ssib li n-nefqa ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ konformità li ssir f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Għall-interventi taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, imsemmija fl-Artikolu 65 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rapporti ta’ valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ ta’ raba’, tal-applikazzjoni ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ taż-żona.
2. Meta, bħala riżultat ta’ kwalunkwe investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma saritx f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, din għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika l-miżuri korrettivi meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità futura ma’ dawk ir-regoli, u li billi tindika l-livell proviżorju ta’ korrezzjoni finanzjarja li f’dak l-istadju tal-proċedura tqis li jikkorrispondi għas-sejbiet tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha wkoll tiskeda laqgħa bilaterali fi żmien 5 xhur wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tweġiba mill-Istat Membru. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.
L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:
(a) |
juri lill-Kummissjoni li l-firxa attwali tan-nuqqas ta’ konformità jew tar-riskju għall-Fondi hija inqas minn dik li ġiet indikata mill-Kummissjoni; |
(b) |
jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-Unjoni u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom. |
F’każijiet iġġustifikati u meta l-Istat Membru jagħmel talba motivata, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza estensjoni tal-perjodu ta’ xahrejn b’massimu ta’ xahrejn. Ir-raġuni ġġustifikata tista’ tkun il-valutazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-kalkolu tal-Istat Membru. It-talba għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu.
Jekk l-Istat Membru jqis li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni kif xieraq fit-tweġiba tiegħu għall-komunikazzjoni.
3. Fil-laqgħa bilaterali, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal ftehim dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kif ukoll dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 30 jum tax-xogħol mil-laqgħa bilaterali, tfassal il-minuti u tibgħathom lill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievi l-minuti.
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 6 xhur wara li tibgħat il-minuti tal-laqgħa bilaterali, tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru abbażi tal-informazzjoni riċevuta fil-qafas tal-proċedura tal-konformità. Dik il-komunikazzjoni għandha tevalwa n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għall-Artikolu 43(1) ta’ dan ir-Regolament.
Jekk Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, il-perjodu ta’ 6 xhur jibda mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika.
4. Meta l-Istat Membru jkun għamel użu mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru mhux aktar tard minn 6 xhur wara:
(a) |
il-wasla tar-rapport tal-korp ta’ konċiljazzjoni; |
(b) |
il-wasla ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru sal-iskadenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3), diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. |
5. Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 3 u 4 fil-perjodi ta’ żmien rispettivi, il-Kummissjoni għandu jkollha disponibbli l-informazzjoni kollha rilevanti f’dak l-istadju partikolari tal-proċedura. Meta l-Kummissjoni tqis li hija nieqsa mill-informazzjoni, fi kwalunkwe ħin fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawk il-paragrafi, din tista’:
(a) |
titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru, li l-Istat Membru għandu jwieġeb għaliha fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni; u/jew |
(b) |
tinforma lill-Istat Membru bl-intenzjoni tagħha li twettaq missjoni ta’ awditjar addizzjonali biex twettaq il-verifiki meħtieġa. |
F’dak il-każ, il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jerġgħu jibdew jew mal-wasla mill-Kummissjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba jew mill-aħħar jum tal-missjoni ta’ awditjar addizzjonali.
Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 u f’dan il-paragrafu li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.
6. Meta tiġi evalwata n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni, l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru wara l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3, it-tielet paragrafu, tista’ titqies biss:
(a) |
meta jkun meħtieġ li tiġi evitata sovrastima grossa tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni; u |
(b) |
jekk it-trażmissjoni tard tal-informazzjoni tkun iġġustifikata kif xieraq minn fatturi esterni u ma tikkompromettix l-adozzjoni f’waqtha mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
7. Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni waħda jew aktar skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa affettwata min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ ssegwi proċeduri konsekuttivi tal-konformità sakemm l-Istat Membru jkun fil-fatt implimenta l-miżuri korrettivi.
8. Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Madankollu, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi data differenti għat-tnaqqis jew li tawtorizza r-rimborż tiegħu f’mhux aktar minn tliet pagamenti akkonti meta dan ikun iġġustifikat mill-materjalità tat-tnaqqis inkluż f’att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din it-talba għal pagamenti akkont għandha tiġi sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 5 ijiem wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar id-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.
9. Għall-Istati Membri li huma soġġetti għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (22), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (23) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddifferixxi, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar mid-data tal-adozzjoni tagħha, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati wara l-1 ta’ Mejju 2025 skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (“deċiżjoni ta’ differiment”).
Id-deċiżjoni ta’ differiment għandha tawtorizza t-tnaqqis li għandu jsir wara t-tmiem tal-perjodu ta’ differiment fi tliet pagamenti akkonti annwali. Meta l-ammont totali soġġett għad-deċiżjoni ta’ differiment jirrappreżenta aktar minn 0,02 % tal-prodott domestiku gross tal-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza r-rimborż f’massimu ta’ ħames pagamenti akkonti annwali.
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, li testendi darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, il-perjodu ta’ żmien ta’ differiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
L-Istat Membru li jibbenefika minn deċiżjoni ta’ differiment għandu jiżgura li n-nuqqasijiet li kienu r-raġunijiet għat-tnaqqis u li jippersistu fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ differiment qed jiġu rrimedjati abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni, stabbilit f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, inklużi skadenzi u indikaturi ċari tal-progress. Il-Kummissjoni għandha temenda jew tħassar id-deċiżjoni ta’ differiment, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jirrimedja n-nuqqasijiet kif previst fil-pjan ta’ azzjoni; |
(b) |
il-progress tal-azzjonijiet ta’ rimedju ma huwiex biżżejjed skont l-indikaturi tal-progress; jew |
(c) |
l-eżitu tal-azzjonijiet ma huwiex sodisfaċenti. |
10. Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
11. F’każijiet debitament ġustifikati li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
12. Il-komunikazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.
13. Il-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 38
Deċiżjoni li ma tinbediex jew ma titwettaqx investigazzjoni dwar il-konformità
1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 meta tistenna li l-korrezzjoni finanzjarja possibbli, għan-nuqqas ta’ konformità identifikata bħala riżultat ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament, ma taqbiżx EUR 50 000 u 2 % tan-nefqa rilevanti jew l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati.
2. Meta l-Kummissjoni tnaqqas il-pagamenti ta’ kull xahar f’konformità mal-Artikolu 39(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, din tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, diment li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx esprima l-oġġezzjoni tiegħu għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fil-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 39(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 39
Korp ta’ konċiljazzjoni
Għall-fini tal-proċedura tal-konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandu jiġi stabbilit korp ta’ konċiljazzjoni. Dan għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) |
li jeżamina kwalunkwe kwistjoni rriferuta lilu minn Stat Membru li jkun irċieva komunikazzjoni formali mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni tan-nefqa li l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni; |
(b) |
li jipprova jirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru kkonċernat; |
(c) |
fi tmiem l-eżami tiegħu, li jfassal rapport dwar ir-riżultati tal-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu, u jagħmel kwalunkwe kumment li jqis bħala utli jekk il-punti kollha ta’ tilwim jew uħud minnhom jibqgħu mhux solvuti. |
Artikolu 40
Kompożizzjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni
1. Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jkun magħmul minn mill-inqas ħames membri magħżula fost persuni eminenti li joffru kull garanzija ta’ indipendenza u li huma kkwalifikati ħafna fi kwistjonijiet dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, inkluż l-iżvilupp rurali, jew fil-prattika tal-awditjar finanzjarju.
Dawn iridu jkunu ċittadini ta’ Stati Membri differenti.
2. Il-president, il-membri u l-membri sostituti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni għal mandat inizjali ta’ 3 snin wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
Il-mandati jistgħu jiġġeddu għal sena separatament biss, wara li jkun ġie infurmat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Madankollu, jekk il-president li għandu jinħatar ikun diġà membru tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni, il-mandat inizjali bħala president għandu jkun ta’ tliet snin.
L-ismijiet tal-president, tal-membri u tal-membri sostituti għandhom jiġu ppubblikati fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom jiġu remunerati wara li jitqies il-ħin li huma meħtieġa jiddedikaw għall-kompitu. Il-kostijiet għandhom jiġu kkumpensati f’konformità mar-regoli fis-seħħ għall-persunal tal-Kummissjoni.
