Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1432

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1432 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4670

    ĠU L 331, 12.10.2020, p. 4–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1432/oj

    12.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/4


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1432

    tal-14 ta’ Lulju 2020

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tal-istatistika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex ikunu koperti l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fl-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021.

    (2)

    Jenħtieġ li l-għadd ta’ varjabbli li jridu jinġabru f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma jkunx jaqbeż b’aktar minn 5 % lill-għadd ta’ varjabbli miġbura għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, fil-mument meta jkun daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021 huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.


    ANNESS

    L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għall-użu tad-dominju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2021

    Suġġett

    Suġġett dettaljat

    Identifikatur tal-varjabbli

    Isem il-varjabbli/deskrizzjoni tal-varjabbli

    01. Elementi Tekniċi – 15-il varjabbli tekniku obbligatorju,

    2żewġ varjabbli tekniċi fakultattivi

    Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

    REFYEAR

    Sena tal-istħarriġ

    Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

    INTDATE

    Data ta’ referenza – l-ewwel data tal-intervista

    Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

    STRATUM_ID

    Strat

    Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

    PSU

    Unità primarja tal-kampjunar

    Identifikazzjoni

    HH_ID

    ID tal-unità domestika

    Identifikazzjoni

    IND_ID

    ID individwali

    Identifikazzjoni

    HH_REF_ID

    ID tal-unità domestika li jappartjeni għaliha l-individwu

    Ponderazzjonijiet

    HH_WGHT

    Ponderazzjoni tal-unità domestika

    Ponderazzjonijiet

    IND_WGHT

    Ponderazzjoni individwali

    Karatteristiċi tal-intervista

    TIME

    Tul tal-intervista

    Karatteristiċi tal-intervista

    INT_TYPE

    Tip ta’ intervista

    Lokalizzazzjoni

    COUNTRY

    Pajjiż ta’ residenza

    Lokalizzazzjoni

    GEO_NUTS1

    Reġjun tar-residenza

    Lokalizzazzjoni

    GEO_NUTS2

    (fakultattiva)

    Reġjun tar-residenza (fakultattiva)

    Lokalizzazzjoni

    GEO_NUTS3

    (fakultattiva)

    Reġjun tar-residenza

    (fakultattiva)

    Lokalizzazzjoni

    DEG_URBA

    Grad ta’ urbanizzazzjoni

    Lokalizzazzjoni

    GEO_DEV

    Post ġeografiku

    02. Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

    7 varjabbli miġbura,

    varjabbli derivat wieħed (1), – 7 varjabbli fakultattivi

    Demografija

    SEX

    Ġeneru

    Demografija

    YEARBIR

    Sena tat-twelid

    Demografija

    PASSBIR

    L-aħħar għeluq is-snin

    Demografija

    AGE

    Età fi snin magħluqa

    Ċittadinanza u sfond migratorju

    CITIZENSHIP

    Pajjiż taċ-ċittadinanza prinċipali

    Ċittadinanza u sfond migratorju

    CNTRYB

    Pajjiż tat-twelid

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_POP

    Daqs tal-unità domestika (l-għadd ta’ membri fl-unità domestika)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_POP_16_24 (fakultattiva)

    Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom bejn 16 u 24 sena (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_POP_16_24S (fakultattiva)

    Għadd ta’ studenti tal-unità domestika li għandhom bejn 16 u 24 sena

    (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_POP_25_64 (fakultattiva)

    Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom bejn 25 u 64 sena (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_POP_65_MAX (fakultattiva)

    Għadd ta’ membri tal-unità domestika li għandhom 65 sena jew iżjed (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_CHILD

    Għadd ta’ tfal iżgħar minn 16-il sena

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_CHILD_14_15

    (fakultattiva)

    Għadd ta’ tfal li għandhom bejn 14 u 15-il sena

    (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_CHILD_5_13

    (fakultattiva)

    Għadd ta’ tfal li għandhom bejn 5 u 13-il sena (fakultattiva)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HH_CHILD_LE_4

