Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0377

Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/377 tat-2 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/1415

ĠU L 72, 3.3.2021, p. 12–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D1586

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/377/oj

3.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/377

tat-2 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti b’tali standard armonizzat.

(2)

Permezz tal-ittra M/396 tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) (“it-Talba”) għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet introdotti b’dik id-Direttiva meta mqabbla mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Abbażi tat-Talba, is-CEN abbozza standards armonizzati EN ISO 3743-2:2019 ġodda dwar metodi għal kmamar speċjali għall-ittestjar tar-riverberazzjoni għal għejun mobbli żgħar f’oqsma li jidwu, EN 62841-2-11:2016/A1:2020 dwar rekwiżiti partikolari għal srieraq reċiprokattivi li jinżammu fl-idejn u EN 62745:2017 dwar rekwiżiti għal sistemi ta’ kontroll mingħajr kejbil ta’ makkinarju.

Barra minn hekk, abbażi tat-Talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew l-istandards armonizzati eżistenti li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 092/01 (4) biex jiġu adattati għall-progress teknoloġiku: EN 574:1996+A1:2008; EN 349:1993+A1:2008; EN ISO 13857:2008; EN 1612-1:1997+A1:2008; EN 12643:2014; EN ISO 7096:2008; EN 12301:2000+A1:2008; EN 12965:2003+A2:2009; EN 13525:2005+A2:2009; EN 1870-19:2013; EN 940:2009+A1:2012; EN 1870-4:2012; EN ISO 19432:2012; EN ISO 15012-4:2016; u EN 60745-2-14:2009/A1:2010. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN ISO 13851:2019 dwar prinċipji għad-disinn u l-għażla ta’ apparati kkontrollati b’żewġ idejn; EN ISO 13854:2019 dwar l-inqas wesgħat meħtieġa biex wieħed jevita t-tgħaffiġ ta’ partijiet tal-ġisem uman; EN ISO 13857:2019 dwar distanzi għas-sikurezza biex jipprevjenu li zoni perikolużi ma jintlaħqux minn partijiet tan-naħa ta' fuq u t'isfel tal-ġisem; EN 1612:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza għal magni u impjanti għall-mudellar b’injettar; EN ISO 5010:2019 dwar rekwiżiti tal-istering għal gafef bit-tajers; EN ISO 7096:2020 dwar l-evalwazzjonijiet tal-laboratorju ta’ vibrazzjoni tas-siġġu tal-operatur fuq il-gafef; EN 12301:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza għal magni għall-ippressar tal-plastik u tal-lastiku f’folji; EN 12965:2019 dwar xaftijiet li jiġġeneraw l-enerġija u l-irpari tagħhom għal trakters u makkinarju għall-agrikoltura u l-forestrija; EN 13525:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-għodod li jiċċippjaw l-injam; EN ISO 19085-9:2020 dwar lupi ċirkolari (b’wiċċ jisslajdja jew ma jisslajdjax); EN ISO 19085-11:2020 dwar magni li jaħdmu l-injam ta’ natura kombinata; EN ISO 19085-13:2020 dwar magni li jaqtgħu l-injam favur il-vina li jkollhom aktar minn serrieq wieħed u jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn; EN ISO 19432-1:2020 dwar rekwiżiti ta’ sigurtà għal magni tal-qtugħ għal moli tal-brix abrażivi li jduru mmuntati miċ-ċentru tagħhom; EN ISO 21904-1:2020 dwar apparati għal qbid u separazzjoni ta’ dħaħen ta’ iwweldjar; u EN 62841-4-1:2020 dwar rekwiżiti partikolari għal lupi.

(4)

Barra minn hekk, abbażi tat-Talba, is-CEN u s-CENELEC emendaw l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 (5): EN ISO 19225:2017 dwar shearer loaders u sistemi tal-ħrit għal magni mobbli għall-estrazzjoni, EN ISO 3691-5:2015 dwar trakkijiet imbuttati minn persuni fuq saqajhom u EN 62841-3-4:2016 dwar moli li jintrabtu mal-bank tax-xogħol li jistgħu jinġarru. Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati emendatorji EN ISO 19225:2017/A1:2019 u EN ISO 3691-5:2015/A1:2020 u EN 62841-3-4:2016/A12:2020.

