Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1737

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1737 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4691

    ĠU L 392, 23.11.2020, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/11/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1737/oj

    23.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 392/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1737

    tal-14 ta’ Lulju 2020

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30a tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fihom lista ta’ sustanzi skedati li huma soġġetti għal għadd ta’ miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ armonizzati previsti f’dawn ir-Regolamenti.

    (2)

    Permezz tad-Deċiżjonijiet 62/10, 62/11 u 62/12 tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tan-Nazzjonijiet Uniti (CND), li ttieħdu fit-tnejn u sittin seduta tagħha fid-19 ta’ Marzu 2019, it-tliet sustanzi metil 3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-karbossiliku (metilgliċidat tal-PMK), 3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku tal-PMK) u alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA) ġew miżjuda mat-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tad-19 ta’ Diċembru 1988 (3) (“il-Konvenzjoni tan-NU tal-1988”). Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni 63/1 tas-CND, meħuda fit-tlieta u sittin sessjoni tagħha fl-4 ta’ Marzu 2020, is-sustanza metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) ġiet miżjuda fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988.

    (3)

    Wieħed mill-iskopijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 huwa li jiġi implimentat l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988 fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-metilgliċidat tal-PMK, l-aċidu gliċidiku tal-PMK, l-APAA u l-MAPA jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

    (4)

    Is-sustanzi skedati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huma maqsuma f’kategoriji li għalihom japplikaw miżuri differenti, sabiex jintlaħaq bilanċ proporzjonat bejn il-livell ta’ riskju maħluq minn kull sustanza speċifika u l-piż fuq il-kummerċ leċitu. Il-kontrolli u l-miżuri ta’ monitoraġġ l-iżjed stretti japplikaw għas-sustanzi fil-Kategorija 1. Pereżempju, is-sustanzi fil-Kategorija 1 iridu jinħażnu f’bini sigur u kull operatur li jaħdem b’dawn is-sustanzi jeħtieġ liċenzja.

    (5)

    Il-metilgliċidat tal-PMK u l-aċidu gliċidiku tal-PMK huma l-prekursuri immedjati tal-3,4-metilenedijossimetamfetamina (MDMA), magħrufa l-aktar bħala “ecstasy”. L-APAA u l-MAPA huma l-prekursuri immedjati tal-amfetamini. Fi kliem ieħor, dawn iż-żewġ sustanzi jistgħu jiġu transformati faċilment f’MDMA jew f’amfetamini.

    (6)

    L-użu ħażin u l-abbuż tal-MDMA u tal-amfetamini qegħdin jikkawżaw problemi serji soċjali u ta’ saħħa pubblika fi wħud mir-reġjuni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-Unjoni jipproduċu ammonti kbar ta’ MDMA u ta’ amfetamini. Kwantitajiet kbar ta’ MDMA u amfetamini huma esportati wkoll lejn pajjiżi terzi.

    (7)

    Fl-Unjoni, ma hemm l-ebda produzzjoni, kummerċ jew użu leċitu magħruf tal-metilgliċidat tal-PMK, tal-aċidu gliċidiku tal-PMK, tal-APAA u tal-MAPA. Għaldaqstant, l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 ma twassalx għal piż amministrattiv żejjed għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni.

    (8)

    Fid-dawl tat-theddida li l-metilgliċidat tal-PMK, l-aċidu gliċidiku tal-PMK, l-APAA u l-MAPA joħolqu fuq livell soċjali u għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u b’kont meħud li l-iskedar tagħhom mhu se jkollu l-ebda impatt fuq il-kummerċ, il-produzzjoni u l-użu leċitu tagħhom fl-Unjoni, jenħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu elenkati fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

    (9)

    Il-metil 2-metil-3-fenilossiran-2-karbossilat (metilgliċidat tal-BMK) u l-2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku tal-BMK) huma wkoll sustanzi prekursuri immedjati tal-amfetamini u li ta’ spiss jintużaw għall-manifattura illeċita tal-amfetamini. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

    (10)

    Fl-Unjoni, ma hemm l-ebda produzzjoni, kummerċ jew użu leċitu sinifikanti tal-metilgliċidat tal-BMK u tal-aċidu gliċidiku tal-BMK. Għaldaqstant, l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 ma twassalx għal piż amministrattiv żejjed għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni.