    (fakultattiva)

    Għadd ta’ tfal li għandhom 4 snin jew inqas (fakultattiva)

    03. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

    5 varjabbli miġbura,

    3 varjabbli fakultattivi

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

    MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    STAPRO

    Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    NACE1D

    (fakultattiva)

    Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

    (fakultattiva)

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    ISCO2D

    Okkupazzjoni tal-impjieg ewlieni

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    OCC_ICT

    Professjonist tal-ICT jew professjonist mhux tal-ICT

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    OCC_MAN

    Ħaddiem tal-id jew ħaddiem mhux tal-id

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    EMPST_WKT

    (fakultattiva)

    Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit)

    (fakultattiva)

    Tul tal-kuntratt

    EMPST_CONTR

    (fakultattiva)

    Permanenza tal-impjieg ewlieni

    (fakultattiva)

    04. Livell edukattiv miksub u sfond edukattiv

    varjabbli miġbur wieħed (1)

    varjabbli derivat wieħed (1)

    Livell edukattiv miksub

    ISCEDD

    Livell edukattiv miksub (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess)

    Livell edukattiv miksub

    ISCED

    Livell edukattiv miksub aggregat

    05. Introjtu, konsum u elementi tal-ġid, inkluż id-djun

    varjabbli miġbur wieħed (1)

    Introjtu totali fix-xahar tal-unità domestika

    HH_IQ5

    Introjtu attwali nett totali medju fix-xahar

    06. Parteċipazzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni – 122 varjabbli miġbura,

    5 varjabbli fakultattivi

    Aċċess għall-ICT

    IACC

    Aċċess tal-unità domestika għall-Internet mid-dar (bi kwalunkwe apparat)

    Aċċess għall-ICT

    BBFIX

    Użu ta’ konnessjonijiet broadband fissi għall-aċċess għall-Internet mid-dar

    Aċċess għall-ICT

    BBMOB

    Użu ta’ konnessjonijiet broadband mobbli għall-aċċess għall-Internet mid-dar (b’netwerk tal-mowbajl, mill-inqas 3G)

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IU

    L-aktar użu riċenti tal-Internet, fi kwalunkwe post, bi kwalunkwe apparat xieraq

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IFU

    Frekwenza medja tal-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IFU_D

    Użu tal-Internet diversi drabi matul il-jum

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IUG_DKPC

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq kompjuter mhux portabbli

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IUG_LPC

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq laptop

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IUG_TPC

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq tablet

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IUG_MP

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq mowbajl jew smartphone

    Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

    IUG_OTH1

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur b’apparat ieħor (bħat-televiżjoni intelliġenti, speakers intelliġenti, console tal-logħob, apparat għall-qari tal-kotba elettroniċi, arloġġ intelliġenti)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUEM

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jintbagħtu u jaslu l-emails

    Attivitajiet tal-Internet

    IUPH1

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex isiru telefonati (inkluż telefonati awdjoviżivi) fuq l-Internet

    Attivitajiet tal-Internet

    IUSNET

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ parteċipazzjoni f’netwerks soċjali (il-ħolqien ta’ profil tal-utent, it-tqegħid ta’ messaġġi jew kontributi oħra)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUCHAT1

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ messaġġjar instantanju (skambju ta’ messaġġi)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUNW1

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jinqraw l-aħbarijiet fuq siti web apposta, il-gazzetti jew ir-rivisti tal-aħbarijiet online

    Attivitajiet tal-Internet

    IHIF

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ tiftix tal-informazzjoni marbuta mas-saħħa (eżempju fuq korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUIF

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex tinstab informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi

    Attivitajiet tal-Internet

    IUPOL2

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jiġu espressi opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi fuq is-siti web jew il-midja soċjali

    Attivitajiet tal-Internet

    IUVOTE

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online biex jiġu definiti kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (bħall-ippjanar urban, l-iffirmar ta’ xi petizzjoni)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUJOB

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ tiftix għal impjieg jew biex tintbagħat applikazzjoni għal impjieg