(5)

Is-CEN u s-CENELEC emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni 2018/C 092/01: EN ISO 11203:2009 dwar id-determinazzjoni ta’ livelli ta’ pressjoni ta’ emissjoni ta’ ħsejjes għal ħoss magħmul minn makkinarju u tagħmir; EN ISO 3691-1:2015 dwar trakkijiet li għandhom meded differenti sa fejn jistgħu jilħqu u trakkijiet tat-tagħbija; EN ISO 4254-11:2010 dwar magni li jiġbru tiben, ħuxlief eċċ. u jagħmluhom balal; EN ISO 20361:2015 dwar pompi u tagħmir ta’ pompi għal likwidi; EN 50636-2-107:2015 dwar magni li jaqtgħu l-ħaxix b’batteriji li jaħdmu b’batterija elettrika u EN 62841-3-9:2015 dwar srieraq tal-mitra li jistgħu jinġarru. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN ISO 11203:2009/A1:2020; EN ISO 3691-1:2015/A1:2020; EN ISO 4254-11:2010/A1:2020; EN ISO 20361:2019/A11:2020; EN 62745:2017/A11:2020; EN 50636-2-107:2015/A2:2020; u EN IEC 62841-3-9:2020/A11:2020.

(6)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u s-CENELEC ivvalutat jekk l-istandards abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-Talba.

(7)

L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC abbażi tat-Talba jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza li huma għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni rilevanti għalihom.

(8)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità b’restrizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436.

(9)

L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE li jitneħħew mis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

(10)

Bħala riżultat tal-ħidma tas-CEN u s-CENELEC abbażi tat-Talba, l-istandards armonizzati li ġejjin li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bil-Komunikazzjoni 2018/C 092/01 ġew sostitwiti, riveduti jew emendati: EN 12301:2000+A1:2008; EN 574:1996+A1:2008; EN ISO 15012-4:2016; EN 12643:2014; EN 12965:2003+A2:2009; EN 13525:2005+A2:2009; EN 1612-1:1997+A1:2008; EN 1870-19:2013; EN 1870-4:2012; EN 349:1993+A1:2008; EN 50636-2-107:2015 kif emendat minn EN 50636-2-107:2015/A1:2018; EN 60745-2-13:2009 kif emendat minn EN 60745-2-13:2009/A1:2010; EN 62841-2-11:2016; EN 62841-3-9:2015 kif emendat minn EN 62841-3-9:2015/A11:2017 u kkoreġut minn EN 62841-3-9:2015/AC:2016-09; EN 940:2009+A1:2012; EN ISO 11203:2009; EN ISO 13857:2008; EN ISO 19432:2012; EN ISO 20361:2015; EN ISO 3691-1:2015 kif ikkoreġut minn EN ISO 3691-1:2015/AC:2016; EN ISO 4254-11:2010; u EN ISO 7096:2008 kif ikkoreġut minn EN ISO 7096:2008/AC:2009. Għalhekk jeħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi dawk ir-referenzi jiġu inklużi fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436.

(11)

Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 19225:2017 u EN ISO 3691-5:2015 ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, peress li dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(12)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, tal-istandards riveduti jew tal-emendi għall-istandards, huwa meħtieġ li t-tneħħija tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati tiġi differita.

(13)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1) u (3) tal-Anness I għandhom japplikaw mit-3 ta’ Settembru 2022.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(3)  Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1).

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 92, 9.3.2018, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela 26;

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 26a li ġejja:

“26a.

EN ISO 19225:2017

Magni għat-tħaffir taħt l-art - Magni mobbli għall-estrazzjoni mal-wiċċ tal-blat - Rekwiżiti tas-sikurezza għall-shearer loaders u għas-sistemi tal-ħrit (ISO 19225:2017)

EN ISO 19225:2017/A1:2019

C”;

(3)

titħassar ir-ringiela 47;

(4)

tiddaħħal ir-ringiela 47a li ġejja:

“47 a.

EN ISO 3691-5:2015

Trakkijiet industrijali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u konferma - Parti 5: Trakkijiet imbuttati minn persuni fuq saqajhom (ISO 3691-5:2014)

EN ISO 3691-5:2015/A1:2020

C”;

(5)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“70.

EN ISO 3743-2:2019

Akustika - Determinazzjoni ta’ livelli ta’ qawwa ta’ ħsejjes ta’ għejun ta’ ħsejjes li jużaw pressjoni akustika - Metodu ta’ inġinerija għal għejun mobbli żgħar f’oqsma li jidwu - Parti 2: Metodi għal kmamar speċjali għall-ittestjar ta’ diwi (ISO 3743-2:2018)

B

71.

