Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2132

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2132 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fl-2020

    ĠU L 430, 18.12.2020, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2132/oj

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 430/5


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/2132

    tas-17 ta’ Diċembru 2020

    li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja fl-2020

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta’ bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Huwa stabbilixxa opportunitajiet tas-sajd sal-31 ta’ Ottubru 2020 għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tad-diviżjoni 3a tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (2) emenda r-Regolament (UE) 2020/123 biex jistabbilixxi opportunitajiet preliminari tas-sajd li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tad-diviżjoni 3a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES (‘opportunitajiet tas-sajd preliminari’).

    (3)

    Billi l-opportunitajiet tas-sajd preliminari jkopru biss xahrejn tas-sena tas-sajd, li tibda fl-1 ta’ Novembru u tispiċċa fil-31 ta’ Ottubru, dawn ġew stabbiliti ferm taħt il-parir dwar il-qbid annwali ipprovdut mill-ICES.

    (4)

    L-istaġun tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja normalment jestendi minn Settembru sa Jannar b’quċċata minn Ottubru sa Diċembru. L-aktar data reċenti dwar il-qabdiet li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni tindika li f’Ottubru 2020 nqabdu aktar minn 21 000 tunnellata ta’ merluzz tan-Norveġja. L-istrapolazzjoni ta’ dawk in-numri skont ix-xejriet storiċi tas-sajd tal-merluzz tan-Norveġja tindika li l-opportunitajiet tas-sajd preliminari aktarx li dalwaqt jiġu eżawriti u għalhekk ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-attività tas-sajd sa tmiem is-sena, huwa għaldaqstant xieraq li jiġu aġġustati l-opportunitajiet tas-sajd preliminari skont l-aktar stimi riċenti, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ il-parir tal-ICES.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd preliminari aġġustati japplikaw mill-1 ta’ Novembru. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu.

    (7)

    Billi dawk l-opportunitajiet tas-sajd prelminari jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

    (8)

    Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3),

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament (UE) 2020/123

    Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. SCHULZE


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).

    (3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.


    ANNESS

    Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) 2020/123, it-tabella tal-Opportunitajiet tas-sajd għall-Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjoni3a tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Speċi:

    Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

    Żona:

    3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

     

    Trisopterus esmarkii

    (NOP/2A3A4)

    Perjodu

    1 ta’ Novembru 2019–31 ta’ Ottubru2020

     

    1 ta’ Novembru 2020–31 ta’ Diċembru 2020

     

     

    TAC analitiku

    Danimarka

    72 433

     ((*))  ((***))

    49 953

     ((*))  ((******))

     

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Ġermanja

    14

     ((*))  ((**))  ((***))

    10

     ((*))  ((**))  ((******))

     

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Netherlands

    53

     ((*))  ((**))  ((***))

    37

     ((*))  ((**))  ((******))

     

     

    Unjoni

    72 500

     ((*))  ((***))

    50 000

     ((*))  ((******))

     

     

    Norveġja

    14 500

     ((****))

    pm

     

     

     

    Gżejjer Faeroe

    5 000

     ((*****))

    pm

     

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    Mhux rilevanti

     

     

     


    ((*))  Sa 5 % mill-kwota jista’ jikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Qabdiet aċċessorji ta’ merluzz tal-linja sewda u merlangu magħduda mal-kwota ta’ din id-dispożizzjoni u qabdiet aċċessorji ta’ speċi magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 flimkien, m’għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

    ((**))  Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

    ((***))  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

    ((****))  Għandu jintuża għarbiel.

    ((*****))  Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4) u li jridu jingħaddu ma’ din il-kwota.

    ((******))  Il-kwota tal-Unjoni tista’ tiġi mistada mill-1 ta’ Novembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.”


    Top