Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2079

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2079 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Münchener Kümmel)

C/2020/8986

ĠU L 423, 15.12.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2079/oj

15.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 423/1


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2079

tat-8 ta’ Diċembru 2020

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża rreġistrata (Münchener Kümmel)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 21 u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja tat-28 ta’ Settembru 2017 biex tapprova emenda fil-formola ta’ informazzjoni teknika tal-indikazzjoni ġeografika “Münchener Kümmel”, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. Din l-emenda tinkludi bidla fl-isem “Münchener Kümmel” għal “Münchener Kümmel”/“Münchner Kümmel”.

(2)

Ir-Regolament (KE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament imsemmi, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, il-formoli tal-informazzjoni teknika mressqa fil-kuntest ta’ kull applikazzjoni qabel it-8 ta’ Ġunju 2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu bħala speċifikazzjonijiet tal-prodotti.

(3)

Wara li ddeterminat li t-talba tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, u f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4)

Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 30(2) ta’ dak ir-Regolament, applikabbli mutatis mutandis fir-rigward tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward l-isem “Münchener Kümmel”, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(3)   ĠU C 254, 3.8.2020, p. 21.


Top