EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0901

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/901 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti

C/2021/3866

ĠU L 197, 4.6.2021, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/901/oj

4.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/75


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/901

tat-3 ta’ Ġunju 2021

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(2) u 72(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) fiha żbalji fil-punti 65 u 68 tal-Anness VII fir-rigward tal-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati għall-introduzzjoni ta’ ċerti pjanti jew prodotti tal-pjanti fl-Unjoni u fil-punt 12 tal-Parti A tal-Anness XI fir-rigward tal-indikazzjoni ta’ pjanta.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


Top