EN ISO 11203:2009

Akustika - Ħoss magħmul minn makkinarju u tagħmir - Determinazzjoni ta’ livelli ta’ pressjoni ta’ emissjoni ta’ ħsejjes f’post fuq il-lant tax-xogħol u f’pożizzjonijiet oħra speċifikati mil-livell tal-qawwa tal-ħsejjes (ISO 11203:1995)

EN ISO 11203:2009/A1:2020

B

72.

EN ISO 13851:2019

Sigurtà ta’ makkinarju - Apparati kkontrollati b’żewġ idejn assoċjati ma’ mezzi ta’ protezzjoni - Prinċipji għad-diżinn u għażla (ISO 13851:2019)

B

73.

EN ISO 13854:2019

Sigurtà ta’ makkinarju - L-inqas wesgħat meħtieġa biex wieħed jevita t-tgħaffiġ ta’ partijiet tal-ġisem uman (ISO 13854:2017)

B

74.

EN ISO 13857:2019

Sigurtà ta’ makkinarju - Distanzi għas-sigurtà biex jipprevjenu li zoni perikolużi ma jintlaħqux minn partijiet tan-naħa ta’ fuq u t’isfel tal-ġisem (ISO 13857:2019)

B

75.

EN 1612:2019

Magni għal-lastku u plastik - Magni għall-mudellar b’injettar - Rekwiżiti ta’ sigurtà

C

76.

EN ISO 3691-1:2015

Trakkijiet industrijali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u verifika - Parti 1: Trakkijiet industrijali li jsuqu lilhom infushom, iżda mhux trakkijiet bla sewwieq, trakkijiet li għandhom meded differenti sa fejn jistgħu jilħqu u trakkijiet tat-tagħbija (ISO 3691-1:2011, inkluż Cor 1:2013)

EN ISO 3691-1:2015/AC:2016

EN ISO 3691-1:2015/A1:2020

C

77.

EN ISO 4254-11:2010

Makkinarju agrikolu - Sikurezza - Parti 11: Magni li jiġbru tiben, ħuxlief eċċ. u jagħmluhom balal (ISO 4254-11:2010)

EN ISO 4254-11:2010/A1:2020

C

78.

EN ISO 5010:2019

Gafef - Magni bit-tajers - Rekwiżiti tal-istering (ISO 5010:2019)

C

79.

EN ISO 7096:2020

Gafef - Evalwazzjonijiet tal-laboratorju ta’ vibrazzjoni tas-siġġu tal-operatur (ISO 7096:2020)

C

80.

EN 12301:2019

Magni għal-lastku u plastik - Magni għall-illustrar u llixxar - Rekwiżiti ta’ sigurtà

C

81.

EN 12965:2019

Trakters u makkinarju għal agrikoltura u foresterija - Xaftijiet li jiġġeneraw l-enerġija (PTO) u l-irpari tagħhom - Sigurtà

C

82.

EN 13525:2020

Makkinarji għall-imsaġar - Għodod li jiċċippjaw l-injam - Sigurtà

C

83.

EN ISO 19085-9:2020

Magni li jaħdmu l-injam - Sikurezza - Parti 9: Bankijiet għal lupi ċirkolari (b’wiċċ jisslajdja jew ma jisslajdjax) (ISO 19085-9:2019)

C

84.

EN ISO 19085-11:2020

Magni li jaħdmu l-injam - Sikurezza - Parti 11: Magni kkombinati (ISO 19085-11:2020)

C

85.

EN ISO 19085-13:2020

Magni li jaħdmu l-injam - Sikurezza - Parti 13: Magni li jaqtgħu l-injam favur il-vina li jkollhom aktar minn serrieq wieħed u jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn (ISO 19085-13:2020)

C

86.

EN ISO 19432-1:2020

Makkinarju u tagħmir għall-kostruzzjoni tal-bini - Magni li jaqtgħu abrażivi li jaħdmu b’magna li topera b’kombustjoni interna u li jistgħu jinġarru u jinżammu fl-idejn - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għal magni tal-qtugħ għal moli tal-brix abrażivi li jduru mmuntati miċ-ċentru tagħhom (ISO 19432-1:2020)

C

87.