4. Wara l-iskadenza tal-mandat, il-president u l-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiġġedded il-mandat tagħhom.
5. Il-mandat tal-membri li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom mal-korp ta’ konċiljazzjoni jew li, għal kwalunkwe raġuni, ma jkunux disponibbli għal perjodu indeterminat jista’ jintemm mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
F’dak il-każ, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-perjodu li għalih dak il-membru jkun inħatar minn membru sostitut, u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli għandu jiġi infurmat.
Jekk il-mandat tal-president jintemm, il-membru li għandu jwettaq id-dmirijiet tal-president għall-bqija tal-perjodu li għalih ikun inħatar il-president għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
Artikolu 41
Indipendenza tal-korp ta’ konċiljazzjoni
1. Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b’mod indipendenti, mingħajr ma jfittxu jew jaċċettaw struzzjonijiet mill-Kummissjoni, minn kwalunkwe gvern jew korp.
Il-membri ma għandhomx jieħdu sehem fil-ħidma tal-korp ta’ konċiljazzjoni jew jiffirmaw rapport jekk, f’uffiċċju preċedenti, ikunu ġew involuti personalment fil-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni miksuba minnhom matul il-ħidma tagħhom għall-korp ta’ konċiljazzjoni. Tali informazzjoni għandha tkun kunfidenzjali u koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.
Artikolu 42
Arranġamenti ta’ ħidma
1. Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiltaqa’ fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Il-president għandu jħejji u jorganizza x-xogħol. Fin-nuqqas tal-president, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(5), l-ewwel subparagrafu, l-aktar membru anzjan għandu jkun il-president.
Is-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu, ir-rapporti għandhom jiġu adottati b’maġġoranza assoluta tal-membri preżenti, bil-kworum għad-deliberazzjonijiet li jkun ta’ tlieta.
Ir-rapporti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mill-membri li jkunu ħadu sehem fid-deliberazzjonijiet. Dawn għandhom jiġu ffirmati b’mod konġunt mis-segretarjat.
Artikolu 43
Proċedura ta’ konċiljazzjoni
1. Stat Membru jista’ jirreferi kwistjoni lill-korp ta’ konċiljazzjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 37(3) it-tielet subparagrafu, billi jibgħat talba motivata għal konċiljazzjoni lis-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni.
2. Il-proċedura li għandha tiġi segwita u l-indirizz tas-segretarjat għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
3. Talba għal konċiljazzjoni għandha tkun ammissibbli biss meta l-ammont previst jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jew:
(a) |
ikun jaqbeż EUR 1 miljun; jew |
(b) |
jirrappreżenta mill-inqas 25 % tan-nefqa annwali totali tal-Istat Membru taħt il-partiti tal-baġit ikkonċernati. |
Barra minn hekk, jekk matul id-diskussjonijiet preċedenti l-Istat Membru jkun iddikjara u wera li l-kwistjoni hija waħda mill-prinċipji relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni, il-president tal-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jiddikjara li talba għal konċiljazzjoni tkun ammissibbli. Madankollu, talba bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tkun relatata biss ma’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni legali.
4. Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod kemm jista’ jkun informali u fil-pront, billi jibbaża ruħu biss fuq l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien meta jiġu kkomunikati l-konklużjonijiet formali f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) u jagħti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati seduta ġusta.
Madankollu, jekk l-Istat Membru jqis li jkun meħtieġ li jippreżenta fit-talba tiegħu għal informazzjoni ta’ konċiljazzjoni li tkun għadha ma ġietx ikkomunikata lill-Kummissjoni, il-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta dik l-informazzjoni l-ġdida biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(6). L-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39.
5. Meta, fi żmien 4 xhur minn meta jiġi riferut każ lilu, il-korp ta’ konċiljazzjoni ma jkunx jista’ jirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru, il-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha titqies li ma tkunx irnexxiet.
6. Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39, il-punt (c), għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex il-pożizzjonijiet ma setgħux jiġu rrikonċiljati. Dan għandu jiddikjara jekk ikunx intlaħaq kwalunkwe ftehim parzjali matul il-proċedimenti u jekk il-korp ta’ konċiljazzjoni jistidinx lill-Kummissjoni tivvaluta informazzjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu.
7. Ir-rapport għandu jintbagħat lil:
(a) |
l-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
il-Kummissjoni, biex teżaminah qabel ma tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru; |
(c) |
l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. |
8. Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1, it-tieni subparagrafu tal-4 u 5 li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.
KAPITOLU IV
Verifiki
Artikolu 44
Informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u fit-talbiet għall-pagamenti għall-identifikazzjoni tagħhom, inkluż, meta applikabbli, l-identifikazzjoni tal-grupp, kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) li jipparteċipaw fih sa minn ċerta data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:
(a) |
l-isem l-entità; |
(b) |
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa; |
(c) |
l-isem l-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa; |
(d) |
l-entità omm apikali u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa; |
(e) |
is-sussidjarji u n-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa. |
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tintuża meta jitfassal il-kampjun tal-verifika imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din l-informazzjoni tista’ b’mod partikolari tintuża biex jitwettqu verifiki fir-rigward taċ-ċirkomvenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament.
2. L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-gruppi kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tiġi ppubblikata ex-post mill-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 45
Rekwiżiti għall-għodda tal-estrazzjoni ta’ data
1. Sabiex jagħmlu użu fuq bażi volontarja mill-għodda tal-estrazzjoni ta’ data msemmija fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għall-verifiki skont l-Artikolu 60 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, inkluża s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll imsemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jistgħu jkunu marbuta b’mod elettroniku mal-għodda u, sabiex jiġu minimizzati l-piż amministrattiv u l-intervent manwali, l-iskambju tad-data għandu jkun awtomatiku u f’format li jinqara mill-magni; |
(b) |
l-informazzjoni u l-verifiki mwettqa bl-għodda tal-estrazzjoni ta’ data jistgħu awtomatikament jintbagħtu lura fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u jistgħu jiġu rreġistrati u maħżuna hemmhekk. |
2. Meta l-Istat Membru jiddeċiedi li juża l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament meta jfassal il-kampjun tal-verifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-informazzjoni tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ dik l-għodda tal-estrazzjoni ta’ data.
Artikolu 46
Skrutinju mill-Istati Membri
1. L-iskrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu japplika, għal kull perjodu ta’ skrutinju msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għal għadd ta’ impriżi li ma jistgħux ikunu anqas minn nofs l-impriżi li l-irċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew is-somma tagħhom, qabżu taħt is-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG l-EUR 150 000 għas-sena finanzjarja tal-FAEG qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skrutinju inkwistjoni.
2. Fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ skrutinju, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jagħżlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati abbażi ta’ analiżi tar-riskju għall-miżuri kollha fejn ikun prattikabbli li jsir dan. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 80(1) ta’ dak ir-Regolament.
3. Għal miżuri li għalihom Stat Membru jqis li l-użu ta’ analiżi tar-riskju ma huwiex prattikabbli, għandu jkun obbligatorju li jiġu skrutinizzati l-impriżi li jirċievu pagamenti li jaqbżu l-EUR 350 000 fis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG u li ma ġewx skrutinizzati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u t-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 matul xi wieħed miż-żewġ perjodi ta’ skrutinju preċedenti.
4. Il-perjodu ta’ skrutinju għandu jdum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.
Artikolu 47
Assistenza reċiproka
L-Istati Membri għandhom jibagħtu talba għal assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lil kull Stat Membru li fih tkun stabbilita tali impriża kif msemmi f’dak l-Artikolu. It-talba għandu jkun fiha d-dettalji kollha meħtieġa biex l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriżi u jwettaq l-obbligi ta’ skrutinju tiegħu. L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun responsabbli għall-iskrutinju ta’ tali impriżi f’konformità mal-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 48
Pjanijiet u rapporti ta’ kontroll annwali
1. Il-pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu f’konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Annessi VI u VII ta’ dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’forma elettronika.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma kull sena lill-Istati Membri bir-riżultati tal-iskrutinju.
KAPITOLU V
Garanziji
Artikolu 49
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tipprevedi garanzija, kemm jekk jintuża t-terminu partikolari “garanzija” kif ukoll jekk le.
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-garanziji ppreżentati biex jiżguraw il-pagament tad-dazji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).
