This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1121
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1121 of 29 July 2020 on the collection and sharing of user statistics and feedback on the services of the single digital gateway in accordance with Regulation (EU) 2018/1724 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1121 tad-29 ta’ Lulju 2020 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway diġitali unika skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1121 tad-29 ta’ Lulju 2020 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway diġitali unika skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/5075
ĠU L 245, 30.7.2020, p. 3–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1121
tad-29 ta’ Lulju 2020
dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi tal-gateway diġitali unika skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(5) tiegħu,
Filwaqt li:
(1) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1724 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li tinġabar statistika fir-rigward taż-żjarat tal-utenti fuq il-gateway diġitali unika stabbilita skont l-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament (“il-gateway”) u fuq il-paġni web li tillinkja għalihom il-gateway. Jirrikjedi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1724 u l-Kummissjoni jiġbru u jiskambjaw, b’mod aggregat, l-għadd, l-oriġini u s-suġġett ta’ talbiet għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u l-ħinijiet ta’ rispons tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1724 jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi lill-utenti tal-gateway b’għodda tal-feedback li tippermettilhom jikkummentaw b’mod anonimu dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti permezz tal-gateway, tal-informazzjoni li tkun saret disponibbli fih u tal-interfaċċa komuni tal-utent. Dan jirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw dik l-għodda mill-paġni web kollha li huma parti mill-gateway. L-istess obbligu japplika għall-awtoritajiet kompetenti sakemm ma jkollhomx diġà fis-seħħ fil-paġni web tagħhom għodda oħra tal-feedback mingħand l-utenti b’funzjonalitajiet simili. |
(3) |
Il-metodu u r-regoli għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-istatistika tal-utenti u l-feedback mingħand l-utenti huma kkombinati f’att ta’ implimentazzjoni uniku billi d-data koperta se tinġabar u ssir aċċessibbli permezz ta’ dashboard komuni u repożitorju komuni tad-data. Id-data se tintuża mill-koordinaturi nazzjonali u mill-Kummissjoni biex jitwettaq monitoraġġ dwar jekk is-servizzi pprovduti permezz tal-gateway jikkonformawx mal-kriterji tal-kwalità u biex tittejjeb il-funzjonalità tal-gateway diġitali unika. |
(4) |
Sabiex jinġabru statistika tal-utenti u feedback li huma komparabbli u utilizzabbli għall-finijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1724 u biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil bejn id-data u s-servizz relatat, jeħtieġ li jiġi speċifikat il-kuntest tad-data li trid tkun disponibbli flimkien mal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti. Din id-data tal-kuntest jenħtieġ li tinkludi l-URL u l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-paġna web rilevanti. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jinkludu din l-informazzjoni bħala tags fil-metadata tal-paġni web, jew idaħħluha direttament fir-repożitorju għal-links. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża għodda biex tiġbor l-informazzjoni ta’ ttaggjar mill-paġni web b’mod awtomatizzat. Għal dak il-fini, l-informazzjoni ta’ ttaggjar jenħtieġ li tkun strutturata u fformattjata b’mod li tkun rikonoxxuta mill-għodda. |
(5) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir tal-istatistika tal-utenti relatata maż-żjarat tal-utenti fuq il-paġni web aċċessibbli permezz tal-gateway, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1724, jenħtieġ li tali statistika tinġabar b’mod awtomatizzat permezz ta’ għodod analitiċi tad-data tal-web u tiġi trażmessa lil repożitorju komuni tad-data b’mod awtomatiku u regolari. |
(6) |