EN ISO 20361:2019

Pompi u tagħmir ta’ pompi għal likwidi - Kowd għal test tal-ħsejjes - Grad 2 u grad 3 ta’ preċiżjoni (ISO 20361:2019)

EN ISO 20361:2019/A11:2020

C

88.

EN ISO 21904-1:2020

Saħħa u sigurtà fl-iwweldjar u proċessi konnessi - Apparati għal qbid u separazzjoni ta’ dħaħen ta’ iwweldjar - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 21904-1:2020)

C

89.

EN 62745:2017

Sigurtà tal-makkinarju - Rekwiżiti għal sistemi ta’ kontroll mingħajr kejbil ta’ makkinarju (IEC 62745:2017)

EN 62745:2017/A11:2020

B

90.

EN 50636-2-107:2015

Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili - Parti 2-107: Rekwiżiti partikolari għal magni li jaqtgħu l-ħaxix b’batteriji li jaħdmu b’batterija elettrika (IEC 60335-2-107:2012, Modifikat)

EN 50636-2-107:2015/A1:2018

EN 50636-2-107:2015/A2:2020

C

91.

EN 62841-2-11:2016

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal srieraq reċiprokattivi li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-11:2015, Modifikat)

EN 62841-2-11:2016/A1:2020

C

92.

EN 62841-3-4:2016

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 3-4: Rekwiżiti partikolari għal moli li jintrabtu mal-bank tax-xogħol li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-4:2016, Modifikat)

EN 62841-3-4:2016/A11:2017

EN 62841-3-4:2016/A12:2020

EN 62841-3-4:2016/A1:2020

C

93.

EN IEC 62841-3-9:2020

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 3-9: Rekwiżiti partikolari għal srieraq tal-mitra li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-9:2020)

EN IEC 62841-3-9:2020/A11:2020

C

94.

EN 62841-4-1:2020

Għodod Miżmumin fl-Idejn u Mħaddmin minn Mutur Elettriku, Għodod li Jistgħu Jinġarru, u Makkinarju għal Lons o Ġonna - Sigurtà - Parti 4-1: Rekwiżiti partikolari għal lupi (IEC 62841-4-1:2017, Modifikat)

C”.


ANNESS II

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“64.

EN 12301:2000+A1:2008

Magni għal-lastku u plastik - Magni għall-illustrar u llixxar - Rekwiżiti ta’ sigurtà

It-3 ta’ Settembru 2022

C

65.

EN 12643:2014

Gafef - Magni bit-tajers tal-lastku - Rekwiżiti tal-istering (ISO 5010:1992, Modifikat)

It-3 ta’ Settembru 2022

C

66.

EN 12965:2003+A2:2009

Trakters u makkinarju għal agrikoltura u foresterija - Xaftijiet li jiġġeneraw l-enerġija (PTO) u l-irpari tagħhom - Sigurtà

It-3 ta’ Settembru 2022

C

67.

EN 1612-1:1997+A1:2008

Magni għal-lastku u plastik - Magni ta’ mudellar bi proċess reattiv - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għal unitajiet li jkejjlu u jħalltu

It-3 ta’ Settembru 2022

C

68.

EN 1870-19:2013

Sigurtà tal-magni għax-xogħol tal-injam - Magni tas-serrar bix-xafra tonda - Parti 19: Bankijiet għal lupi ċirkolari (b’wiċċ jisslajdja jew ma jisslajdjax) u lupi li jintużaw fuq il-post li qed jinbena

It-3 ta’ Settembru 2022

C

69.

EN 1870-4:2012

Sigurtà tal-magni għax-xogħol tal-injam - Magni tas-serrar bix-xafra tonda - Parti 4: Magni li jaqtgħu l-injam favur il-vina li jkollhom aktar minn serrieq wieħed u jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn

It-3 ta’ Settembru 2022

C

70.

EN 349:1993+A1:2008

Sigurtà ta’ makkinarju - L-inqas wesgħat meħtieġa biex wieħed jevita t-tgħaffiġ ta’ partijiet tal-ġisem uman

It-3 ta’ Settembru 2022

B

71

EN 574:1996+A1:2008

Sigurtà ta’ makkinarju - Apparati kkontrollati b’żewġ idejn - Aspetti funzjonali - Prinċipji għad-disinn

It-3 ta’ Settembru 2022

B

72.

