Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0531

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/531 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    C/2021/2063

    ĠU L 106, 26.3.2021, p. 52–54 (BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 106, 26.3.2021, p. 54–56 (CS)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/531/oj

    26.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/52


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/531

    tat-22 ta’ Marzu 2021

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

    (4)

    Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Gerassimos THOMAS

    Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l- Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Muntatura ta’ lenti tal-kamera magħmula mill-metall u mill-plastik b’konnessjoni bayonet u b’dimensjonijiet ta’ madwar 92 × 86 × 35,1 mm.

    L-oġġett huwa mfassal biex jitwaħħal mal-parti ta’ quddiem ta’ video camera diġitali li tirrekordja u jkun bejn il-video camera li tirrekordja u l-lenti tal-objettiv.

    Huwa mfassal biex jippermetti li jintużaw lentijiet ta’ objettivi ma’ video camera diġitali li tirrekordja b’kamini ta’ konnessjoni ta’ daqsijiet differenti, u l-kontroll mekkaniku tal-iris jseħħ billi jiġi rregolat l-aġġustatur tal-iris tiegħu.

    9002 11 00

    Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 1(m) tas-Sezzjoni XVI, in-nota 2 (b) tal-Kapitolu 90 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9002 u 9002 11 00 .

    Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8529 bħala parti adattata għall-użu biss jew prinċipalment ma’ apparat tal-intestaturi minn 8525 sa 8528 hija eskluża minħabba li l-oġġett mhuwiex essenzjali għall-funzjonament tal-kamera diġitali li tirrekordja.

    Billi l-oġġett jippermetti li jintużaw lentijiet ta’ objettivi ma’ video cameras diġitali li jirrekordjaw b’kamini ta’ konnessjoni ta’ daqsijiet differenti, l-oġġett jżid il-firxa tal-użu tal-lentijiet ta’ objettivi. Għalhekk, l-oġġett għandu jitqies bħala aċċessorju identifikabbli bħala adattat għall-użu biss jew prinċipalment mal-lentijiet ta’ objettivi tal-intestatura 9002 (ara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Ġunju 2011, Unomedical, C-152/10, ECLI:EU: C:2011:402, il-paragrafi 29, 30 u 34). Konsegwentement, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8479 bħala magna b’funzjoni individwali, mhux speċifikata jew inkluża xi mkien ieħor fil-Kapitolu 84, hija eskluża minħabba li l-oġġett huwa kopert b’mod aktar speċifiku minn intestatura f’kapitolu ieħor tan-Nomenklatura (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8479 , it-tieni paragrafu (b)).

    Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9002 11 00 bħala aċċessorju għal-lentijiet ta’ objettivi tal-intestatura 9002 .


    Top