F’każijiet fejn ikunu meħtieġa aktar kjarifiki tekniċi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-soluzzjonijiet nazzjonali tal-ICT u l-għodod komuni tal-IT, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi tali kjarifiki f’konsultazzjoni mal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway. Jenħtieġ li l-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway jiddiskuti l-arranġamenti operazzjonali speċifiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data mis-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif ukoll il-mistoqsijiet dettaljati tal-istħarriġ. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1724 jistabbilixxi l-iskadenza aktar twila tat-12 ta’ Diċembru 2023 għad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri elenkati fl-Anness II. Konsegwentement, qabel it-12 ta’ Diċembru 2023, jenħtieġ li l-istatistika tal-utenti u l-feedback relatati ma’ tali proċeduri jinġabru biss fir-rigward ta’ paġni web li fuqhom tiġi ppubblikata l-ispjegazzjoni ta’ proċedura. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1724 jistabbilixxi l-iskadenza aktar tard tat-12 ta’ Diċembru 2022 għall-għoti ta’ informazzjoni, spjegazzjonijiet u struzzjonijiet mill-awtoritajiet muniċipali. Konsegwentement, qabel it-12 ta’ Diċembru 2022, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għal paġni web fil-livell muniċipali nnotifikati lir-repożitorju għal-links qabel din l-iskadenza. |
(9) |
Filwaqt li jitqiesu s-sistemi differenti ta’ mmaniġġar tal-każijiet li qed jintużaw, jenħtieġ li jkun permess kemm il-ġbir awtomatizzat kif ukoll dak manwali tal-kategoriji ta’ statistika msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1724. |
(10) |
Il-gateway diġitali unika għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u n-negozji biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq uniku billi tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u r-regoli applikabbli għal attivitajiet transfruntiera. Sabiex jiġu mifhuma l-ħtiġijiet u l-interessi speċifiċi tal-utenti transfruntiera, jenħtieġ li tinġabar l-istatistika relatata mal-użu tas-servizzi pprovduti permezz tal-gateway minn dawn l-utenti, bħal statistika dwar il-pajjiżi li minnhom l-utenti qed jaċċessaw il-paġni web tal-gateway u n-numru tal-utenti transfruntiera li jirrikorru għall-assistenza tal-gateway u s-servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi. |
(11) |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kif definiti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġbru l-għadd ta’ talbiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet, l-obbligi, r-regoli u l-proċeduri stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli għall-utenti li jeżerċitaw jew li beħsiebhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom derivati mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern, fl-oqsma tal-informazzjoni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724. Fejn servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jirċievi talbiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1724, jenħtieġ li huwa jiddistingwi, sa fejn ikun possibbli, bejn tali talbiet u talbiet li jikkonċernaw oqsma koperti minn dak ir-Regolament. |
(12) |
Fejn is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi diġà qed jiġbru statistika fuq il-bażi tad-dritt eżistenti tal-Unjoni jew arranġamenti mal-Kummissjoni, il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network jenħtieġ li jiżguraw li l-istatistika li għandha tiġi koperta skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tinġabar ukoll u tiġi trasferita lir-repożitorju komuni tad-data. |
(13) |
Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi jippermettu lill-utenti jħallu l-feedback tagħhom fuq il-paġni web kollha li huma parti mill-gateway irrispettivament minn jekk l-utenti jkunux aċċessaw dawn il-paġni mill-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724, jew permezz ta’ kwalunkwe portal tal-web jew magna ta’ tiftix. |
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-feedback, huma meħtieġa regoli komuni għat-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi pprovduti permezz tal-gateway lir-repożitorju komuni tad-data. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jimmappjaw u jikkorrelataw il-mistoqsijiet tal-feedback u l-klassifikazzjonijiet użati fl-għodod tal-feedback mingħand l-utenti tagħhom stess ma’ dawk fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti jew, fejn meħtieġ, jadattaw il-mistoqsijiet u l-klassifikazzjonijiet tagħhom. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li ma jkunux obbligati jinkludu link għall-istħarriġ b’mistoqsijiet dettaljati jekk l-għodod alternattivi tagħhom tal-feedback mingħand l-utenti diġà jinkludu mistoqsijiet simili. F’każijiet bħal dawn jenħtieġ ukoll li jimmappjaw u jadattaw dawn il-mistoqsijiet għal dawk tal-istħarriġ dettaljat li huwa parti mill-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti. |
(15) |