EN 50636-2-107:2015

Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili - Parti 2-107: Rekwiżiti partikolari għal magni li jaqtgħu l-ħaxix b’batteriji li jaħdmu b’batterija elettrika (IEC 60335-2-107:2012, Modifikat)

EN 50636-2-107:2015/A1:2018

It-3 ta’ Settembru 2022

C

73.

EN 60745-2-13:2009

Għodod motorizzati tal-elettriku li jinżammu bl-idejn - Sikurezza - Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari għal lupi (IEC 60745-2-13:2006, Modifikat)

EN 60745-2-13:2009/A1:2010

It-3 ta’ Settembru 2022

C

74.

EN 62841-2-11:2016

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal srieraq reċiprokattivi li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-11:2015, Modifikat)

It-3 ta’ Settembru 2022

C

75.

EN 62841-3-4:2016

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 3-4: Rekwiżiti partikolari għal moli li jintrabtu mal-bank tax-xogħol li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-4:2016, Modifikat)

EN 62841-3-4:2016/A11:2017

It-3 ta’ Settembru 2022

C

76.

EN 62841-3-9:2015

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jiġu ttrasportati, u makkinarju għal lons u ġonna - Sikurezza - Parti 3-9: Rekwiżiti partikolari għal srieraq tal-mitra li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-9:2014, Modifikat)

EN 62841-3-9:2015/AC:2016-09

EN 62841-3-9:2015/A11:2017

It-3 ta’ Settembru 2022

C

77.

EN 940:2009+A1:2012

Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam - Magni li jaħdmu l-injam ta’ natura kombinata

It-3 ta’ Settembru 2022

C

78.

EN ISO 11203:2009

Akustika - Ħoss magħmul minn makkinarju u tagħmir - Determinazzjoni ta’ livelli ta’ pressjoni ta’ emissjoni ta’ ħsejjes f’post fuq il-lant tax-xogħol u f’pożizzjonijiet oħra speċifikati mil-livell tal-qawwa tal-ħsejjes (ISO 11203:1995)

It-3 ta’ Settembru 2022

B

79.

EN ISO 13857:2008

Sigurtà ta’ makkinarju - Distanzi għas-sigurtà biex jipprevjenu li zoni perikolużi ma jintlaħqux minn partijiet tan-naħa ta’ fuq u t’isfel tal-ġisem (ISO 13857:2008)

It-3 ta’ Settembru 2022

B

80.

EN ISO 19432:2012

Makkinarju u tagħmir għall-kostruzzjoni ta’ bini - Magni li jaqtgħu li jaħdmu b’magna li topera b’kombustjoni interna u li jistgħu jinġarru u jinżammu fl-idejn - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar (ISO 19432:2012)

It-3 ta’ Settembru 2022

C

81.

EN ISO 20361:2015

Pompi u tagħmir ta’ pompi għal likwidi - Kowd għal test tal-ħsejjes - Grad 2 u grad 3 ta’ preċiżjoni (ISO 20361:2015)

It-3 ta’ Settembru 2022

C

82.

EN ISO 3691-1:2015

Trakkijiet industrijali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u verifika - Parti 1: Trakkijiet industrijali li jsuqu lilhom infushom, iżda mhux trakkijiet bla sewwieq, trakkijiet li għandhom meded differenti sa fejn jistgħu jilħqu u trakkijiet tat-tagħbija (ISO 3691-1:2011, inkluż Cor 1:2013)

EN ISO 3691-1:2015/AC:2016

It-3 ta’ Settembru 2022

C

83.

EN ISO 4254-11:2010

Makkinarju agrikolu - Sikurezza - Parti 11: Magni li jiġbru tiben, ħuxlief eċċ. u jagħmluhom balal (ISO 4254-11:2010)

It-3 ta’ Settembru 2022

C

84.

EN ISO 7096:2008

Gafef - Evalwazzjonijiet tal-laboratorju ta’ vibrazzjoni tas-siġġu tal-operatur (ISO 7096:2000)

EN ISO 7096:2008/AC:2009

It-3 ta’ Settembru 2022

C

85.

EN ISO 15012-4:2016

Saħħa u sigurtà fl-iwweldjar u proċessi konnessi - Apparati għal qbid u separazzjoni ta’ dħaħen ta’ iwweldjar - Parti 4: Rekwiżiti ġenerali (ISO 15012-4:2016)

It-3 ta’ Settembru 2022

C”.


Top