Artikolu 50
Amministrazzjoni elettronika
Il-komunikazzjonijiet, id-dokumenti u l-garanziji jistgħu jiġu prodotti, ipproċessati, u ġestiti bl-użu ta’ sistemi tal-IT bil-kundizzjoni li s-sistemi applikabbli jiġu ġestiti skont il-protokolli ta’ kwalità u ta’ sigurtà approvati uffiċjalment li huma adattati għal dawk is-sistemi.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw id-dokumenti meħtieġa għall-verifika minħabba differenzi fis-sistemi tal-IT, dawk id-dokumenti għandhom jiġu stampati u ċċertifikati bħala ġenwini mill-awtorità kompetenti għall-ġestjoni ta’ dawk is-sistemi tal-IT (“l-awtorità emittenti”) jew minn awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti bħala kopji ġenwini.
Tali stampar jista’ jiġi sostitwit b’messaġġ elettroniku bejn l-awtorità emittenti u l-benefiċjarju jew l-awtorità kompetenti, bil-kundizzjoni li l-awtorità emittenti tipprovdi fi protokoll ta’ ċertifikazzjoni approvat uffiċjalment li jiżgura l-ġenwinità tal-messaġġ.
Artikolu 51
Limiti ta’ żmien force majeure
1. Dan l-Artikolu għandu japplika meta Regolament speċifiku jirreferi għalih.
2. Talba għar-rikonoxximent ta’ każ ta’ force majeure ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tiġi riċevuta mill-awtorità kompetenti aktar minn 30 jum kalendarju wara d-data li fiha l-operatur ikun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti dwar in-nuqqas ta’ twettiq stabbilit tal-obbligu rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament jew l-iskadenza tat-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-prova għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament.
3. L-operaturi għandhom, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, jipprovdu prova taċ-ċirkostanzi li huma jqisu li jikkostitwixxu force majeure fi żmien 181 jum kalendarju mill-iskadenza tal-perjodu li fih l-obbligu kellu jiġi ssodisfat kompletament. L-operaturi jistgħu jingħataw aktar żmien jekk ma jkunux jistgħu jipproduċu prova f’dak il-limitu ta’ żmien minkejja li jkunu aġixxew bid-diliġenza dovuta kollha.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-każijiet ta’ force majeure li jkunu rrikonoxxew, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti ta’ kull każ.
Artikolu 52
Forma
1. Garanzija tista’ tingħata:
(a) |
bħala depożitu ta’ flus kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127; u/jew |
(b) |
billi jiġi pprovdut garanti f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. |
2. Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, garanzija tista’ tingħata permezz ta’:
(a) |
rahan ta’ depożiti ta’ flus f’bank; |
(b) |
rahan ta’ pretensjonijiet rikonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li huma dovuti u pagabbli u li kontrihom l-ebda pretensjoni oħra ma għandha preċedenza; u/jew |
(c) |
ir-rahan ta’ kollateral negozjabbli fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jinħareġ jew jiġi garantit minn dak l-Istat Membru. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ timponi termini addizzjonali għall-aċċettazzjoni ta’ garanziji tat-tip elenkat fil-paragrafu 2.
Artikolu 53
Kollateral negozjabbli
1. Il-kollateral mirhun f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 52(2), għandu, fiż-żmien li tingħata l-garanzija, ikollu valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.
2. Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-l-Artikolu 52(2), biss jekk il-parti li tkun qed toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tissostitwixxi l-garanzija oriġinali jekk għal perjodu ta’ 3 xhur, il-valur disponibbli tal-garanzija inkwistjoni kien inqas minn 105 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa. Dak l-impenn bil-miktub ma għandux ikun meħtieġ meta l-liġi nazzjonali tkun diġà tipprevedi dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment il-valur ta’ tali garanzija.
3. Il-valur disponibbli ta’ garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 52(2) għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqies kwalunkwe kost tad-disponiment.
4. Il-valur disponibbli tal-garanziji għandu jiġi vvalutat permezz tal-aħħar kwotazzjoni disponibbli.
5. Il-parti li tagħti l-garanzija għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.
Artikolu 54
Sostituzzjoni u assenjazzjoni
1. Kwalunkwe forma ta’ garanzija tista’ tiġi sostitwita b’oħra.
Madankollu, il-ftehim tal-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet iżda tkun għadha ma ġietx realizzata; jew |
(b) |
meta l-garanzija ta’ sostituzzjoni tkun ta’ tip elenkat fl-Artikolu 52(2). |
2. Garanzija waħda f'daqqa tista’ tiġi sostitwita b’garanzija oħra f’daqqa bil-kundizzjoni li l-garanzija f’daqqa l-ġdida tkopri mill-inqas dik il-parti tal-garanzija f’daqqa oriġinali assenjata fi żmien is-sostituzzjoni biex jiġi żgurat l-issodisfar ta’ obbligu wieħed jew aktar mill-obbligi li jkunu għadhom pendenti.
3. Hekk kif parti minn garanzija f’daqqa tiġi assenjata għal obbligu partikolari, għandu jiġi nnotat il-bilanċ tal-garanzija f’daqqa li jifdal.
Artikolu 55
Rilaxx parzjali
Meta r-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru ta’ rilaxxi parzjali ta’ kwalunkwe garanzija u tista’ tispeċifika somma minima għal kwalunkwe tali rilaxx.
Qabel ma tirrilaxxa l-garanzija kollha jew parti minnha, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li tiġi pprovduta talba bil-miktub għar-rilaxx.
Fil-każ ta’ garanziji li jkopru aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun garantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rilaxxata meta l-bqija tas-somma garantita tiġi finalment rilaxxata jew tiġi kkonfiskata.
Artikolu 56
Konfiska
1. Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja minn ċirkostanzi li jwasslu għat-telf tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, din għandha mingħajr dewmien titlob lill-parti meħtieġa tissodisfa l-obbligu li tħallas is-somma konfiskata, waqt li tagħti ċans massimu ta’ 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament.
Jekk il-pagament ma jsirx sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tneħħi mingħajr dewmien kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) għall-kont xieraq; |
(b) |
tirrikjedi mingħajr dewmien li l-garanti msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) iħallas, waqt li tagħti sa 30 jum ċans mill-ġurnata tal-wasla tad-domanda għall-pagament; |
(c) |
mingħajr dewmien tieħu passi biex:
|
L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr dewmien, tittrasferixxi kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1), għall-kont xieraq mingħajr ma l-ewwel titlob lill-persuna kkonċernata biex tagħmel il-pagament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1,
(a) |
meta tittieħed id-deċiżjoni li tintilef garanzija iżda wara appell din tiġi posposta f’konformità mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma effettivament mitlufa matul il-perjodu li jibda 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li jintemm fil-jum qabel il-pagament tas-somma effettivament mitlufa; |
(b) |
meta wara l-eżitu tal-proċedura ta’ appell, il-parti kkonċernata tintalab tħallas fi żmien 30 jum is-somma mitlufa, għall-fini tal-kalkolu tal-imgħax, l-Istat Membru jista’ jikkunsidra li l-pagament isir fl-għoxrin jum wara d-data ta’ tali talba; |
(c) |
ir-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkolata f’konformità mal-liġi nazzjonali, iżda fl-ebda każ ma għandha tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli f’każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali; |
(d) |
l-aġenziji tal-pagamenti għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas min-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116; |
(e) |
l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodikament żieda fil-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut. |
3. Meta tintilef garanzija u l-ammont ikun diġà ġie kkreditat lill-Fondi u, wara l-eżitu ta’ proċedura ta’ appell, ikollha titħallas is-somma mitlufa kollha jew parzjalment, inkluż l-imgħax b’rata f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-somma li għandha terġa’ titħallas għandha tiġi mġarrba mill-Fondi, sakemm il-pagament mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwibbli għan-negliġenza jew għal żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew korpi oħra tal-Istat Membru.
Artikolu 57
Informazzjoni dwar it-telf ta’ garanziji , it-tipi ta’ garanziji u l-garanti
1. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma tal-garanziji mitlufa, ikun xi jkun l-istadju tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 li jkun intlaħaq, waqt li ssir distinzjoni fi kwalunkwe każ bejn dawk ikkreditati lill-baġits nazzjonali u dawk ikkreditati lill-baġit tal-Unjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinżamm fir-rigward tal-garanziji kollha mitlufa għal ammont akbar minn EUR 1 000 u kull dispożizzjoni tal-Unjoni li tirrikjedi li tingħata garanzija. L-informazzjoni għandha tkopri kemm is-somom imħallsa direttament mill-parti interessata kif ukoll is-somom irkuprati mir-realizzazzjoni ta’ garanzija.
