Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32020D2201

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2201 tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/9110

ĠU L 434, 23.12.2020, p. 59/65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico del documento Vigente

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2201/oj

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 434/59


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2201

tat-22 ta’ Diċembru 2020

dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 jistabbilixxi Bord tat-Tmexxija tan-Network biex jimmonitorja u jmexxi l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Jistabbilixxi wkoll Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni sabiex tiġi żgurata ġestjoni tal-kriżijiet effettiva fil-livell tan-network.

(2)

Il-president, il-viċi presidenti, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u s-sostituti tagħhom u l-membri taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni u s-sostituti tagħhom inħatru għall-perjodu mill-2020 sal-2024 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 (3).

(3)

Fl-2020, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ proposti għal ħatriet kemm għall-Bord tat-Tmexxija tan-Network kif ukoll għaċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni skont l-Artikolu 18(7) u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123.

(4)

Jenħtieġ li l-persuni proposti jinħatru sabiex, mill-1 ta’ Jannar 2021, jieħdu post il-persuni li kienu nħatru bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2168.

(5)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza qabel il-bidu tal-perjodu kopert mill-ħatriet inkwistjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għandhom jinħatru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala membri u sostituti tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network, fil-karigi rispettivi tagħhom imsemmija f’dak l-Anness. Fejn l-Anness jispeċifika perjodu ta’ żmien iqsar, għandu japplika dak il-perjodu ta’ żmien. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ikkonċernati minn dawn il-ħatriet, il-mandati tal-persuni maħtura f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2186 jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness II għandhom jinħatru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala l-membri u s-sostituti taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni, fil-karigi rispettivi tagħhom imsemmija f’dak l-Anness. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ikkonċernati minn dawn il-ħatriet, il-mandati tal-persuni maħtura f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2186 jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024 (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90).


ANNESS I

Ħatriet tal-membri votanti u tal-membri mhux votanti u tas-sostituti tagħhom tal-bord tat-tmexxija tan-network

President:

L-ebda ħatra ġdida

L-ewwel Viċi President:

L-ebda ħatra ġdida

It-tieni Viċi President:

L-ebda ħatra ġdida


Utenti tal-ispazju tal-ajru

 

Membri votanti

Sostituti

AIRE/ERA

L-ebda ħatra ġdida

Montserrat Barriga, Direttur Ġenerali, Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA)

A4E

Achim Baumann, Direttur tal-Politika, A4E

Matthew Krasa, Kap tal-Affarijiet Pubbliċi

Ryanair

IATA

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

EBAA/IAOPA/EAS

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont il-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali:

 

Membri votanti

Sostituti

IL-BALTIKU

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

BLUEMED

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

ID-DANUBJU

L-ebda ħatra ġdida

Valentin CIMPUIERU

Direttur Ġenerali

Romanian Air Traffic Services Administration (Amministrazzjoni ta’ Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru Rumena, ROMATSA)

DK-SE

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

FABCE

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

FABEC

Dirk MAHNS

COO

Deutsche Flugsicherung GmbH (DFS)

L-ebda ħatra ġdida

NEFAB

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

L-ILBIĊ

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

L-IRLANDA

L-ebda ħatra ġdida

Joe RYAN,

Irish Aviation Authority (Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża)


L-operaturi tal-ajruporti:

 

Membri votanti

Sostituti

 

L-ebda ħatra ġdida

Ivan BASSATO, Direttur tal-Ġestjoni tal-Ajruporti, Aeroporti di Roma, Via dell'Aeroporto di Fiumicino, 320 Aeroporto "Leonardo da Vinci" 00054 Fiumicino (Roma)

 

L-ebda ħatra ġdida

Isabelle BAUMELLE, Uffiċjal Kap Operattiv u Direttur tal-Marketing tal-Linja tal-Ajru, Société Aéroports de la Côte d'Azur BP 3331 06206 Nice Cedex 3 France


Militari:

 

Membri votanti

Sostituti

Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Militari

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida

Utenti tal-ispazju tal-ajru militari

L-ebda ħatra ġdida

Kurunell YANN Pichavant

Rappreżentant tal-ATM għall-UE, in-NATO, l-EUROCONTROL

Il-Ministeru tad-Difiża Franċiż


President tal-bord tat-Tmexxija tan-Network:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-Kummissjoni Ewropea:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

Christine BERG

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea

Staffan EKWALL

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea


L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

Valgerður Guðmundsdóttir, Viċi Direttur, Affarijiet tas-Suq Intern, L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA


Il-maniġer tan-Network:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


President tal-grupp ta’ ħidma tal-operazzjonijiet (NDOP):

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

József BAKOS

Kap tal-ATS

HungaroControl


Rappreżentanti tal-Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-pajjiżi assoċjati:

 

Membru mhux votanti

Sostituti

 

 

 

Mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021

Sitki Kagan ERTAS

Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

Sevda TURHAN

Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

 

Maksim ET’HEMAJ

Direttur tad-Diviżjoni Teknika

ALBCONTROL

Dritan ISAKU

Direttur tad-Diviżjoni Operazzjonali

ALBCONTROL


Eurocontrol:

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


ANNESS II

ĦATRIET TAL-MEMBRI PERMANENTI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM TAĊ-ĊELLULA EWROPEA TA’ KOORDINAZZJONI TAL-KRIŻIJIET FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

Stati Membri

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Stati tal-EFTA

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-Kummissjoni Ewropea

 

Membru

Sostitut

 

Christine BERG

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea

Staffan EKWALL

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE Il-Kummissjoni Ewropea


Aġenzija

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Eurocontrol

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Il-maniġer tan-Network

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

Steven Moore

Maniġer Operattiv tal-EACCC

Maniġer tan-Network fid-Direttorat

EUROCONTROL


Militari

 

Membru

Sostitut

 

Logutenent Kurunell Frank Josten

Awtorità tal-Avjazzjoni Militari Ġermaniża

Kurunell YANN Pichavant

Awtorità tal-Avjazzjoni Militari Franċiża


Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Operaturi tal-ajruporti

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Utenti tal-ispazju tal-ajru

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida

L-ebda ħatra ġdida


Arriba