Jenħtieġ li l-utenti jkunu jistgħu jipprovdu feedback dwar kemm hija faċli biex tintuża l-informazzjoni dwar il-proċeduri u dwar il-faċilità tal-użu tal-proċeduri online, imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1724, u tal-interfaċċa komuni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-aħjar ħin u post biex jistiednu lill-utenti tal-proċeduri biex jagħtu feedback. Huma jistgħu jagħżlu li jinkludu link għal għodda tal-feedback fuq paġna tal-Internet fejn tista’ titnieda l-proċedura, fil-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, fl-output ta’ proċedura, jekk tintwera lill-utenti immedjatament wara s-sottomissjoni tat-talba, jew fuq il-paġna web b’informazzjoni online dwar il-proċedura. Fil-każ li jkun hemm żewġ stediniet biex jingħata feedback fuq paġna waħda tal-Internet: waħda dwar il-kwalità u d-disponibbiltà tal-proċedura u oħra dwar l-informazzjoni dwar din il-proċedura li tkun disponibbli fiha, il-fini li jingħata feedback dwar iż-żewġ kwistjonijiet jenħtieġ li jiġi spjegat b’mod ċar biex tiġi evitata konfużjoni min-naħa tal-utent. |
(16) |
F’każ tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi elenkati fl-Anness III u msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724, l-istedina biex jingħata feedback jenħtieġ li tintbagħat lill-utenti li jistgħu jiġu kkuntattjati b’mezzi diġitali immedjatament wara li jiġi pprovdut is-servizz. Fejn in-natura tas-servizz teħtieġ xi żmien biex is-soluzzjoni jew il-parir jitpoġġew fil-prattika, is-servizzi jenħtieġ li jitħallew jibagħtu l-istedina għas-sottomissjoni tal-feedback ftit wara li jkun ġie pprovdut ir-rispons finali għat-talba peress li dan jippermetti lill-utent jivverifika jekk is-soluzzjoni jew il-parir jaħdimx fil-prattika. |
(17) |
Il-ġbir u l-iskambju ta’ statistika u ta’ feedback mingħand l-utenti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinvolvux l-ipproċessar tad-data personali (2) taċ-ċittadini u n-negozji li jużaw is-servizzi offruti bħala parti mill-gateway. L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti jenħtieġ li twissi lill-utenti biex ma jipprovdux data personali fil-kaxxa għat-test liberu. |
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (3) tapplika għall-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti, is-servizz ta’ interkonnessjoni li jippermetti t-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti meta tintuża l-għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti u r-repożitorju komuni tad-data. |
(19) |
L-Artikolu 24(1), (2) u (3) u l-Artikolu 25(1) sa (4) tar-Regolament (UE) 2018/1724 japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2020, għalhekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn din id-data. |
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Gateway Diġitali Unika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti” tfisser l-għodda tal-feedback ipprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724; |
(2) |
“għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti” tfisser kwalunkwe għodda oħra tal-feedback li jkollha funzjonalitajiet simili għall-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti u li tkun disponibbli fuq il-paġni web ta’ awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1724 jew li hija disponibbli għall-utenti tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi elenkati fl-Anness III u msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724; |
(3) |
“dashboard komuni” tfisser l-interfaċċa li tipprovdi lill-fornituri tas-servizzi b’aċċess għall-funzjonalitajiet ta’ ġestjoni tal-gateway, inkluż l-aċċess għar-repożitorju għal-links kif stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1724; |
(4) |
“repożitorju komuni tad-data” tfisser l-għodda għall-ġestjoni tad-data marbuta mad-dashboard komuni li tippermetti l-ġbir, il-ħżin, il-kondiviżjoni, l-analiżi u l-wiri tal-istatistika u l-feedback mingħand l-utenti miġbura skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2018/1724; |
(5) |
“fornituri ta’ servizzi” tfisser dawn kollha li ġejjin:
|
(6) |
“maniġer tan-network” tfisser il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew entità responsabbli għall-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li jwettqu kompiti simili fl-Istati Membri kollha jew fil-maġġoranza tagħhom. |
Artikolu 2
Data tal-kuntest
1. Flimkien mal-istatistika tal-utenti u d-data dwar il-feedback mingħand l-utenti relatati ma’ paġni web ta’ informazzjoni konnessi mal-gateway, il-fornituri tas-servizzi għandhom jittrażmettu l-URL tal-paġna web li għaliha jirreferu l-istatistika tal-utenti jew il-feedback mingħand l-utenti.
2. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li d-data tal-kuntest li tinkludi elementi deskrittivi li jippermettu l-identifikazzjoni tas-sustanza koperta mill-paġna web relatata mal-URL tingħata kif ġej:
(a) |
bħala parti mill-metadata tal-paġni kollha li huma parti mill-gateway strutturata u fformattjata b’mod li tista’ tiġi rikonoxxuta mill-għodda msemmija fil-paragrafu 4, jew |
(b) |
direttament lir-repożitorju għal-links flimkien mal-URL rilevanti. |
3. L-elementi deskrittivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonsistu mill-indikaturi li ġejjin, li għandhom ikunu assoċjati mat-tipi differenti ta’ paġni kif stabbilit fl-Anness I:
(a) |
l-Istat Membru; |
(b) |
indikatur reġjonali jew lokali, fejn l-informazzjoni pprovduta tapplika biss f’livell reġjonali jew lokali; |
(c) |
il-lingwa li biha l-informazzjoni hija pprovduta fil-paġna; |
(d) |
markatur li jimmarka li l-paġna hija parti mill-gateway; |
(e) |
it-tip ta’ servizz jew servizzi koperti fil-paġna: informazzjoni, proċedura jew servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi; |
(f) |
indikazzjoni tas-suġġett kopert kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 jew is-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi kopert kif stabbilit fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament jew inkluż fil-gateway skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament. |
4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda biex tiġbor l-informazzjoni ta’ ttaggjar direttament mill-paġni web li huma parti mill-gateway għall-ħżin fir-repożitorju komuni tad-data flimkien mal-URLs rilevanti.
KAPITOLU II
Statistika
Artikolu 3
Il-ġbir u t-trażmissjoni tal-istatistika relatata mas-servizzi tal-informazzjoni
1. Il-fornituri tas-servizzi kollha għandhom jiġbru u jittrażmettu għall-paġni web kollha li jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli u l-obbligi, dwar il-proċeduri u dwar is-servizzi ta’ assistenza u soluzzjoni tal-problemi li huma parti mill-gateway u li għalihom huma responsabbli, l-għadd ta’ żjarat tal-paġna fil-perjodu ta’ rappurtar maqsuma skont:
(a) |
il-pajjiżi li minnhom l-utenti qed iżuru l-paġna web; |
(b) |
it-tip ta’ apparat użat biex issir iż-żjara tal-paġna web. |
2. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-għodda għall-analiżi tad-data tal-web użata biex tinġabar l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-interoperabbiltà elenkati fl-Anness II biex tippermetti t-trażmissjoni awtomatika tal-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data.
3. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jittrażmettu darba fix-xahar l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-URLs tal-paġni web li tirreferi għalihom l-istatistika, lir-repożitorju komuni tad-data permezz ta’ interfaċċa għall-programmi tal-applikazzjonijiet żviluppata mill-Kummissjoni.
4. Konferma awtomatika ta’ trażmissjoni b’suċċess jew twissija jekk it-trażmissjoni ma tkunx irnexxiet għandha tiġi pprovduta lill-fornitur tas-servizzi li jkun ipprova jibgħat l-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data skont il-paragrafu 3.
Artikolu 4
Il-ġbir, l-aggregazzjoni u t-trażmissjoni ta’ statistika relatata mas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, talba għal servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi tfisser kwalunkwe talba ppreżentata permezz ta’ formola online, posta elettronika jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni. Fejn il-fornituri ta’ servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network jiddeċiedu li ma jkunx fattibbli li tiġi inkluża statistika dwar talbiet riċevuti permezz ta’ sejħiet bit-telefown, chats online, jew żjarat personali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
2. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network għandhom jikkomunikaw l-għadd ta’ talbiet lir-repożitorju komuni tad-data, maqsuma skont it-talbiet:
(a) |
minn ċittadini jew minn negozji; |
(b) |
minn utenti f’sitwazzjoni transfruntiera jew minn dawk f’sitwazzjoni nazzjonali. |
Il-qsim tat-talbiet f’kategoriji msemmi fil-punti (a) u (b) m’għandux japplika fejn is-servizz ikun offrut biss lil waħda miż-żewġ kategoriji ta’ utenti msemmija fil-punti (a) u (b).
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), utent f’sitwazzjoni transfruntiera tfisser utent f’sitwazzjoni li mhix limitata fl-aspetti kollha fi Stat Membru wieħed.