2. L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista ta’:
(a) |
it-tipi ta’ istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala garanti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward; |
(b) |
it-tipi ta’ garanziji aċċettati skont l-Artikolu 52(2) u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward. |
KAPITOLU VI
Trasparenza
Artikolu 58
Forma u mod ta’ preżentazzjoni
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punti (a), (b), (d), (f) sa (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tiġi ppubblikata f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, bħal CSV jew XLXS, u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-kodiċi tal-operazzjoni, kif deskritt fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx l-informazzjoni msemmija fil-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060, fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013.
3. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ għodda ta’ tiftix fuq il-web li tippermetti lill-utent ifittex għall-benefiċjarji jew bl-isem, bil-grupp ta’ benefiċjarji, bil-muniċipalità, bl-ammonti riċevuti jew bl-operazzjoni, jew b’taħlita tagħhom, u sabiex jikseb l-informazzjoni korrispondenti kollha bħala sett uniku ta’ data.
4. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru u/jew b’waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa f’euro. Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro għandu jesprimi l-ammonti kemm fl-euro kif ukoll fil-munita nazzjonali tiegħu, bl-użu ta’ żewġ tabelli separati f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni.
6. Ir-rata tal-kambju speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandha tapplika għall-muniti nazzjonali.
7. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tiġi ppubblikata f’dokument separat, li għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li tinsab fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 59
Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji f’każ ta’ ammonti żgħar
1. Meta l-ammont ta’ għajnuna riċevut f’sena minn benefiċjarju jkun daqs jew inqas minn EUR 1 250, dak il-benefiċjarju għandu jiġi identifikat b’kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq il-forma ta’ dak il-kodiċi.
2. Meta l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1, minħabba n-numru limitat ta’ benefiċjarji li jirrisjedu jew li huma rreġistrati f’muniċipalità partikolari, tippermetti l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika bħala benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika bħala informazzjoni, għall-finijiet tal-punt (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-entità amministrattiva akbar li jmiss li l-muniċipalità inkwistjoni hija parti minnha.
Artikolu 60
Data tal-pubblikazzjoni
L-informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu għandha tiġi ppubblikata sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena għas-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 61
Informazzjoni tal-benefiċjarji
L-informazzjoni lill-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi pprovduta billi tiġi inkluża fil-formoli ta’ applikazzjoni għar-riċevuta ta’ appoġġ mill-FAEG jew mill-FAEŻR, jew inkella fiż-żmien meta tinġabar id-data.
Artikolu 62
Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit web tal-Unjoni taħt l-indirizz tal-internet ċentrali tagħha li jinkludi links għas-siti web tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi links tal-internet aġġornati skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-indirizzi tal-internet tas-siti web tagħhom malli dawn ikunu ġew stabbiliti kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tagħhom li jkollha influwenza fuq l-aċċessibbiltà tas-siti web tagħhom mis-sit web tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp inkarigat mill-istabbiliment u miż-żamma tas-sit web. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem u bl-indirizz tad-dettalji ta’ dak il-korp.
KAPITOLU VII
Data għan-notifika tad-WTO ta’ appoġġ domestiku
Artikolu 63
Data u trażmissjoni
1. Fl-istess data li fiha jiġu sottomessi l-kontijiet annwali lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu data dwar l-ammonti mħallsa minn sorsi nazzjonali għall-infiq kollu relatat mal-Fondi kif indikat fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1).
2. Id-data meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa fl-istess struttura bħad-data li għandha tiġi sottomessa skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 64
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu:
(a) |
L-Artikoli 21 sa 24 u l-Artikoli 27 sa 34 ta’ dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti effettwati bl-aġenziji tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fir-rigward tal-FAEG b’rabta mal-programmi operattivi approvati skont ir-Regolament (UE) 1308/2013; |
(b) |
L-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-pagamenti magħmula għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023. |
(c) |
L-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament għandhom ikompli japplikaw għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 65
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu:
(a) |
L-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għan-nefqa mġarrba u għad-dħul assenjat riċevut mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2022; |
(b) |
Il-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) għandu japplika fir-rigward tad-dħul assenjat irkuprat mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(c) |
Il-Kapitolu VI għandu japplika għall-pagamenti magħmula mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (Ara l-paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435 tas-6.12.2021, p.1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(11) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p.56).
(14) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 549).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608).
(18) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(22) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).
(24) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269 10.10.2013, p. 1)
ANNESS I
Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni – aġenzija tal-pagamenti kif imsemmija fl-Artikolu 4
Jiena, …, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Pagamenti …, nippreżenta l-kontijiet għal din l-Aġenzija tal-Pagamenti għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.
Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tas-servizz tal-awditjar intern, li:
— |
il-kontijiet ippreżentati jagħtu, sa fejn naf jien, stampa vera, sħiħa u akkurata tan-nefqa u tar-riċevuti għas-sena finanzjarja msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, id-djun, l-avvanzi, il-garanziji u l-istokkijiet kollha li naf dwarhom ġew irreġistrati fil-kontijiet, u r-riċevuti kollha miġbura relatati mal-FAEG u mal-FAEŻR ġew ikkreditati kif xieraq lill-fondi xierqa; |
— |
Jiena implimentajt sistema li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli:
|
In-nefqa mdaħħla fil-kontijiet intużat għall-għan maħsub tagħha, kif definit fir-Regolament (UE) 2021/2116.
Barra minn hekk, nikkonferma li hemm stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li jqisu r-riskji identifikati.
Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:
Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.
Firma
ANNESS II
Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni – korp ta’ koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4
Jiena, …, id-Direttur tal-Korp ta’ Koordinazzjoni …, nippreżenta r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ta’…… (Stat Membru) għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.
Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, li:
— |
ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 ġie kkompilat skont il-proċedura u s-sistemi akkreditati stabbiliti fil-korp ta’ koordinazzjoni u abbażi tad-data ċċertifikata pprovduta mill-aġenziji tal-pagamenti (lista…..) fi ……… (Stat Membru). |
Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:
Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.
Firma
ANNESS III
Elementi għar-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(6)
1.
dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju, bħal ftehimiet ta’ finanzjament, eċċ.;
2.
dokumenti li jidentifikaw l-ammonti li l-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkontribwixxa għalihom u taħt kull tip ta’ intervent għall-istrument finanzjarju, in-nefqa li hija eliġibbli fl-ambitu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-FAEŻR u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-FAEŻR f’konformità mal-Artikoli 60 u 62 tar-Regolament (UE) 2021/1060;
3.
dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati mal-monitoraġġ, mar-rapportar u mal-kontroll;
4.
dokumenti dwar il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;
5.
dokumenti dwar il-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni;
6.
formoli ta’ applikazzjoni, jew ekwivalenti, sottomessi mir-riċevituri finali b’dokumenti ta’ sostenn, inklużi pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u, fejn rilevanti, kontijiet annwali preċedenti;
7.
listi ta’ kontroll u rapporti mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;
8.
dikjarazzjonijiet magħmula b’rabta mal-għajnuna de minimis, fejn applikabbli;
9.
ftehimiet iffirmati b’rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju, inkluż għall-ekwità, self, garanziji jew forom oħrajn ta’ investiment ipprovduti lir-riċevituri finali;
10.
evidenza li l-appoġġ ipprovdut permezz tal-istrument finanzjarju għandu jintuża għall-għan maħsub tiegħu;
11.
rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-aġenzija tal-pagamenti u l-istrument finanzjarju, u fi ħdan l-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u, għall-garanziji, prova tal-iżborż tas-self sottostanti;
12.
rekords separati jew kodiċijiet kontabilistiċi għal kontribuzzjoni mill-Pjan Strateġiku tal-PAK imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevitur finali.
