This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022L0890
Council Directive (EU) 2022/890 of 3 June 2022 amending Directive 2006/112/EC as regards the extension of the application period of the optional reverse charge mechanism in relation to supplies of certain goods and services susceptible to fraud and of the Quick Reaction Mechanism against VAT fraud
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/890 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta’ provvisti ta’ ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/890 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta’ provvisti ta’ ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT
ST/7137/2022/INIT
ĠU L 155, 8.6.2022, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006L0112 | Tħassir | artikolu 199a paragrafu 3 | 11/06/2022 | |
Modifies | 32006L0112 | Tħassir | artikolu 199a paragrafu 4 | 11/06/2022 | |
Modifies | 32006L0112 | Tħassir | artikolu 199a paragrafu 5 | 11/06/2022 | |
Modifies | 32006L0112 | Sostituzzjoni | artikolu 199a paragrafu 1 Test | 11/06/2022 | |
Modifies | 32006L0112 | Sostituzzjoni | artikolu 199b paragrafu 6 | 11/06/2022 |
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2022/890
tat-3 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta’ provvisti ta’ ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Il-frodi tat-taxxa fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) twassal għal telf baġitarju konsiderevoli u għandha impatt fuq l-operazzjoni tas-suq intern. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tipprevedi li l-Istati Membri jużaw, fuq bażi fakultattiva, il-mekkaniżmu tar-reverse charge (RCM) għall-ħlas tal-VAT fuq provvisti ta’ oġġetti u servizzi prestabbiliti li huma suxxettibbli għall-frodi, b’mod partikolari l-frodi Intra-Komunitarja b’Negozjant Nieqes (MTIC). Dik id-Direttiva tipprevedi wkoll miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida (MRR), li toffri lill-Istati Membri, f’ċerti kondizzjonijiet stretti, proċedura aktar rapida li tippermetti l-introduzzjoni tal-RCM, li tirriżulta f’reazzjoni aktar adegwata u effettiva għal frodi għall-għarrieda u massiva. Il-perjodu ta’ applikazzjoni taż-żewġ mekkaniżmi jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 2022. |
(3) |
Il-Kummissjoni adottat żewġ proposti leġiżlattivi għall-introduzzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT, li għandhom l-għan li jipprovdu rispons komprensiv għall-frodi MTIC. Dawk il-proposti, li inizjalment kienu previsti li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2022, għadhom qed jiġu nnegozjati fil-Kunsill u mhuwiex previst li ser jiġu adottati qabel dik id-data jew li jidħlu fis-seħħ dakinhar. |
(4) |
Fir-rapport tagħha tat 8 ta’ Marzu 2018, dwar l-effetti tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva 2006/112/KE dwar il-ġlieda kontra l-frodi, il-Kummissjoni tindika li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ġeneralment iqisu l-RCM bħala għodda temporanja effettiva u effiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Barra minn hekk, l-Istati Membri qiesu l-MRR bħala għodda utli u miżura ta’ prekawzjoni f’każijiet eċċezzjonali ta’ frodi tal-VAT. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-kondizzjonijiet legali jew il-prattikalitajiet għall-applikazzjoni tal-RCM fis-sistema tal-VAT tal-UE ma nbidlux. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/112/KE ma ġietx emendata b’mod sinifikanti sabiex tindirizza l-kwistjoni tal-frodi MTIC b’mod aktar strutturali. Għalhekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li s-sejbiet u l-konsiderazzjonijiet fir-rapport għadhom fil-biċċa l-kbira validi. |
(5) |
Għaldaqstant jidher li l-RCM u l-MRR kienu utli bħala miżuri temporanji u mmirati. L-iskadenza tagħhom iċċaħħad lill-Istati Membri minn għodod effiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-RCM u tal-MRR jiġi estiż għal perjodu ta’ żmien limitat ieħor biex ikunu jistgħu jsiru n-negozjati fil-Kunsill rigward is-sistema definittiva tal-VAT, u biex ikun jista’ jitkompla l-iżvilupp ta’ għodod biex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u ta’ regoli ta’ rapportar modernizzati li sadattant jiġu adottati. |
(6) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, iż-żamma ta’ għodod effiċjenti għall-ġlieda kontra l-frodi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 199a huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 199b, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Il-miżura speċjali tal-MRR kif prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2026.”. |
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
F. RIESTER
(1) Opinjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tat-23 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).