4. Għall-finijiet tal-ġbir ta’ statistika dwar is-suġġett tat-talbiet speċifiċi li jkunu saru, il-fornitur ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġer tan-network għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’lista ta’ kategoriji għas-suġġetti, qabel l-inklużjoni ta’ tali servizz fil-gateway.
5. Il-ħin ta’ rispons għandu jiġi kkalkulat mill-wasla tat-talba sar-rispons finali jew l-għeluq tal-każ, fuq l-istess bażi tal-iskadenzi applikabbli li għandhom jiġu rispettati jew il-ħin medju jew stmat meħtieġ għall-għoti tas-servizz, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1724.
6. Il-ħinijiet ta’ rispons għandhom jiġu kkalkulati bħala medja f’jiem kalendarji tal-ħinijiet ta’ rispons fuq perjodu ta’ 6 xhur.
7. L-istatistika għandha tinġabar u tiġi aggregata fil-livell ta’ kull fornitur individwali tas-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u għandha tindika l-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz. Il-Kummissjoni għandha taqbel fuq il-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-istatistika lir-repożitorju komuni tad-data mal-fornitur tas-servizz ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew ma’ maniġer tan-network qabel l-inklużjoni tas-servizz fil-gateway.
8. Il-fornituri tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew il-maniġers tan-network għandhom jittrażmettu l-istatistika aggregata darbtejn fis-sena. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju l-istatistika aggregata għandha tiġi trażmessa sal-31 ta’ Awwissu, u għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru sat-28 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni.
Artikolu 5
L-aċċess għall-istatistika u l-ħżin tagħha
1. L-istatistika aggregata u trażmessa skont dan il-Kapitolu għandha tinżamm fir-repożitorju komuni tad-data għal massimu ta’ 3 snin mid-data tat-trażmissjoni. Għandha titħassar awtomatikament wara li jkun skada dan il-perjodu.
It-tħassir ma għandux japplika għad-data li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1724.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jippermetti lill-koordinaturi nazzjonali, lill-fornituri tas-servizzi u lill-Kummissjoni:
(a) |
ifittxu, jisselezzjonaw u jiffiltraw id-data; |
(b) |
jivviżwalizzaw id-data fi graffs u ċarts; |
(c) |
joħorġu d-data fil-forma ta’ rapporti li jistgħu jitniżżlu elettronikament. |
KAPITOLU III
Feedback mingħand l-utenti
Artikolu 6
Il-funzjonalitajiet tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti
1. L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
(a) |
mistoqsijiet li jitolbu l-feedback mingħand l-utenti, il-klassifikazzjonijiet tal-utenti u kaxxa għat-test liberu, rilevanti għall-paġni web bl-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, kif inklużi fl-Anness III; |
(b) |
stħarriġ b’mistoqsijiet dettaljati dwar il-kwalità tal-informazzjoni, tal-proċeduri online u tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw ladarba dak l-utent ikun issottometta l-feedback inizjali; |
(c) |
it-trażmissjoni awtomatika tal-feedback mingħand l-utenti lir-repożitorju komuni tad-data; |
(d) |
il-ġbir u t-trażmissjoni tal-URL tal-paġna web li għaliha jirreferi l-feedback mingħand l-utenti flimkien mal-feedback mingħand l-utenti. |
2. Għall-ġbir ta’ feedback mingħand l-utenti dwar l-informazzjoni u dwar il-proċeduri, il-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bejn verżjoni tal-għodda komuni tal-feedback b’kaxxa għat-test liberu jew mingħajrha.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jibgħat messaġġi regolari tal-posta elettronika lill-fornituri kollha tas-servizzi li jużaw l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti biex ifakkarhom li jistgħu jikkonsultaw il-feedback dwar is-servizzi tagħhom fid-dashboard komuni.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
Artikolu 7
Il-funzjonalitajiet tal-għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti
1. L-għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti użati mill-fornituri tas-servizzi għandhom jinkludu:
(a) |
mistoqsijiet simili u sistema ta’ klassifikazzjoni li tipproduċi riżultati komparabbli ma’ dik użata fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti u, għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, kaxxa għat-test liberu li tippermetti lill-utenti jħallu kummenti b’test liberu; |
(b) |
links għall-istħarriġ inkluż fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti skont it-tip ta’ servizz; |
(c) |
mekkaniżmu pprovdut mill-Kummissjoni li jippermetti t-trażmissjoni tad-data tal-feedback flimkien mal-URLs tal-paġni web li għalihom jirreferi l-feedback, lir-repożitorju komuni tad-data. |
Għall-ġbir ta’ feedback mingħand l-utenti dwar l-informazzjoni u dwar il-proċeduri, il-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jinkludux kaxxa għat-test liberu jew le.