ANNESS IV
Mudell għar-rapport annwali tal-awditjar dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 7(7)
1. Introduzzjoni
1.1. |
Identifikazzjoni tad-ditta tal-awditjar esterna li kienet involuta fit-tħejjija tar-rapport. |
1.2. |
Perjodu ta’ referenza (mis-16 ta’ Ottubru N-1 sal-15 ta’ Ottubru N). |
1.3 |
Identifikazzjoni tal-istrument(i) finanzjarju/i jew mandat(i) u l-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK kopert(i) mir-rapport tal-awditjar. Identifikazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament li miegħu huwa relatat ir-rapport (il-“Ftehim ta’ finanzjament”). |
2. Awditu tas-sistemi ta’ kontroll intern applikati mill-BEI/FEI jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn
Ir-riżultati tal-awditjar estern tas-sistema ta’ kontroll intern tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, li jivvaluta l-istabbiliment u l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kontroll intern u li jkopri l-elementi li ġejjin:
2.1 |
Proċess ta’ aċċettazzjoni tal-mandat. |
2.2. |
Proċess għall-evalwazzjoni u l-għażla ta’ intermedjarji finanzjarji: valutazzjoni formali u tal-kwalità. |
2.3 |
Proċess għall-approvazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma’ intermedjarji finanzjarji u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti. |
2.4 |
proċessi għall-monitoraġġ ta’ intermedjarji finanzjarji b’rabta ma’:
|
2.5 |
Sistemi għall-ipproċessar ta’ pagamenti riċevuti mill-aġenzija tal-pagamenti. |
2.6 |
Sistemi għall-kalkolu u l-pagament tal-ammonti relatati mal-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni. |
2.7 |
Sistemi għall-ipproċessar tal-pagamenti lil intermedjarji finanzjarji. |
2.8 |
Sistemi għall-ipproċessar tal-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK għall-istrumenti finanzjarji. |
2.9 |
Għar-rapport annwali tal-awditjar dwar is-sena kontabilistika finali, l-informazzjoni dwar l-elementi li ġejjin għandha tiġi koperta flimkien ma’ dawk tal-punti 2.1 sa 2.8:
|
Għall-punti 2.1, 2.2 u 2.3, wara s-sottomissjoni tal-ewwel rapport annwali tal-awditjar, jeħtieġ li tiġi pprovduta biss informazzjoni dwar l-aġġornamenti jew il-bidliet fil-proċeduri jew fl-arranġamenti stabbiliti.
3. Konklużjonijiet tal-awditjar
3.1. |
Konklużjoni dwar jekk id-ditta tal-awditjar esterna tistax tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-istabbiliment u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern stabbilita mill-BEI jew minn IFIs oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, f’konformità mar-regoli applikabbli, skont l-elementi msemmija fit-taqsima 2. |
3.2. |
Sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħidma tal-awditjar imwettqa.
Il-punti 3.1 u 3.2 għandhom jiġu bbażati fuq ir-riżultati tal-ħidma tal-awditjar imsemmija fit-taqsima 2 u fejn rilevanti, iqisu r-riżultati ta’ ħidma ta’ awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni oħra mwettqa fir-rigward tal-istess korp li jimplimenta strumenti finanzjarji u/jew tal-istess mandat għal strumenti finanzjarji. |
ANNESS V
Mudell tat-tabella msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1), dwar l-irregolaritajiet
L-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1) għandha tiġi pprovduta għal kull aġenzija tal-pagamenti billi tintuża t-tabella li ġejja:
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
Aġenzija tal-Pagamenti |
Fond |
Unità tal-munita |
Bilanċ 15 ta’ Ottubru N-1 |
“Każijiet ġodda” totali (sena finanzjarja N) |
“Korrezzjonijiet” totali (sena finanzjarja N) |
“Imgħax” totali (sena finanzjarja N) |
“Irkupri” totali (sena finanzjarja N) |
Ammonti “irrekuperabbli” totali (sena N) |
Ammont li għalih l-irkupru għadu għaddej (Bilanċ 15 ta’ Ottubru N) |
ANNESS VI
Pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament
PJAN TA’ KONTROLL PROPOST GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …
Parti 1. Il-proċeduri u l-analiżi tar-riskju
1.1. Il-proċedura tal-għażla
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata sabiex jintgħażlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati.
Barra minn hekk, għandu jkun hemm indikazzjoni ċara dwar l-użu tal-analiżi tar-riskju li tispeċifika jekk tali proċedura hijiex ikkomplementata minn għażla aleatorja u/jew manwali.
Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni dwar kif is-setturi/il-miżuri u r-reġjuni differenti se jiġu koperti fl-għażla tal-impriżi.
1.2. Il-fatturi tar-riskju, il-valuri tar-riskju u l-ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati
Fejn għandha tiġi applikata analiżi tar-riskju, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-fatturi tar-riskju kollha kkunsidrati u l-valuri possibbli sussegwenti assenjati għal dawk il-fatturi tar-riskju. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt.
Fejn xieraq, se tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata biex jiġu ponderati l-fatturi tar-riskju.
Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju applikabbli għas-setturi/miżuri kollha soġġetti għal analiżi tar-riskju |
Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju |
||
Fatturi tar-riskju |
Valuri tar-riskju |
||
Deskrizzjoni |
Valuri |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju speċifiċi applikabbli għal … (settur/miżura) |
Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju |
||
Fatturi tar-riskju |
Valuri tar-riskju |
||
Deskrizzjoni |
Valuri |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu kaxxi addizzjonali għall-fatturi tar-riskju u l-valuri tar-riskju għas-settur/għall-miżuri.
1.3. Riżultati tal-proċedura tal-għażla
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-proċeduri adottati wasslu għall-għażla tal-impriżi fil-pjan finali ta’ kontroll tal-iskrutinju.
Is-setturi/il-miżuri li għandhom jiġu esklużi għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u r-raġunijiet għall-esklużjoni għandhom jiġu deskritti.
Għandhom jiġu pprovduti r-raġunijiet għall-għażla ta’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000.
Parti 2. Pjan ta’ kontroll
2.1. Ħarsa ġenerali lejn l-għażla
Kalkolu tan-numru minimu ta’ impriżi: |
|||
|
|
||
|
|
||
Popolazzjoni li minnha ssir l-għażla: |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Impriżi proposti għal skrutinju: |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Nota dwar it-tabella:
|
2.2. L-għażla tal-impriżi proposti għal skrutinju
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Totali: |
|
|
|
|
|
||||||||||||
Nota dwar it-tabella: Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali. |
ANNESS VII
Rapport ta’ skrutinju kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 80(2), tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament
RAPPORT GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …
1. Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
2. Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli (għal kull artikolu baġitarju jew in-numru tal-partita tal-baġit)
|
|
|
Impriżi skrutinizzati |
|
|
|||||||||||
|
|
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Totali: |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Noti dwar it-tabella:
Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali. |
3. Irregolaritajiet potenzjali identifikati
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
Totali: |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
Noti dwar it-tabella:
Kull impriża b’irregolarità/irregolaritajiet jenħtieġ li tiġi rrapportata f’linja separata. Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali. |
4. L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju.
L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju |
|
|
|
||||||
|
|
|
x |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
|
x |
||||||
|
|
|
x |
||||||
|
|
|
|
||||||
|
|
|
x |
||||||
|
|
|
x |
||||||
Noti dwar it-tabella:
|
5. Assistenza reċiproka
Għandu jiġi pprovdut sommarju tat-talbiet għal assistenza reċiproka magħmula u riċevuti skont it-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.
L-informazzjoni dwar it-talbiet mibgħuta u t-tweġibiet riċevuti għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt:
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Nota dwar it-tabella: Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali. |
6. Riżorsi
Għandu jiġi pprovdut in-numru ta’ persunal, espress f’persuna/snin, allokat għall-iskrutinji, għal kull korp ta’ kontroll u, fejn xieraq, għal kull reġjun.
7. Diffikultajiet u suġġerimenti għal titjib
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe diffikultà li wieħed jiltaqa’ magħha fl-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-miżuri meħuda biex jingħelbu jew il-proposti għal dak il-għan.
Fejn xieraq, għandhom isiru suġġerimenti għat-titjib tal-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.
