This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0184
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/184 of 11 February 2020 amending for the 308th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/184 tal-11 ta’ Frar 2020 li jemenda għat-308 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/184 tal-11 ta’ Frar 2020 li jemenda għat-308 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
C/2020/839
ĠU L 38I, 11.2.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Żieda | anness I Test | 11/02/2020 |
11.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 38/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/184
tal-11 ta’ Frar 2020
li jemenda għat-308 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fl-4 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi finanzjarji. |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
“AMADOU KOUFA (Psewdonimi ta’ kwalità tajba: (a) Amadou Barry (b) Amadou Kouffa (c) Hamadoun Koufa (d) Hamadoun Kouffa (e) Hamadou Koufa (f) Hamadou Kouffa). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Koufa, Mali. Indirizz: Mali. Informazzjoni oħra: Kulur tal-għajnejn: kannella Kulur tax-xagħar: skur Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.2.2020.”