2. Ladarba utent jibgħat it-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), l-utent għandu jirċievi messaġġ ta’ konferma bi stedina biex jipprovdi kummenti aktar dettaljati billi jikklikkja fuq link imsemmi fil-paragrafu 1(b). Il-link għandu jidderieġi lill-utenti lejn paġna fuq l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti li jkun fiha stħarriġ dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1724.
3. Il-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw fejn fornitur ta’ servizzi diġà jiġbor feedback dwar kwistjonijiet li huma simili għal dawk inklużi fl-istħarriġ.
Artikolu 8
Il-ġbir tal-feedback mingħand l-utenti dwar il-proċeduri online
Il-fornituri tas-servizzi għandhom jintegraw l-għodda komuni jew alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti b’mod li jkun faċli għall-utenti li jipprovdu l-feedback tagħhom jew wara s-sottomissjoni tat-talba jew, fil-każ li jagħżlu li ma jissottomettux talba, fl-aħħar.
Artikolu 9
Il-ġbir tal-feedback mingħand l-utenti tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi għandhom jiżguraw li l-utenti tas-servizzi tagħhom li jistgħu jintlaħqu b’mezzi diġitali jirċievu stedina biex jipprovdu l-feedback tagħhom dwar is-servizz li jirċievu li jintbagħat jew flimkien mar-rispons finali pprovdut mill-fornitur tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi jew fi żmien qasir wara, li m’għandux jaqbeż l-għaxart ijiem tax-xogħol.
Artikolu 10
It-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti
1. Il-feedback kollu mogħti mill-utenti permezz tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti flimkien mal-links tal-URL imsemmija fl-Artikolu 2 għandu jiġi ttrasferit awtomatikament, malli jiġi pprovdut mill-utenti, lir-repożitorju komuni tad-data.
2. Il-fornituri tas-servizzi li jiġbru l-feedback permezz ta’ għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti għandhom jużaw il-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 7(1)(c) u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà teknika stabbiliti fl-Anness II biex jippermettu t-trasferiment tal-feedback mingħand l-utenti, hekk kif dan jiġi pprovdut mill-utenti, b’mod simultanju lir-riċevituri nazzjonali tal-feedback mingħand l-utenti u lir-repożitorju komuni tad-data.
Inkella, huma għandhom jittrasferixxu b’mod mhux sinkroniku, f’daqqa, il-feedback kollu pprovdut matul xahar kalendarju, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ dak ix-xahar kalendarju.
3. Il-fornituri ta’ servizzi li jużaw għodda alternattiva tal-feedback mingħand l-utenti għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-feedback għal mistoqsijiet u klassifikazzjonijiet li jikkorrispondu ma’ dawk fl-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti biss jiġu trasferiti lir-repożitorju komuni tad-data; |
(b) |
il-feedback mogħti bħala test liberu ma jiġix trażmess lir-repożitorju komuni tad-data; |
(c) |
il-URLs tal-paġni web minn fejn jinġabar il-feedback jiġu trażmessi flimkien mal-feedback lir-repożitorju komuni tad-data. |
4. Meta l-fornituri tas-servizzi jikkwalifikaw għall-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 7(3), huma għandhom jiżguraw li l-feedback dwar mistoqsijiet li huma simili għal dawk inklużi fi stħarriġ jiġi trażmess lir-repożitorju komuni tad-data.
