This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D2016
Council Implementing Decision (CFSP) 2021/2016 of 18 November 2021 implementing Decision 2014/932/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Yemen
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016 tat-18 ta’ Novembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016 tat-18 ta’ Novembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
ST/13829/2021/INIT
ĠU L 410I, 18.11.2021, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0932 | Żieda | anness punt 7 | 18/11/2021 | |
Modifies | 32014D0932 | Żieda | anness punt 8 | 18/11/2021 | |
Modifies | 32014D0932 | Żieda | anness punt 9 | 18/11/2021 |
18.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 410/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2016
tat-18 ta’ Novembru 2021
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK. |
(2) |
Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2140 (2014) żied tliet persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. ČERNAČ
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)):
“7. |
Saleh Mesfer Saleh Al Shaer (psewdonimi: (a) Saleh Mosfer Saleh al Shaer; (b) Saleh Musfer Saleh al Shaer; (c) Saleh Mesfer al Shaer; (d) Saleh al Shae; (e) Saleh al Sha’ir; (f) Abu Yasser).
Kitba oriġinali: الشاعر صالح مسفر صالح Deżinjazzjoni: Maġġur Ġenerali, “Kustodi Ġudizzjarju” ta’ proprjetajiet u fondi li huma proprjetà tal-avversarji tal-Houthis. Indirizz: Jemen. Post tat-twelid: Al Safrah, Provinċja ta’ Sa’dah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Nru tal-Passaport: a) Numru tal-Jemen 05274639, maħruġ fis-7.10.2013 (Data ta’ skadenza: 7.10.2019) b) Numru tal-Jemen 00481779, maħruġ fid-9.12.2000 (Data ta’ skadenza: 9.12.2006) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: a) Jemen 1388114 b) Jemen 10010057512. Informazzjoni oħra: Bħala “Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika” tal-Houthi, għen lill-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Bħala “Kustodju Ġudizzjarju” hu direttament involut fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Griż; Karnaġġjon: Medju; Binja: Irqiq; Tul (ft/in): Mhux magħruf; Piż (lbs): Mhux magħruf; u Klann: Membru tal-konfederazzjoni tribali tal-Hashid. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu. Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021 Saleh Mesfer Saleh Al Shaer ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140 (2014). Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż billi dderieġa atti li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli fil-Jemen. Informazzjoni addizzjonali: B’referenza għad-Dikjarazzjoni tal-Każ tal-Bord ta’ Esperti tan-NU tat-28 ta’ Awwissu 2019, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbilit fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Filwaqt li serva bħala Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Houthis, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer assista l-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Huwa elenkat ukoll b’rabta mal-involviment dirett tiegħu sa minn kmieni fl-2018 fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen, fil-kapaċità tiegħu bħala “Kustodju Ġudizzjarju” u bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Al Shaer uża l-awtorità tiegħu u network ibbażat f’Sana’a li jinkludi membri tal-familja tiegħu, qorti kriminali speċjali, il-bureau tas-sigurtà nazzjonali, il-bank ċentrali, is-servizzi ta’ reġistratur tal-Ministeru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Jemen, u xi banek privati sabiex b’mod arbitrarju jċaħħdu mill-pussess tal-ġid tagħhom individwi u entitajiet privati mingħajr ebda proċess ġudizzjarju dovut jew possibbiltà ta’ rimedju. |
8. |
Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari (psewdonimi: (a) Mohammad Al-Ghamari).
Kitba oriġinali: الغماري محمد عبدالكریم Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap Kmandant tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: a) 1979; b) 1984. Post tat-twelid: Izla Dhaen, Distrett ta’ Wahha, Provinċja ta’ Hajjar, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Informazzjoni oħra: Il-Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż f’Marib, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021 Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu. Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021 Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014). Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Informazzjoni addizzjonali: Al-Ghamari huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Ghamari, bħala Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Dan l-aħħar huwa ħa f’idu l-attakk tal-Houthi fuq skala kbira kontra t-territorju miżmum mill-gvern tal-Jemen fil-provinċja ta’ Marib. L-attakk ta’ Marib qed jiggrava l-kriżi umanitarja tal-Jemen, peress li jqiegħed madwar miljun persuna vulnerabbli spostati internament f’riskju li jerġgħu jiġu spostati, iwassal għall-mewt ta’ persuni ċivili, u qed jikkawża eskalazzjoni usa’ tal-konflitt.
|
9. |
Yusuf Al-Madani
Kitba oriġinali: یوسف المداني Titlu: Maġġur Ġeneral. Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Ħames Reġjun Militari tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: 1977. Post tat-twelid: Direttorat ta’ Muhatta, Provinċja ta’ Hajjah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Mexxej prominenti tal-forzi Houthi u kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen – li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu. Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021 Yusuf Al-Madani ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014). Yusuf Al-Madani involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Informazzjoni addizzjonali: Al-Madani huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Madani huwa mexxej prominenti tal-forzi Houthi u huwa l-kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ir-ripożizzjonament persistenti tal-Houthi u ksur ieħor tad-dispożizzjonijiet dwar il-waqfien mill-ġlied tal-Ftehim ta’ Hudaydah iddestabbilizzaw belt li sservi bħala triq kritika għall-komoditajiet umanitarji u kummerċjali essenzjali. Barra minn hekk, hemm rapporti regolari ta’ attakki tal-Houthi li għandhom impatt fuq iċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili fi Hudaydah u madwarha, u dan ikompli jaggrava s-sitwazzjoni għall-Jemeniti li qed jiffaċċaw uħud mill-ogħla livelli ta’ bżonnijiet umanitarji fil-pajjiż.
|