    Attivitajiet tal-Internet

    IUSELL

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ bejgħ ta’ oġġetti jew ta’ servizzi fuq sit web jew b’app

    Attivitajiet tal-Internet

    IUBK

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati ta’ bbankjar bl-Internet (inkluż l-ibbankjar bil-mowbajl)

    Attivitajiet tal-Internet

    IUOLC

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ kors online

    Attivitajiet tal-Internet

    IUOLM

    Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta’ materjal tat-tagħlim disponibbli online (bħal materjal awdjoviżiv, software tat-tagħlim online, kotba tat-tagħlim elettroniċi, apps tat-tagħlim)

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12IF

    Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex tinkiseb informazzjoni minn siti web jew apps

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12FM

    Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex jitniżżlu/jiġu stampati formoli uffiċjali

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RT

    Kuntatt jew interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fuq l-Internet għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar biex jiġu ppreżentati formoli mimlijin online

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_NAP

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma kienx hemm bżonn jiġu ppreżentati formoli uffiċjali

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_SNA

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma kien disponibbli l-ebda servizz online bħal dan.

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_SKL

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (pereżempju r-rispondent ma kienx jaf juża s-sit web jew kien ikkumplikat wisq biex jintuża)

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_SEC

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba tħassib dwar il-protezzjoni jew is-sigurtà tad-data personali

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_SIGN (fakultattiva)

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba nuqqas ta’ firma elettronika jew ID/ċertifikat elettroniku (meħtieġ biex jintużaw is-servizzi) jew minħabba problemi fl-użu tal-firma elettronika jew tal-ID/ċertifikat elettroniku

    (fakultattiva)

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_PXOL (fakultattiva)

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma jridx iħallas online (pereżempju għax jibża’ minn frodi tal-kards tal-kreditu) jew ma jistax iħallas online (pereżempju minħabba nuqqas ta’ aċċess għall-metodi tal-ħlas meħtieġa) (fakultattiva)

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_DEL

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax kien hemm persuna oħra li ppreżentat il-formoli mimlijin online f’ismu (bħal konsulent, konsulent tat-taxxa, qarib jew membru tal-familja)

    Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

    IGOV12RTX_OTH

    Ir-rispondent ma ppreżentax formoli mimlijin online fuq siti web jew apps ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar minħabba raġunijiet oħra

    Kummerċ elettroniku

    IBUY

    L-aħħar xiri jew ordni ta’ oġġetti jew ta’ servizzi bl-Internet għal użu privat

    Kummerċ elettroniku

    BCLOT1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ ħwejjeġ (inkluż ħwejjeġ sportivi), żraben jew aċċessorji (bħal basktijiet, ġojjellerija) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BSPG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti sportivi (għajr il-ħwejjeġ sportivi) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BCG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ ġugarelli tat-tfal jew oġġetti tal-indukrar tat-tfal (bħal ħrieqi, fliexken tat-trabi, pushchairs) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFURN1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ għamara, aċċessorji tad-dar (bħal twapet jew purtieri) jew prodotti tal-ġnien (bħal għodod u pjanti) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BMUSG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ mużika bħal CDs, vinyls, eċċ. minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFLMG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ films jew sensiliet fuq DVDs, Blu-ray, eċċ. minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BBOOKNLG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ kotba, rivisti jew gazzetti stampati minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BHARD1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ kompjuters, tablets, mowbajls jew aċċessorji minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BEEQU1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ tagħmir elettroniku għall-konsumatur (bħal settijiet tat-televiżjoni, stereos, kameras) jew apparati domestiċi (bħal magni tal-ħasil) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BMED1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ mediċini jew supplimenti djetetiċi bħal vitamini (għajr it-tiġdid online tar-riċetti) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFDR

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ konsenji minn ristoranti, ktajjen tal-fast-food, servizzi ta’ catering minn intrapriżi jew persuni privati fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFDS

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ ikel jew xorb mingħand ħwienet jew fornituri tal-ikliet minn intrapriżi jew persuni privati fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BCBW

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ kożmetiċi, prodotti tas-sbuħija jew tal-benesseri minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BCPH

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ prodotti tat-tindif jew prodotti tal-iġjene personali (bħal xkupilji tas-snien, imkatar, diterġenti tal-ħasil, bċejjeċ tat-tindif) minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BBMC

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ roti, mopeds, karozzi jew vetturi oħrajn jew l-ispareparts tagħhom minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BOPG

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti fiżiċi oħrajn minn intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BPG_DOM

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa nazzjonali fuq sit web jew b’apps fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

    Kummerċ elettroniku

    BPG_EU

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħra tal-UE fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

    Kummerċ elettroniku

    BPG_WRLD

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa mill-bqija tad-dinja fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

    Kummerċ elettroniku

    BPG_UNK

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ oġġetti mingħand bejjiegħa nazzjonali bil-pajjiż tal-oriġini mhux magħruf, fuq sit web jew b’apps fl-aħħar 3 xhur (minn intrapriżi jew persuni privati)

    Kummerċ elettroniku

    BPG_PP

    Oġġetti mixtrija minn persuni privati fuq sit web jew b’app

    Kummerċ elettroniku

    BMUSS

    Użu tal-Internet għal xiri jew għal abbonament tal-mużika bħala servizz tal-istreaming jew tniżżil fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFLMS

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-films jew tas-sensiliet bħala servizz tal-istreaming jew tniżżil fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BBOOKNLS

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-kotba elettroniċi, tar-rivisti online jew tal-gazzetti online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BGAMES

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament tal-logħob online jew bħala tniżżil għall-istmartphones, it-tablets, il-kompjuters jew il-consoles fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BSOFTS

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ software tal-kompjuter jew software ieħor bħala tniżżil, inkluż aġġornamenti, fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BHLFTS

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ apps relatati mas-saħħa jew l-eżerċizzju fiżiku (għajr l-apps mingħajr ħlas) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BAPP

    Użu tal-Internet għal xiri jew abbonament ta’ apps oħra (bħal apps relatati mat-tagħlim tal-lingwi, l-ivvjaġġar, it-temp) (għajr l-apps mingħajr ħlas) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BSTICK

    Użu tal-Internet għal xiri tal-biljetti għal avvenimenti sportivi fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BCTICK

    Użu tal-Internet għal xiri tal-biljetti għal avvenimenti kulturali jew oħrajn (bħal biljetti taċ-ċinema, ta’ kunċerti, ta’ fieri) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BSIMC

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ abbonamenti għal konnessjonijiet tal-Internet jew tal-mowbajl fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BSUTIL

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ abbonamenti għall-provvista tal-elettriku, tal-ilma jew tat-tisħin, għas-servizzi tar-rimi tal-iskart jew servizzi simili fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BHHS

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi domestiċi (bħal tindif, indukrar tat-trabi, xogħol ta’ tiswija, xogħol fil-ġnien) (anki xiri minn persuni privati) fuq sit web jew b’apps għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BHHS_PP

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi domestiċi minn persuni privati fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BTPS_E

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi tat-trasport minn intrapriża tat-trasport bħal biljett tal-karozzi tal-linja lokali, tal-ajru, tal-ferrovija jew tat-taxi fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BTPS_PP

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi tat-trasport minn persuna privata fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BRA_E

    Użu tal-Internet għal kiri ta’ akkomodazzjoni minn intrapriżi bħal lukandi jew aġenziji tal-ivvjaġġar fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BRA_PP

    Użu tal-Internet għal kiri ta’ akkomodazzjoni minn persuna privata fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BOTS (fakultattiva)

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ servizzi oħra (għajr is-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni) fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    (fakultattiva)

    Kummerċ elettroniku

    BF

    L-għadd ta’ drabi li oġġetti jew servizzi nxtraw minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    IBV1

    Il-valur totali ta’ oġġetti jew servizzi mixtrija minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFIN_IN1

