Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1019

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1019 tat-22 ta’ Ġunju 2021 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

    ST/9499/2021/INIT

    ĠU L 224, 24.6.2021, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1019/oj

    24.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 224/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1019

    tat-22 ta’ Ġunju 2021

    dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021 u ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2021, fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, fis-6 ta’ April 2021, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jamministra lill-Kummissjoni.

    (3)

    Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, l-ewwel is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti stabbiliti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI.

    (4)

    Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi li l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-FEŻ għall-2021 huwa ta’ EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 300 000 000 għall-BEI.

    (6)

    Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-datatal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tieni ħlas parzjali tal-2021, skont l-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. P. ZACARIAS


    (1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1

    (2)  ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

    (3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).


    ANNESS

    L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

    Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

    It-2ni ħlas parzjali tal-2021 (EUR)

    Totali

    Il-BEI

    Il-Kummissjoni

    Il-11-il FEŻ

    Il-11-il FEŻ

    IL-BELĠJU

    3,24927

    4 224 051,00

    38 991 240,00

    43 215 291,00

    IL-BULGARIJA

    0,21853

    284 089,00

    2 622 360,00

    2 906 449,00

    IĊ-ĊEKJA

    0,79745

    1 036 685,00

    9 569 400,00

    10 606 085,00

    ID-DANIMARKA

    1,98045

    2 574 585,00

    23 765 400,00

    26 339 985,00

    IL-ĠERMANJA

    20,57980

    26 753 740,00

    246 957 600,00

    273 711 340,00

    L-ESTONJA

    0,08635

    112 255,00

    1 036 200,00

    1 148 455,00

    L-IRLANDA

    0,94006

    1 222 078,00

    11 280 720,00

    12 502 798,00

    IL-GREĊJA

    1,50735

    1 959 555,00

    18 088 200,00

    20 047 755,00

    SPANJA

    7,93248

    10 312 224,00

    95 189 760,00

    105 501 984,00

    FRANZA

    17,81269

    23 156 497,00

    213 752 280,00

    236 908 777,00

    IL-KROAZJA

    0,22518

    292 734,00

    2 702 160,00

    2 994 894,00

    L-ITALJA

    12,53009

    16 289 117,00

    150 361 080,00

    166 650 197,00

    ĊIPRU

    0,11162

    145 106,00

    1 339 440,00

    1 484 546,00

    IL-LATVJA

    0,11612

    150 956,00

    1 393 440,00

    1 544 396,00

    IL-LITWANJA

    0,18077

    235 001,00

    2 169 240,00

    2 404 241,00

    IL-LUSSEMBURGU

    0,25509

    331 617,00

    3 061 080,00

    3 392 697,00

    L-UNGERIJA

    0,61456

    798 928,00

    7 374 720,00

    8 173 648,00

    MALTA

    0,03801

    49 413,00

    456 120,00

    505 533,00

    IN-NETHERLANDS

    4,77678

    6 209 814,00

    57 321 360,00

    63 531 174,00

    L-AWSTRIJA

    2,39757

    3 116 841,00

    28 770 840,00

    31 887 681,00

    IL-POLONJA

    2,00734

    2 609 542,00

    24 088 080,00

    26 697 622,00

    IL-PORTUGALL

    1,19679

    1 555 827,00

    14 361 480,00

    15 917 307,00

    IR-RUMANIJA

    0,71815

    933 595,00

    8 617 800,00

    9 551 395,00

    IS-SLOVENJA

    0,22452

    291 876,00

    2 694 240,00

    2 986 116,00

    IS-SLOVAKKJA

    0,37616

    489 008,00

    4 513 920,00

    5 002 928,00

    IL-FINLANDJA

    1,50909

    1 961 817,00

    18 109 080,00

    20 070 897,00

    L-IŻVEZJA

    2,93911

    3 820 843,00

    35 269 320,00

    39 090 163,00

    IR-RENJU UNIT

    14,67862

    19 082 206,00

    176 143 440,00

    195 225 646,00

    TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT

    100,00

    130 000 000,00

    1 200 000 000,00

    1 330 000 000,00


    Top