ANNESS VIII
Informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza skont l-Artikolu 58
Isem il-benefiċjarju/l-entità ġuridika/l-assoċjazzjoni |
Kunjom il-benefiċjarju |
Jekk jappartjeni għal grupp, l-isem tal-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-Taxxa |
Muniċipalità |
Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur kif stabbilit fl-Anness IX |
Objettiv speċifiku (1) |
Data tal-bidu (2) |
Data tat-tmiem (3) |
L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEG |
Total tal-ammont tal-FAEG għal dak il-benefiċjarju |
Ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEŻR |
Total tal-ammont tal-FAEŻR għal dak il-benefiċjarju |
L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-kofinanzjament |
Total tal-ammont kofinanzjat għal dak il-benefiċjarju |
It-total tal-FAEŻR u l-ammonti kofinanzjati |
Total tal-ammont tal-UE għal dak il-benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
50 |
|
70 |
|
40 |
110 |
120 |
|
|
|
|
Kodiċi A |
|
|
|
20 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kodiċi B |
|
|
|
|
|
40 |
|
25 |
|
|
|
|
|
|
|
Kodiċi C |
|
|
|
30 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kodiċi D |
|
|
|
|
|
30 |
|
15 |
|
|
|
(1) L-objettiv speċifiku tal-operazzjoni jrid jikkorrispondi ma’ objettiv wieħed jew aktar stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-operazzjoni kkonċernata kif deskritta fl-Anness IX. B’mod partikolari, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tiegħu u jkun(u) konsistenti mal-Pjan tal-PAK tal-Istat Membru. Barra minn hekk, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (għal aktar gwida, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Manwal Tekniku dwar il-Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni 2014 – 2020).
(2) L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ interventi għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.
(3) L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.
ANNESS IX
Miżura/tip ta’ intervent/settur kif imsemmi fl-Artikolu 58
Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur |
Isem il-miżura/tip ta’ intervent/settur |
L-għan tal-miżura/tip ta’ intervent/settur |
||||||||||||
|
Operazzjonijiet fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
I.1 |
L-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà; |
L-appoġġ bażiku għall-introjtu huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li jiġu appoġġati l-introjtu u r-reżiljenza vijabbli tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel. |
||||||||||||
I.2 |
L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà; |
L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li tittejjeb id-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti permezz tar-ridistribuzzjoni tal-appoġġ minn azjendi agrikoli akbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju. |
||||||||||||
I.3 |
L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ; |
L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li għadhom qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġi mmodernizzat is-settur agrikolu billi jiġu attirati ż-żgħażagħ u jittejjeb l-iżvilupp tan-negozju tagħhom. |
||||||||||||
I.4 |
L-iskemi għall-klima u għall-ambjent. |
L-ekoskemi huma pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat lejn prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, għall-klima u għall-benesseri tal-annimali. |
||||||||||||
I.5 |
Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira |
Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan tal-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huwa li jippromwovu distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni. |
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
I.6 |
L-appoġġ akkoppjat għall-Introjtu; |
L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu ikopri pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà, u/jew il-kwalità f’ċerti setturi u prodotti li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet. |
||||||||||||
I.7 |
Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton |
Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri tal-produtturi tal-qoton biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-qoton f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola. |
||||||||||||
|
Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
|
||||||||||||
II.1 |
L-iskema ta’ pagament bażiku - (Titolu III, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5) |
L-iskema ta’ pagament bażiku hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni operat abbażi tal-intitolamenti għall-pagament allokati lill-bdiewa. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija. |
||||||||||||
II.2 |
L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (l-Artikolu 36) |
L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni mħallas għal ettari eliġibbli ddikjarati minn bidwi. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija. |
||||||||||||
II.3 |
Il-pagament ridistributtiv (Titolu III, Kapitolu 2) |
Il-pagament ridistributtiv huwa pagament diżakkoppjat skont l-erja. L-għan huwa li jiġu appoġġati azjendi agrikoli iżgħar billi jingħataw appoġġ addizzjonali fl-ewwel ettari tagħhom iddikjarati fl-ambitu tal-pagament bażiku. |
||||||||||||
II.4 |
Il-pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent (Titolu III, Kapitolu 3) |
L-ekoloġizzazzjoni hija pagament diżakkoppjat skont l-erja għal kull ettaru mħallas. L-għan huwa li jiġu osservati tliet prattiki agrikoli favur il-klima u l-ambjent: id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, iż-żamma ta’ bur permanenti u l-pussess ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika fiż-żona agrikola |
||||||||||||
II.5 |
Il-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali (Titolu III, Kapitolu 4) |
Il-pagament lil żoni b’restrizzjonijiet naturali huwa pagament diżakkoppjat ibbażat fuq l-erja, li jingħata apparti mill-pagament bażiku lill-bdiewa. L-għan huwa li jingħata appoġġ lill-bdiewa li jinsabu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali. |
||||||||||||
II.6 |
Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ (Titolu III, Kapitolu 5) |
Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew joperaw għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġu promossi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda fis-settur agrikolu, li huma essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni. |
||||||||||||
II.7 |
L-appoġġ akkoppjat volontarju (Titolu IV, Kapitolu 1) |
L-appoġġ akkoppjat volontarju jkopri l-pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali u li jesperjenzaw ċerti diffikultajiet. |
||||||||||||
II.8 |
Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton (Titolu IV, Kapitolu 2) |
Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri li jipproduċu l-qoton sabiex tappoġġa l-produzzjoni tiegħu f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola. |
||||||||||||
II.9 |
L-iskema għall-bdiewa żgħar (Titolu V) |
L-iskema għall-bdiewa żgħar hija diżakkoppjata mill-produzzjoni u tissostitwixxi l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan huwa li tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni. |
||||||||||||
II.10 |
Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) |
L-għan ta’ dawn il-pagamenti diretti huwa li jiġi diżakkoppjat l-appoġġ mill-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem sabiex jittejjeb l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa. |
||||||||||||
|
Operazzjonijiet fil-forma ta’ interventi settorjali kif previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
||||||||||||
III.1 |
Fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (mill-Artikolu 49 sal-Artikolu 53) |
L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex. Dan isir permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs u l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku. |
||||||||||||
III.2 |
Fis-settur tal-prodotti tal-apikultura (mill-Artikolu 54 , 55 u 56) |
L-għan huwa li jiġu appoġġati dawk li jrabbu n-naħal, il-kwalità u s-suq għall-prodotti tal-apikultura |
||||||||||||
III.3 |
Fis-settur tal-inbid (mill-Artikolu 57 sal-Artikolu 60) |
L-għan huwa li jiġu appoġġati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-inbid. Il-programmi huma mmexxija mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali bħala parti mill-Pjan Strateġiku tagħhom u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. Il-benefiċjarji huma vitikulturi kif ukoll operaturi fil-produzzjoni u fil-kummerċ tal-inbid jew l-assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet tagħhom. L-operazzjonijiet li għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri jistgħu jkunu annwali jew pluriennali. |
||||||||||||
III.4 |
Fis-settur tal-ħops (l-Artikoli 61 u 62) |
L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-ħops permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku. |
||||||||||||
III.5 |
Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Artikoli 63, 64 u 65) |
L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku. |
||||||||||||
III.6 |
F’setturi oħrajn imsemmija fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f’setturi li jkopru l-prodotti elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2021/2115. (Artikoli 66, 67 u 68) |
L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi relatati permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO), l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll il-Gruppi ta’ Produtturi (PG) approvati temporanjament mill-Istati Membri, u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs, l-APOs jew il-PGs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku. |
||||||||||||
|
Miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
||||||||||||
IV.1 |
L-intervent pubbliku |
