This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2103
Council Decision (EU) 2022/2103 of 13 October 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Council of Members of the International Olive Council as regards the elimination of the category ordinary virgin olive oil from Annex B of the International Agreement on Olive Oil and Table Olives, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2103 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tat-tħassirtal-kategorija żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju mill-Anness B tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2103 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tat-tħassirtal-kategorija żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju mill-Anness B tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
ST/12545/2022/INIT
ĠU L 283, 3.11.2022, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2103
tat-13 ta’ Ottubru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tat-tħassirtal-kategorija żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju mill-Anness B tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 (1) fit-18 ta’ Novembru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. Il-Ftehim daħal fis-seħħ b’mod proviżorju fl-1 ta’ Jannar 2017 f’konformità mal-Artikolu 31(2) tiegħu, |
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż fis-17 ta’ Mejju 2019 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (“il-Kunsill tal-Membri”) irid jadotta d-deċiżjonijiet li jagħmlu t-tibdil fil-Ftehim. |
(4) |
Waqt il-116-il seduta li ser issir bejn it-28 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2022, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Membri tal-Kunsill permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, il-Kunsill tal-Membri għandu jadotta deċiżjoni biex titħassar il-kategorija “żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju” mill-Anness B tal-Ftehim. |
(5) |
Id-deċiżjoni ser issir vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 20(1) tal-Ftehim. Għalhekk jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri, peress li d-deċiżjoni li ser tiġi adottata ser ikollha effetti legali fuq l-Unjoni. |
(6) |
Billi l-kategorija ‘żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju’ ma teżistix fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Membri tiġi appoġġata. |
(7) |
Jenħtieġ li tittieħed f’isem l-Unjoni l-pożizzjoni stabbilita f’din id-Deċiżjoni fil-116-il seduta tal-Kunsill tal-Membri, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, skont l-Artikolu 10(6) tal-Ftehim. Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza tinbeda qabel is-seduta regolari li jmiss tal-Kunsill tal-Membri f’Novembru tal-2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ waqt il-116-il seduta li ser issir bejn it-28 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2022, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza li trid tinbeda qabel is-seduta regolari li jmiss f’Novembru tal-2022, hija li jiġi appoġġat it-tħassir tal-kategorija “żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju” mill-Anness B tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, mill-1 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BLAŽEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (ĠU L 293, 28.10.2016, p. 2).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (ĠU L 139, 27.5.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).