    (11)

    Fid-dawl tat-theddida li l-metilgliċidat tal-BMK u l-aċidu gliċidiku tal-BMK joħolqu fuq livell soċjali u għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u meta jitqies li l-iskedar tagħhom se jkollu biss impatt marġinali fuq il-kummerċ, il-produzzjoni u l-użu leċitu tagħhom fl-Unjoni, jenħtieġ li dawn is-sustanzi jiġu elenkati fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

    (12)

    Il-fosforu aħmar ta’ spiss jiġi ddevjat mill-kummerċ fis-suq intern u jintuża fl-Unjoni għall-manifattura illeċita tal-metamfetamina fl-UE. Jintuża bħala katalist biex jixpruna l-konverżjoni kimika għall-metamfetamina tal-efedrina jew tal-psewdoefedrina, li diġà huma elenkati fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fosforu aħmar jiġi inkluż ukoll fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

    (13)

    Il-metamfetamina hi droga addittiva ħafna li qiegħda toħloq problemi serji soċjali u għas-saħħa pubblika fi wħud mir-reġjuni tal-UE.

    (14)

    Madankollu, il-fosforu aħmar għandu użi legali importanti u diversifikati, bħall-manifattura ta’ ritardanti tal-fjammi għall-plastik, għall-materjali pirotekniċi u strixxi tat-tkebbis għas-sulfarini ta’ sikurezza u għall-apparat tal-ivvampjar.

    (15)

    Sabiex jinkiseb bilanċ proporzjonat bejn it-theddida li l-fosforu aħmar joħloq fuq livell soċjali u għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u l-piż fuq il-kummerċ leċitu ta’ din is-sustanza fis-suq intern, jenħtieġ li l-fosforu aħmar jiġi inkluż fil-kategorija 2 A fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

    (16)

    Għalkemm għadu mhux magħruf jekk il-fosforu aħmar hux qed jiġi ddevjat ukoll mill-kummerċ bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, wisq probabbli ladarba l-kummerċ ta’ dik is-sustanza fis-suq intern jitqiegħed taħt il-kontroll fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-manifatturi tad-drogi illeċiti se jippruvaw jiksbuha permezz tad-dirottament minn tali kummerċ barra mill-Unjoni. Għaldaqstant, il-fosforu aħmar joħloq riskju għoli ta’ dirottament fir-rigward tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u għalhekk jenħtieġ li jiġi inkluż ukoll fil-kategorija 2 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. Dan jiżgura wkoll li jinżamm il-paralleliżmu bejn is-sustanzi inklużi fir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 minħabba li dan jissimplifika l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti mill-operaturi u mill-awtoritajiet kompetenti.

    (17)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jistabbilixxi limiti kwantitattivi fuq it-tranżazzjonijiet, li jinvolvu ċerti sustanzi, imwettqa fuq perjodu ta’ sena. L-iskop ta’ dak l-Anness huwa li jevita t-tfixkil bla bżonn tal-kummerċ leġittimu f’dawk is-sustanzi f’każijiet fejn hu possibbli li jitnaqqas jew li jiġi eliminat ir-riskju ta’ dirottament lejn kanali illeċiti billi jiġu limitati r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ għal kwantitajiet li jaqbżu ċertu livell limitu. Abbażi ta’ evidenza disponibbli u konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jenħtieġ li dak il-livell limitu għall-fosforu aħmar jiġi stabbilit għal 0,1 kg.

    (18)

    F’dan il-kuntest, jixraq ukoll li jiġu aġġornati l-kodiċijiet tan-nomenklatura (Kodiċi tan-NM) fir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 imsejsa fuq l-aħħar verżjoni tan-Nomenklatura Magħquda adottata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 (4) u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2020, biex tiġi żgurata l-klassifikazzjoni korretta tas-sustanzi skedati.

    (19)

    Peress li s-sustanza Alfa-fenilaċetoaċetonitril hi l-aktar magħrufa bħala APAAN mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jenħtieġ li dik l-abbrevjazzjoni tiżdied fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

    (20)

    Jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (21)

    Peress li, b’mod legali, il-fosforu aħmar jiġi prodott, negozjat u użat ħafna fl-Unjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw ruħhom għar-restrizzjonijiet il-ġodda li jikkonċernaw din is-sustanza introdotta b’dan ir-Regolament.

    (22)

    Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 jimplimentaw b’mod konġunt ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988. Fid-dawl tar-rabta materjali mill-qrib bejn dawn iż-żewġ Regolamenti, huwa ġġustifikat li l-emendi jiġu adottati permezz ta’ att delegat wieħed,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 273/2004

    L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punt (1)(b) u l-punt (2) tal-Anness I u l-punt (2)(b) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-13 ta’ Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 326, 24.11.1990, p. 57.

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1).