Meta l-prezzijiet tas-suq għal ċerti prodotti agrikoli jaqgħu taħt livell predeterminat, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jistgħu jintervjenu biex jistabbilizzaw is-suq billi jixtru provvisti żejda, li mbagħad jistgħu jinħażnu sakemm jiżdied il-prezz tas-suq. L-entitajiet li jridu jiġu ppubblikati huma dawk li jibbenefikaw mill-għajnuna, fi kliem ieħor l-entitajiet li minnhom ikun inxtara l-prodott. |
||||||||||||
IV.2 |
L-għajnuna għall-ħżin privat |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa temporanjament lill-produtturi ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-kost tal-ħżin privat. |
||||||||||||
IV.3 |
L-iskema tal-iskejjel |
L-għan tal-għajnuna pprovduta huwa li tappoġġa d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli lit-tfal fl-iskejjel preprimarji, primarji u sekondarji bl-objettiv li jżidu l-konsum tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħalib tagħhom u jtejbu d-drawwiet alimentari tagħhom. |
||||||||||||
IV.5 |
Il-miżuri eċċezzjonali |
L-għan tal-miżuri eċċezzjonali mogħtija skont l-Artikoli 219(1), 220(1) u 221(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa li jappoġġaw is-swieq agrikoli f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116. |
||||||||||||
IV.6 |
L-għajnuna fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (Kapitolu II, Taqsima 3) |
Il-kultivaturi huma mħeġġa jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP). Dawn jirċievu għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, abbażi ta’ strateġija nazzjonali. L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa wkoll li timmitiga l-fluttwazzjoni tal-introjtu mill-kriżijiet. Tiġi offruta l-għajnuna għall-miżuri ta’ prevenzjoni/ġestjoni ta’ kriżi taħt il-programmi operazzjonali jiġifieri għall-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri/in-nuqqas ta’ ħsad, l-għodod ta’ promozzjoni/komunikazzjoni, it-taħriġ, l-assigurazzjoni tal-ħsad, għajnuna biex jiġi żgurat is-self bankarju u jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment ta’ fondi mutwi (fondi ta’ stabbilizzazzjoni li jkunu proprjetà tal-bdiewa). |
||||||||||||
IV.7 |
L-appoġġ fis-settur tal-inbid (Kapitolu II, Taqsima 4) |
L-għan tad-diversi għajnuniet mogħtija huwa li jiġi żgurat il-bilanċ tas-suq u tiżdied il-kompetittività tal-inbid tal-Unjoni: appoġġ għall-promozzjoni tal-inbid fis-swieq ta’ pajjiżi terzi u informazzjoni dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u s-sistema tal-Unjoni tad-DOP/IĠP; il-kofinanzjament tal-kostijiet għar-ristrutturar u għall-konverżjoni tal-vinji, għall-investimenti fil-fabbriki tal-inbid u fil-faċilitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-innovazzjoni; appoġġ għall-ħsad bikri, fondi mutwi, assigurazzjoni tal-ħsad u distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji. |
||||||||||||
IV.8 |
L-appoġġ fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Kapitolu II, Taqsima 2) |
Appoġġ mogħti lill-programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz tal-modernizzazzjoni; it-titjib tal-produzzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali biex tittejjeb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda. |
||||||||||||
IV.9 |
L-għajnuna fis-settur tal-apikultura (Kapitolu II, Taqsima 5) |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa dan is-settur permezz ta’ programmi tal-apikultura sabiex tittejjeb il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura. |
||||||||||||
IV.10 |
L-għajnuna fis-settur tal-ħops (Kapitolu II, Taqsima 6) |
Għajnuna mogħtija biex tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops. |
||||||||||||
|
Operazzjoni fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
||||||||||||
V.1 |
L-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn imwettqa fuq bażi volontarja li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji u li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi tal-PAK, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u tal-benessri tal-annimali. |
||||||||||||
V.2 |
Ir-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf, relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona fiż-żona kkonċernata, bħal żoni muntanjużi. |
||||||||||||
V.3 |
L-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati ma’ ċerti żvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata li huma imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi ta’ Natura 2000 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)) jew, għaż-żoni agrikoli, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)). |
||||||||||||
V.4 |
L-investimenti, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa investimenti f’assi tanġibbli jew intanġibbli, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni, li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. |
||||||||||||
V.5 |
L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, żgħażagħ ġodda u, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-bidu ta’ negozji rurali bil-ħsieb li jsir kontribut għall-kisba ta’ waħda jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. |
||||||||||||
V.6 |
L-għodod għall-ġestjoni tar-riskju |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tippromwovi l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu relatati mal-attività agrikola tagħhom li huma barra mill-kontroll tagħhom. |
||||||||||||
V.7 |
Il-kooperazzjoni |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa l-kooperazzjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. Dan jinkludi appoġġ għall-kooperazzjoni għal:
|
||||||||||||
V.8 |
L-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni |
L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa azzjonijiet ta’ skambju tal-għarfien u ta’ informazzjoni li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK, speċifikament immirati lejn il-protezzjoni tan-natura, tal-ambjent u tal-klima, inklużi l-edukazzjoni ambjentali u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ negozji u komunitajiet rurali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu azzjonijiet għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tat-taħriġ u tal-pariri kif ukoll għall-iskambju u għat-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni. |
||||||||||||
|
Miżuri previsti fit-Titolu III tal-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|
||||||||||||
VI.1 |
It-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (l-Artikolu 14) |
Din il-miżura tikkonċerna t-taħriġ u tipi oħra ta’ attivitajiet bħal workshops, coaching, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, skemi ta’ skambju u żjarat tal-azjendi agrikoli u tal-foresti għal żmien qasir. L-għan huwa li jittejjeb il-potenzjal uman tal-persuni involuti fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, tal-ġestjonarji tal-art u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) li joperaw f’żoni rurali. |
||||||||||||
VI.2 |
Is-servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli (l-Artikolu 15) |
Din il-miżura, permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza kif ukoll l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli, għandha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-foresti u tal-SMEs li joperaw f’żoni rurali. Din tippromwovi wkoll it-taħriġ tal-konsulenti. |
||||||||||||
VI.3 |
L-iskemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u alimentari (l-Artikolu 16) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa lill-parteċipanti l-ġodda kollha fl-Unjoni, l-iskemi ta’ kwalità nazzjonali u volontarji. L-appoġġ jista’ jkopri wkoll il-kostijiet li jinħolqu minn attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni sabiex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-eżistenza u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti magħmula skont dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali. |
||||||||||||
VI.4 |
L-investimenti f’assi fiżiċi (l-Artikolu 17) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi rurali, ittejjeb l-effiċjenza tas-settur tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tipprovdi infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikoltura u tal-forestrija u tappoġġa investimenti mhux remunerattivi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali. |
||||||||||||
VI.5 |
Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa (l-Artikolu 18) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tgħin lill-bdiewa jipprevjenu diżastri naturali u eventi katastrofiċi jew li jirrestawraw il-potenzjal agrikolu, li tkun saritlu ħsara, wara r-rikonoxximent formali tiegħu mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri, sabiex tgħin fil-vijabbiltà u fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli fid-dawl ta’ tali avvenimenti. |
||||||||||||
VI.6 |
L-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju (l-Artikolu 19) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi vijabbli ġodda bħal azjendi ġodda mmexxija minn bdiewa żgħażagħ, negozji ġodda f’żoni rurali, jew l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar. Jingħata wkoll appoġġ lil intrapriżi ġodda jew eżistenti għal investimenti u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli li huma essenzjali għall-iżvilupp u għall-kompetittività taż-żoni rurali u tal-bdiewa kollha li jiddiversifikaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom. Il-miżura tipprovdi pagamenti għall-bdiewa eliġibbli għall-iskema għall-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom b’mod permanenti lil bidwi ieħor. |
||||||||||||
VI.7 |
Is-servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali (l-Artikolu 20) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-interventi li jistimulaw it-tkabbir u jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika taż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura lokali (inklużi l-broadband, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura soċjali) u s-servizzi bażiċi lokali, kif ukoll permezz tat-tiġdid tal-irħula u l-attivitajiet immirati lejn ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali. Il-miżura tappoġġa wkoll ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-faċilitajiet bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali taż-żona. |
