Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0560

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560 tas-6 ta’ April 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    ST/7425/2021/INIT

    ĠU L 115I, 6.4.2021, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/560/oj

    6.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 115/3


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/560

    tas-6 ta’ April 2021

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

    (2)

    Fis-26 ta' Frar 2021 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSN U751 (1992) approva ż-żieda ta’ tliet persunimal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. P. ZACARIAS


    (1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.


    ANNESS

    Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:

    I.   Persuni

    "18.

    Abukar Ali Adan (psewdonimu: a) Abukar Ali Aden; b) Ibrahim Afghan; c) Sheikh Abukar)

    Deżinjazzjoni: Viċi Mexxej ta' Al-Shabaab

    Data tat-twelid: a) 1972; b) 1971; c) 1973

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021

    Informazzjoni oħra:

    Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)." Abukar Ali Adan huwa assoċjat ukoll ma' affiljati ta' Al-Qaida, Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (AQAP – Qde.129) u Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku (AQIM – Qde.014).

    19.

    Maalim Ayman (psewdonimu: a) Ma'alim Ayman; b) Mo'alim Ayman; c) Nuh Ibrahim Abdi; d) Ayman Kabo; e) Abdiaziz Dubow Ali)

    Deżinjazzjoni: Fundatur u mexxej ta' Jaysh Ayman, unità ta' al-Shabaab li twettaq attakki u operazzjonijiet fil-Kenja u s-Somalja

    Data tat-twelid: a) 1973; b) 1983

    Post tat-Twelid: Kenja

    Indirizz: a) Fruntiera Kenja/Somalja; b) Badamadow, Reġjun ta' Juba t'Isfel, is-Somalja

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021

    Informazzjoni oħra:

    Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)." Maalim Ayman għen bit-tħejjijiet għall-attakk tal-5 ta' Jannar 2020 fuq Camp Simba fil-Kontea ta' Lamu, il-Kenja.

    20.

    Mahad Karate (psewdonimu: a) Mahad Mohamed Ali Karate; b) Mahad Warsame Qalley Karate; c) Abdirahim Mohamed Warsame)

    Data tat-Twelid: Bejn l-1957 u l-1962

    Post tat-Twelid: Xararadheere, is-Somalja

    Indirizz: is-Somalja

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021

    Informazzjoni oħra:

    Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)." Mahad Karate kellu rwol ewlieni fl-Amniyat, il-fergħa ta' al-Shabaab responsabbli għall-attakk reċenti fuq Garissa University College fil-Kenja li wassal għal kważi 150 persuna mejta. L-Amniyat hija l-fergħa tal-intelligence ta' al-Shabaab, li għandha rwol ewlieni fl-eżekuzzjoni ta' attakki suwiċidi u qtil fis-Somalja, fil-Kenja, u f'pajjiżi oħra fir-reġjun, u tipprovdi loġistika u appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi ta' al-Shabaab."


    Top