    Użu tal-Internet għal xiri ta’ poloz tal-assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, anki bħala pakkett flimkien ma’ pereżempju biljett tal-ajru minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFIN_CR1

    Użu tal-Internet għal teħid ta’ self jew dejn ipotekarju jew għal teħid ta’ kreditu mingħand banek jew fornituri finanzjarji oħra minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Kummerċ elettroniku

    BFIN_SH1

    Użu tal-Internet għal xiri jew bejgħ ta’ ishma, bonds, unitajiet f’fondi jew assi finanzjarji oħra minn fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BTFW1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: is-sit web kien diffiċli biex jintuża jew ma ħadimx b’mod sodisfaċenti (eżempju kien ikkumplikat wisq, ħawwad lill-utent, teknikament jiffunzjona ħażin) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BDGL1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: diffikultajiet biex tinstab informazzjoni dwar garanziji jew drittijiet legali oħra waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BSPD1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: twassil aktar bil-mod minn dak indikat waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BCPR1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: l-ispejjeż finali kienu ogħla minn dawk indikati (bħal tariffi tat-tranżazzjoni mhux mistennija jew tariffi ta’ garanzija mhux ġustifikati) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BWDN1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: oġġetti jew servizzi b’oħra jew difettużi waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BFRA1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi ta’ frodi (bħal meta ma jasal l-ebda prodott jew ma jingħata l-ebda servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-kards tal-kreditu) waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BCR1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: kien diffiċli li wieħed jagħmel ilmenti u jikseb rimedji jew ma ngħatax rispons sodisfaċenti għal ilment waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BDNS1

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BOTH2

    Problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet: problemi oħra waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    BARR2X

    ma kien hemm l-ebda problema waqt xiri online fuq sit web jew b’app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBSHAB1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba preferenza għal xiri fiżiku u/jew li konsumatur jara l-prodott, lealtà lejn il-ħwienet, sforz id-drawwa

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBSKL1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba perċezzjoni ta’ diffikultà b’rabta max-xiri online (tħassib dwar nuqqas ta’ ħiliet biżżejjed)

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBCD

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar l-ispiża tat-twassil tal-oġġetti

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBSR1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar l-affidabbiltà jew il-veloċità tat-twassil

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBPSC1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar is-sigurtà tal-ħlas jew dwar il-privatezza

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBTRCM1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba tħassib dwar ir-ritorn tal-oġġetti, l-ilmenti jew ir-rimborż

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBDNS1 (fakultattiva)

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur għax bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent

    (fakultattiva)

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBNND

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur għax ma kienx hemm bżonn xiri online fl-aħħar 3 xhur

    Ostakli u problemi fl-użu

    NBOTH1

    Ostakli għall-kummerċ bl-Internet: ma nxtara l-ebda prodott jew servizz online minn fuq sit web jew b’app fl-aħħar 3 xhur minħabba ostakli oħra għall-kummerċ bl-Internet

    Ħiliet diġitali

    CXFER1

    Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ikkupjar jew iċ-ċaqliq ta’ fajls (bħal dokumenti, data, immaġnijiet, filmati) bejn il-folders, l-apparati (bl-email, messaġġjar instantanju, USB, cable) jew fuq il-cloud

    Ħiliet diġitali

    CINSAPP1

    Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tniżżil jew installazzjoni ta’ software jew ta’ apps

    Ħiliet diġitali

    CCONF1

    Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tibdil fil-konfigurazzjoni ta’ software, app jew apparat (bħal aġġustament tal-lingwa, tal-kuluri, tal-kuntrast, tad-daqs tat-tipa, żbarri/menuwijiet)

    Ħiliet diġitali

    CWRD1

    Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-word processing

    Ħiliet diġitali

    CPRES2

    Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ħolqien ta’ fajls (bħal dokumenti, immaġnijiet, filmati) li jinkorporaw bosta elementi bħal test, stampa, tabella, ċart, animazzjoni jew ħoss