||||||||||||
VI.8 |
L-investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (l-Artikolu 21; minn Artikolu 22 sa 26) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi l-investimenti fl-iżvilupp tal-imsaġar, fil-protezzjoni tal-foresti, fl-innovazzjoni fil-forestrija, fit-teknoloġiji tal-forestrija u fil-prodotti tal-foresti, sabiex tikkontribwixxi għall-potenzjal tat-tkabbir taż-żoni rurali. |
||||||||||||
VI.9 |
It-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (l-Artikolu 22) |
L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar f’art agrikola u mhux agrikola. |
||||||||||||
VI.10 |
L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta’ sistemi agroforestali (l-Artikolu 23) |
L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ sistemi u prattiki agroforestali fejn il-perenni tal-injam jiġu integrati deliberatament ma’ għelejjel u/jew annimali fuq l-istess unità tal-art. |
||||||||||||
VI.11 |
Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali u eventi katastrofiċi (l-Artikolu 24) |
Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprevjeni u tirrestawra l-potenzjal tal-forestrija (tqaċċit u tħawwil mill-ġdid) wara l-okkorrenza ta’ nirien fil-foresti, diżastri naturali oħrajn inklużi tifqigħat ta’ pesti u mard, kif ukoll theddid relatat mat-tibdil fil-klima. |
||||||||||||
VI.12 |
L-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti (l-Artikolu 25) |
L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa azzjonijiet li jtejbu l-valur ambjentali tal-foresta, jiffaċilitaw l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, jipprovdu servizzi tal-ekosistema u jtejbu l-valur tal-faċilitajiet pubbliċi tal-foresti. Jenħtieġ li tiġi żgurata ż-żieda fil-valur ambjentali tal-foresta. |
||||||||||||
VI.13 |
L-investimenti fit-teknoloġiji tal-foresti, fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti (l-Artikolu 26) |
Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-investiment f’makkinarju u/jew f’tagħmir relatat mal-ħsad, mat-tqattigħ, mal-mobilizzazzjoni, mal-ipproċessar tal-injam qabel is-serrar industrijali tiegħu. L-għan ewlieni ta’ din is-sottomiżura huwa li ttejjeb il-valur ekonomiku tal-foresti. |
||||||||||||
VI.14 |
L-istabbiliment ta’ gruppi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (l-Artikolu 27) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, speċjalment fis-snin bikrija, meta jiġġarrbu kostijiet addizzjonali sabiex jiġu indirizzati b’mod konġunt l-isfidi tas-suq u jissaħħaħ il-poter ta’ negozjar fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż fis-swieq lokali. |
||||||||||||
VI.15 |
Il-miżura agroambjentali klimatika (l-Artikolu 28) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tħeġġeġ lill-ġestjonarji tal-art japplikaw prattiki tal-biedja li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-pajsaġġ, tar-riżorsi naturali u tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Dan jista’ jikkonċerna mhux biss it-titjib li huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent fil-prattika tal-biedja iżda wkoll iż-żamma ta’ prattiki ta’ benefiċċju eżistenti. |
||||||||||||
VI.16 |
Il-biedja organika (l-Artikolu 29) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiffoka fuq l-appoġġ tal-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika u/jew iż-żamma tagħhom, bil-għan li tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fi skemi bħal dawn, u b’hekk twieġeb għad-domanda tas-soċjetà għall-użu ta’ prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. |
||||||||||||
VI.17 |
Il-pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (l-Artikolu 30) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ kumpensatorju lill-benefiċjarji li jsofru minn żvantaġġi partikolari minħabba rekwiżiti obbligatorji speċifiċi fiż-żoni kkonċernati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE meta mqabbla mas-sitwazzjoni tal-bdiewa u tal-forestiera f’żoni oħrajn mhux affettwati b’dawn l-iżvantaġġi. |
||||||||||||
VI.18 |
Il-pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra (l-Artikolu 31) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ lill-benefiċjarji li jsofru minn restrizzjonijiet partikolari minħabba li jinsabu f’żoni muntanjużi jew f’żoni oħrajn li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti jew restrizzjonijiet speċifiċi. |
||||||||||||
VI.19 |
It-trattament xieraq tal-annimali (l-Artikolu 33) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tipprovdi pagamenti lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet ta’ impenn wieħed jew aktar għall-benesseri tal-annimali. |
||||||||||||
VI.20 |
Is-servizzi ambjentali b’rabta mal-foresti u servizzi tal-klima u l-konservazzjoni tal-foresti (l-Artikolu 34) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-promozzjoni tal-ġestjoni u t-titjib sostenibbli tal-foresti u tal-imsaġar, inklużi ż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità, tar-riżorsi tal-ilma u tal-ħamrija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u anke għall-ħtieġa li jiġu kkonservati r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, inklużi attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ varjetajiet differenti ta’ speċijiet ta’ foresti sabiex jiġu adattati għal kundizzjonijiet lokali speċifiċi. |
||||||||||||
VI.21 |
Il-kooperazzjoni (l-Artikolu 35) |
L-għan tal-miżura huwa li tippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u li jimmiraw li jiżviluppaw (fost oħrajn): proġetti pilota; prodotti ġodda, prattiki, proċessi u teknoloġiji fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija; servizzi tat-turiżmu; katini tal-provvista qosra u swieq lokali; proġetti konġunti / prattiki dwar l-ambjent / tibdil fil-klima; proġetti għall-provvista sostenibbli tal-bijomassa; strateġiji mhux tal-LEADER għall-iżvilupp lokali; pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti; u d-diversifikazzjoni f’attivitajiet ta’ “biedja soċjali”. |
||||||||||||
VI.22 |
Il-ġestjoni tar-riskju (l-Artikolu 36) |
Din il-miżura tirrappreżenta sett ġdid ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju u tmexxi ’l quddiem il-possibbiltajiet li jeżistu bħalissa biex jiġu appoġġati l-assigurazzjonijiet u l-fondi mutwi permezz tal-pakketti nazzjonali ta’ pagamenti diretti tal-Istati Membri biex jgħinu lill-bdiewa esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali dejjem akbar. Il-miżura tintroduċi wkoll għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu biex tipprovdi kumpens lill-bdiewa li qed isofru minn tnaqqis serju fl-introjtu tagħhom. |
||||||||||||
VI.22bis |
L-appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19 (l-Artikolu 39b) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa appoġġ temporanju minħabba l-kriżi tal-COVID-19 |
||||||||||||
VI.23 |
Il-finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja (l-Artikolu 40) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplimentari fil-Kroazja pagament supplimentari fl-ambitu tat-tieni pilastru. |
||||||||||||
VI.24 |
L-appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (żvilupp lokali mmexxi mill-komunità) (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżomm l-approċċ LEADER bħala għodda integrata għall-iżvilupp territorjali fuq livell (“lokali”) sottoreġjonali li se tikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali, li huwa wieħed mill-objettivi ġenerali tal-politika għall-iżvilupp rurali. |
||||||||||||
VI.25 |
L-assistenza teknika (Artikoli 51 sa 54) |
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti lill-Istati Membri l-kapaċità li jipprovdu assistenza teknika biex jappoġġaw azzjonijiet li jsostnu l-kapaċità amministrattiva marbuta mal-ġestjoni tal-Fondi SIE. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati għat-tħejjija, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni, għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, għan-networking, għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u għall-kontroll u l-awditjar tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali. |
||||||||||||
VII.1 |
Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 |
Il-miżuri POSEI huma skemi agrikoli speċifiċi li għandhom l-għan li jqisu r-restrizzjonijiet tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kif meħtieġ mill-Artikolu 349 tat-TFUE. POSEI jikkonsisti minn żewġ elementi ewlenin: l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista u l-miżuri biex tiġi appoġġata l-produzzjoni lokali. Tal-ewwel għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet addizzjonali għall-provvista ta’ prodotti essenzjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni remota ta’ dawn ir-reġjuni (permezz ta’ għajnuna għal prodotti mill-Unjoni u eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal prodotti minn pajjiżi terzi) u tal-aħħar li jgħinu fl-iżvilupp tas-settur agrikolu lokali (pagamenti diretti u miżuri tas-suq). POSEI jippermetti wkoll il-finanzjament ta’ programmi tas-saħħa tal-pjanti. |
||||||||||||
VIII.1 |
Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 |
Ir-reġim għall-Gżejjer minuri tal-Eġew huwa simili għal dak ta’ POSEI, iżda ma għandux l-istess bażi ġuridika fit-TFUE u jopera fuq skala iżgħar minn POSEI. Dan jinkludi kemm l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista (limitati madankollu għall-għajnuna għal prodotti mill-Unjoni) kif ukoll il-miżuri biex jiġu appoġġati l-attivitajiet agrikoli lokali li jikkonsistu f’pagamenti supplimentari għal prodotti lokali definiti b’mod speċifiku. |
||||||||||||
IX.1 |
Miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 |
Il-miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar prodotti agrikoli u ċerti prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern jew f’pajjiżi terzi kif elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jistgħu jiġu ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(4) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327 22.12.2000, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).