Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1800

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1800 tal-11 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

    ST/11985/2021/INIT

    ĠU L 361, 12.10.2021, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1800/oj

    12.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 361/52


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1800

    tal-11 ta’ Ottubru 2021

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2021. Fuq il-bażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu estiżi sal-15 ta’ Ottubru 2022.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2022 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PODGORŠEK


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58).


    Top