EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0885

Deċiżjoni (UE) 2021/885 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza b’rabta ma’ diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja u lil Spanja fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika

ĠU L 194, 2.6.2021, p. 40–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/885/oj

2.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/40


DEĊIŻJONI (UE) 2021/885 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Mejju 2021

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza b’rabta ma’ diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja u lil Spanja fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali maġġuri jew reġjonali jew minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri.

(2)

Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). F’konformità mal-Artikolu 9(2) u 9(4) ta’ dak ir-Regolament, l-ammont massimu li jista’ jiġi mobilizzat mill-Fond mill-allokazzjoni tal-2021 sal-1 ta’ Settembru 2021 huwa ta’ EUR 477 543 750. Skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà ġie inkorporat fil-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2021 (f’impenji u pagamenti) għall-pagament ta’ avvanzi. Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 47 981 598 tal-allokazzjoni tal-2020 ma ntużax sal-aħħar ta’ dik is-sena u ġie riportat għall-2021. Għalhekk, l-ammont massimu disponibbli taħt il-FSUE f’dan il-punt fl-2021 huwa ta’ EUR 525 525 348, li huwa biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet taħt din id-Deċiżjoni.

(3)

Fid-29 ta’ Ottubru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Awwissu 2020 fi Sterea Ellada.

(4)

Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati miċ-ċiklun Ianos f’Settembru 2020 li affettwaw ir-Reġjuni ta’ Ionia Nisia, Sterea Ellada, Ditiki Ellada, Tessalia u Peloponnisos.

(5)

Fit-22 ta’ Jannar 2021, il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremot f’Ottubru 2020 li affettwa l-gżejjer ta’ Samos, Ikaria u Chios.

(6)

Fil-21 ta’ Diċembru 2020, Franza ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati minn Storm Alex fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur f’Ottubru 2020.

(7)

Sal-24 ta’ Ġunju 2020, l-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja u Spanja ppreżentaw applikazzjonijiet biex jimmobilizzaw il-Fond b’rabta mal-emerġenza tas-saħħa pubblika ewlenija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020.

(8)

L-applikazzjonijiet ta’ dawk l-Istati jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(9)

Il-Fond jenħtieġ għalhekk li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja u lil Franza b’rabta mad-diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja, lil Spanja b’rabta mal-emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika.

(10)

Fil-każ tal-Kroazja, peress li l-avvanz diġà mħallas jaqbeż l-ammont finali tal-għajnuna, ma hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-ebda ammont ulterjuri u l-avvanz imħallas indebitament ser jiġi rkuprat f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(11)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ diżastri naturali:

(a)

l-ammont ta’ EUR 3 300 100 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tal-għargħar fi Sterea Ellada, inkluż l-ammont ta’ EUR 330 010 bħala ħlas bil-quddiem;

(b)

l-ammont ta’ EUR 21 588 519 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward taċ-ċiklun Ianos, inkluż l-ammont ta’ EUR 2 158 852 bħala ħlas bil-quddiem;

(c)

l-ammont ta’ EUR 2 531 301 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tat-terremot fil-gżejjer ta’ Samos, Chios u Ikaria, inkluż l-ammont ta’ EUR 253 131 bħala ħlas bil-quddiem;

(d)

l-ammont ta’ EUR 59 325 000 għandu jiġi pprovdut lil Franza fir-rigward tal-maltempata Alex, inkluż l-ammont ta’ EUR 5 932 500 bħala ħlas bil-quddiem.

Artikolu 2

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri:

(a)

l-ammont ta’ EUR 905 271 għandu jiġi pprovdut lill-Albanija;

(b)

l-ammont ta’ EUR 31 755 580 għandu jiġi pprovdut lill-Awstrija;

(c)

l-ammont ta’ EUR 37 298 777 għandu jiġi pprovdut lill-Belġju;

(d)

l-ammont ta’ EUR 17 373 205 għandu jiġi pprovdut liċ-Ċekja;

(e)

l-ammont ta’ EUR 3 588 755 għandu jiġi pprovdut lill-Estonja;

(f)

l-ammont ta’ EUR 91 365 053 għandu jiġi pprovdut lil Franza;

(g)

l-ammont ta’ EUR 13 648 386 għandu jiġi pprovdut lill-Ġermanja;

(h)

l-ammont ta’ EUR 3 994 022 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja;

(i)

l-ammont ta’ EUR 13 136 857 għandu jiġi pprovdut lill-Ungerija;

(j)

l-ammont ta’ EUR 20 480 330 għandu jiġi pprovdut lill-Irlanda;

(k)

l-ammont ta’ EUR 76 271 930 għandu jiġi pprovdut lill-Italja;

(l)

l-ammont ta’ EUR 1 177 677 għandu jiġi pprovdut lil-Latvja;

(m)

l-ammont ta’ EUR 2 828 291 għandu jiġi pprovdut lil-Litwanja;

(n)

l-ammont ta’ EUR 2 857 025 għandu jiġi pprovdut lil-Lussemburgu;

(o)

l-ammont ta’ EUR 199 505 għandu jiġi pprovdut lill-Montenegro;

(p)

l-ammont ta’ EUR 18 039 670 għandu jiġi pprovdut lill-Portugall;

(q)

l-ammont ta’ EUR 13 926 870 għandu jiġi pprovdut lir-Rumanija;

(r)

l-ammont ta’ EUR 11 968 276 għandu jiġi pprovdut lis-Serbja;

(s)

l-ammont ta’ EUR 36 639 441 għandu jiġi pprovdut lil Spanja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-20 ta’ Mejju 2021.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


Top