    Ħiliet diġitali

    CXLS1

    Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-ispreadsheets

    Ħiliet diġitali

    CXLSADV1

    Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ karatteristiċi avvanzati tas-software tal-ispreadsheets (funzjonijiet, formuli, macros u funzjonijiet oħra tal-iżviluppaturi) biex tiġi organizzata, analizzata, strutturata jew modifikata xi data

    Ħiliet diġitali

    CEPVA1

    Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-editjar ta’ ritratti, filmati jew fajls tal-awdjo

    Ħiliet diġitali

    CPRG2

    Attivitajiet relatati mas-software imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ikkowdjar b’lingwa tal-ipprogrammar

    Ħiliet diġitali

    UDI

    Informazzjoni jew kontenut (bħal filmati, stampi) fuq siti web tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali li r-rispondent iqishom foloz jew dubjużi fl-aħħar 3 xhur

    Ħiliet diġitali

    TIC

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq siti web tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali mir-rispondent fl-aħħar 3 xhur

    Ħiliet diġitali

    TICCSFOI

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’verifika tas-sorsi jew b’tiftix ta’ informazzjoni oħra fuq l-Internet

    Ħiliet diġitali

    TICIDIS

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’segwitu jew parteċipazzjoni f’diskussjoni fuq l-Internet dwar l-informazzjoni

    Ħiliet diġitali

    TICNIDIS

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u verifikati mir-rispondent b’diskussjoni offline fuq l-informazzjoni ma’ persuni oħra jew b’sorsi li mhumiex fuq l-Internet

    Ħiliet diġitali

    TICXND

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati għax ir-rispondent diġà jkun jaf li l-informazzjoni jew il-kontenut mhumiex affidabbli

    Ħiliet diġitali

    TICXSKL

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati għax ir-rispondent ma jkollux ħiliet jew għarfien biex jagħmel dan

    Ħiliet diġitali

    TICXOTH

    Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet u mhux verifikati minħabba raġunijiet oħra

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_RPS

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: il-qari tad-dikjarazzjonijiet dwar il-politika tal-privatezza qabel ma tingħata data personali

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_RRGL

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: aċċess ristrett jew rifjutat għall-post ġeografiku ta’ dak li jkun

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_LAP

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: aċċess limitat għal profil jew kontenut fuq siti ta’ networking soċjali jew ħżin online kondiviż

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_RAAD

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: rifjut tal-permess għall-użu ta’ data personali għal finijiet ta’ reklamar

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_CWSC

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: verifika li s-sit web fejn ir-rispondent provda d-data personali hu sigur

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    MAPS_APD

    Twettiq ta’ dan li ġej għal ġestjoni tal-aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun (bħall-isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta tal-identità, id-dettalji tal-kuntatt, in-numru tal-kards tal-kreditu, ritratti, il-post ġeografiku) fuq l-Internet fl-aħħar 3 xhur: talba lill-amministratur jew lill-fornitur ta’ siti web jew magni tat-tiftix għal aċċess għad-data li jkollhom dwar ir-rispondent biex jaġġornawha jew iħassruha

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    COOK1

    Għarfien li jistgħu jintużaw il-cookies biex jiġu traċċati l-movimenti ta’ persuni fuq l-Internet, jinħoloq profil għal kull utent, u jitfasslu reklami apposta għall-utenti

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    PCOOK1

    Tibdil fil-konfigurazzjonijiet tal-brawżer tal-Internet ta’ dak li jkun biex ikunu evitati jew limitati l-cookies fuq xi apparat tar-rispondent

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    CCOOK (fakultattiva)

    Tħassib li l-attivitajiet online tar-rispondent qed jiġu rreġistrati biex ikollu reklami mfassla apposta għalih

    (fakultattiva)

    Sigurtà, privatezza, fiduċja

    USLCOOK

    Użu ta’ software li jillimita l-kapaċità ta’ traċċar tal-attivitajiet tal-individwu fuq l-Internet fuq xi apparat tar-rispondent


    Top