Artikolu 11
L-aċċess għal u l-ħżin tal-feedback mingħand l-utenti
1. Id-data dwar il-feedback mingħand l-utenti għandha tinħażen fir-repożitorju komuni tad-data konness mad-dashboard komuni.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi d-drittijiet ta’ aċċess li ġejjin għall-feedback mingħand l-utenti maħżun fir-repożitorju komuni tad-data:
(a) |
il-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-feedback mingħand l-utenti bl-eċċezzjoni ta’ kummenti b’test liberu; |
(b) |
il-fornituri tas-servizzi għandu jkollhom aċċess għall-feedback mingħand l-utenti dwar is-servizzi li huma responsabbli għalihom, inkluż il-kummenti b’test liberu pprovduti mill-utenti bl-użu tal-għodda komuni tal-feedback. |
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-feedback mingħand l-utenti jinħażen fir-repożitorju komuni tad-data għal massimu ta’ 3 snin, u li dan jitħassar awtomatikament wara dan il-perjodu.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dashboard komuni jippermetti lill-utenti tiegħu:
(a) |
ifittxu, jisselezzjonaw u jiffiltraw il-feedback; |
(b) |
jivviżwalizzawh f’ċarts u graffs; |
(c) |
joħorġu d-data fil-forma ta’ rapporti li jistgħu jitniżżlu elettronikament. |
Artikolu 12
Responsabbiltajiet
1. Il-fornituri tas-servizzi li jużaw għodod alternattivi tal-feedback mingħand l-utenti għandhom ikunu responsabbli:
(a) |
għall-funzjonament tal-għodod tagħhom stess li permezz tagħhom jiġbru l-feedback mingħand l-utenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1724; |
(b) |
għat-trasferiment tal-feedback lir-repożitorju komuni tad-data permezz tas-servizz ta’ interkonnessjoni pprovdut mill-Kummissjoni, jekk ikun trasferiment f’daqqa jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment; |
(c) |
għall-konformità mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
(d) |
għas-sigurtà tal-għodod nazzjonali li jiġbru u jipparteċipaw fit-trażmissjoni tal-feedback mingħand l-utenti. |
2. Il-fornituri ta’ servizzi li jużaw l-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti għandhom ikunu responsabbli għall-inklużjoni ta’ links għal dik l-għodda skont dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli:
(a) |
għall-funzjonament, is-sigurtà u l-aċċessibbiltà tal-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti; |
(b) |
għal-links għall-għodda komuni tal-feedback li għandhom jiġu inklużi fil-paġni web fil-livell tal-Unjoni; |
(c) |
għall-funzjonament tas-servizz ta’ interkonnessjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1; |
(d) |
għaż-żamma u l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu riċevuti t-trasferimenti tad-data. |
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 13
Data personali
1. Il-fornituri tas-servizzi jew il-maniġers tan-network f’każ ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi għandhom jiżguraw li l-istatistika aggregata u trażmessa minnhom lir-repożitorju komuni tad-data ma jkun fiha l-ebda data personali.
2. L-għodda komuni tal-feedback mingħand l-utenti għandha tippermetti lill-utenti jikkummentaw b’mod anonimu dwar l-esperjenza tagħhom bis-servizzi pprovduti permezz tal-gateway. Il-kaxxa għat-test liberu għandha tinkludi twissija lill-utenti biex ma jinkludux data personali.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-12 ta’ Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1.
(2) Data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).
ANNESS I
Indikaturi għall-ittaggjar imsemmija fl-Artikolu 2(3)
|
L-elementi li jridu jiffurmaw parti mill-informazzjoni ta’ ttaggjar li trid tiġi inkluża fil-metadata tal-paġni web li huma parti mill-gateway diġitali unika |
|||||||
|
Parti ġenerika |
Kodiċi tal-pajjiż |
Kodiċi subnazzjonali (fejn applikabbli) |
Tip ta’ servizz (*1) |
Lingwa tal-paġna |
Qasam kopert mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724 |
Servizz kopert mill-Anness III jew mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1724 |
|
|
Gateway Diġitali Unika (SDG - Single Digital Gateway) |
Skont ISO 3166 – kodiċi Alpha 2 (EL għall-Greċja) |
Skont NUTS 1-3 jew LAU |
|
Skont ISO 639-1 Kodiċi Alpha 2 |
A-Q |
01-09 |
Titlu sħiħ tas-servizz |
Paġni web b’informazzjoni dwar ir-regoli, id-drittijiet u l-obbligi |
X |
x |
x |
Informazzjoni |
x |
x |
x |
Mhux applikabbli |
Paġni web b’informazzjoni dwar il-proċeduri |
X |
x |
x |
Proċedura |
x |
x |
x |
Mhux applikabbli |
Paġni web b’informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi |
x |
x |
x |
Assistenza |
x |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
x |
(*1) Jekk paġna jkun fiha informazzjoni dwar aktar minn tip wieħed ta’ servizz jew tkopri aktar minn qasam wieħed ta’ informazzjoni, l-elementi rilevanti kollha jridu jiġu inklużi f’dik il-paġna jew jiġu assoċjati magħha.