    ANNESS I

    L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-tabella “KATEGORIJA 1” hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-entrata għall-Alfa-fenilaċetoaċetonitril hija sostitwita b’dan li ġej:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    Alfa-fenilaċetoaċetonitril (APAAN)

     

    2926 40 00

    4468-48-8”

    (ii)

    fl-entrata għal (1R,2S)-(-)-kloroefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (iii)

    fl-entrata għal (1S,2R)-(+)-kloroefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (iv)

    fl-entrata għal (1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (v)

    fl-entrata għal (1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (vi)

    l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fil-post xieraq b’mod sekwenzjali skont il-Kodiċi tan-NM:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    “Metil 3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-karbossilat (metilgliċidat tal-PMK)

     

    2932 99 00

    13605-48-6

    3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku tal-PMK)

     

    2932 99 00

    2167189-50-4

    Alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA)

     

    2924 29 70

    4433-77-6

    Metil 2-metil-3-fenilossiran-2-karbossilat

    (Metilgliċidat tal-BMK)

     

    2918 99 90

    80532-66-7

    2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku

    (Aċidu gliċidiku tal-BMK)

     

    2918 99 90

    25547-51-7

    Metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA)

     

    2918 30 00

    16648-44-5”;

    (b)

    fit-tabella “SUBKATEGORIJA 2 A”, l-entrata li ġejja tiddaħħal fil-post xieraq b’mod sekwenzjali skont il-Kodiċi tan-NM:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    “Fosforu aħmar

     

    2804 70 00

    7723-14-0”;

    (c)

    fl-entrata għall-Aċidu antraniliku fit-tabella “SUBKATEGORIJA 2B”, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“ex 2922 43 00”;

    (d)

    fl-entrata għall-Aċidu sulfuriku fit-tabella “KATEGORIJA 3”, il-kodiċi tan-NM “2807 00 10” huwa sostitwit b’“2807 00 00”;

    (2)

    fit-tabella fl-Anness II, tiżdied l-entrata li ġejja:

    Sustanza

    Livell limitu

    “Fosforu aħmar

    0,1 kg”


    ANNESS II

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-tabella “KATEGORIJA 1” hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-Alfa-fenilaċetoaċetonitril hija sostitwita b’dan li ġej:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    Alfa-fenilaċetoaċetonitril (APAAN)

     

    2926 40 00

    4468-48-8”

    (b)

    fl-entrata għal (1R,2S)-(-)-kloroefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (c)

    fl-entrata għal (1S,2R)-(+)-kloroefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (d)

    fl-entrata għal (1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (e)

    fl-entrata għal (1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina, il-kodiċi tan-NM “2939 99 00” huwa sostitwit b’“2939 79 90”;

    (f)

    l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fil-post xieraq b’mod sekwenzjali skont il-Kodiċi tan-NM:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    “Metil 3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-karbossilat (metilgliċidat tal-PMK)

     

    2932 99 00

    13605-48-6

    3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku tal-PMK)

     

    2932 99 00

    2167189-50-4

    Alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA)

     

    2924 29 70

    4433-77-6

    Metil 2-metil-3-fenilossiran-2-karbossilat

    (Metilgliċidat tal-BMK)

     

    2918 99 90

    80532-66-7

    2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku

    (Aċidu gliċidiku tal-BMK)

     

    2918 99 90

    25547-51-7

    Metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA)

     

    2918 30 00

    16648-44-5”;

    (2)

    It-tabella “Kategorija 2” hija emendata kif ġej:

    (a)

    fl-entrata għall-Aċidu antraniliku, il-kodiċi tan-NM “2922 43 00” huwa sostitwit b’“ex 2922 43 00”;

    (b)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal fil-post xieraq b’mod sekwenzjali skont il-Kodiċi tan-NM:

    Sustanza

    Deżinjazzjoni tan-NM (jekk hi differenti)

    Kodiċi tan-NM

    Nru tal-CAS

    “Fosforu aħmar

     

    2804 70 00

    7723-14-0”;

    (3)

    fl-entrata għall-Aċidu sulfuriku fit-tabella “Kategorija 3”, il-kodiċi tan-NM “2807 00 10” huwa sostitwit b’“2807 00 00”;

    (4)

    It-tabella “Kategorija 4” hija emendata kif ġej:

    (a)

    fl-entrata għall-prodotti mediċinali u għall-prodotti mediċinali veterinarji li fihom l-efedrina jew l-imlieħ tagħha, il-kodiċi tan-NM “3003 40 20” huwa sostitwit b’“3003 41 00” u l-kodiċi tan-NM “3004 40 20” huwa sostitwit b’“3004 41 00”;

    (b)

    fl-entrata għall-prodotti mediċinali u għall-prodotti mediċinali veterinarji li fihom il-psewdoefedrina jew l-imlieħ tagħha, il-kodiċi tan-NM “3003 40 30” huwa sostitwit b’“3003 42 00” u l-kodiċi tan-NM “3004 40 30” huwa sostitwit b’“3004 42 00”.


    Top