ANNESS II
Rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 10(2)
Trażmissjoni tad-data
Il-gateway tal-Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API) tesponi API ta’ Representational State Transfer (REST). Kull sistema ta’ ġbir tal-fornituri tas-servizzi tista’ tikkuntattja lil dan l-API:
(1) |
f’ħin reali — l-ebda limitazzjoni fuq in-numru ta’ sejħiet; |
(2) |
fuq bażi regolari, skont skeda magħżula mill-fornitur tas-servizz. |
Sigurtà tal-API
Il-komunikazzjoni mal-Gateway tal-API issir b’mod sigur permezz ta’ Ċavetta API. Kull fornitur tas-servizzi jkollu Ċavetta API speċifika. Din iċ-ċavetta tippermetti li l-komunikazzjoni tkun sigura (kriptaġġ tal-kanal) u li wieħed ikun jaf liema fornitur tas-servizzi qed jibgħat id-data (awtentikazzjoni).
Iċ-Ċwievet API jkunu disponibbli fuq applikazzjoni tal-web tal-back office dedikata. Kull fornitur ta’ servizzi jiġġenera ċ-ċavetta tiegħu fuq l-applikazzjoni tal-web, iniżżilha u jinstallaha fl-uffiċċji tiegħu.
Rekwiżiti li jippermettu t-trażmissjoni tad-data
Għall-fini li tiġi żgurata t-trażmissjoni awtomatika, l-għodda analitika tal-web imsemmija fl-Artikolu 3(2) u l-għodda alternattiva għall-feedback mingħand l-utenti msemmija fl-Artikolu 10(2) għandhom:
(a) |
jippermettu t-trażmissjoni tad-data fil-format JSON permezz ta’ APIs REST; |
(b) |
jappoġġaw konnessjonijiet siguri b’Hyper-Text Transfer Protocol (HTTP) fuq Secure Sockets Layer (SSL); |
(c) |
jappoġġaw l-ISO 8601 għar-rappreżentazzjoni tad-data u tal-ħin. Id-data dwar id-data u l-ħin għandha tiġi espressa bħala l-Ħin Universali Koordinat (UTC); |
(d) |
jappoġġaw identifikatur uniku għat-trażmissjonijiet. Fornitur tas-servizzi jgħaddi d-data b’identifikatur uniku pprovdut permezz tal-API. Jekk fornitur tas-servizzi jiddeċiedi li jibdel din id-data, irid jgħaddi korrezzjoni bl-istess identifikatur uniku. |
Il-frekwenza tat-trażmissjoni tal-istatistika ma għandhiex tibdel l-istruttura tal-fajl JSON. Pereżempju, il-JSON jista’ jkun fih firxa ta’ oġġetti (wieħed għal kull sett ta’ statistika għall-perjodu ta’ referenza), firxa ta’ tul n;
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni teknika dettaljata tal-API għall-feedback tal-utenti u l-istatistika.
ANNESS III
Mistoqsijiet għall-feedback tal-utenti fl-għodda komuni għall-feedback mingħand l-utenti, imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a):
(1) |
Mistoqsijiet relatati ma’ informazzjoni fuq il-paġni web
|
(2) |
Mistoqsijiet dwar il-proċeduri
|
(3) |
Mistoqsijiet dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
|
L-għodda għall-feedback mingħand l-utenti għall-informazzjoni u l-proċeduri se titħejja f’żewġ verżjonijiet: waħda b’kaxxa għat-test liberu u oħra mingħajr kaxxa għat-test liberu, li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jagħżlu liema waħda jużaw f’konformità mal-Artikolu 6(2).
(*1) It-test fil-parenteżi “[...]” jagħti informazzjoni dwar il-kampijiet tad-data li se jintużaw fl-għodda komuni għall-feedback mingħand l-utenti.