This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2060
Council Decision (EU) 2020/2060 of 7 December 2020 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Trade Committee established under the Interim Partnership Agreement between the European Community, of the one part, and the Pacific States, of the other part, as regards the amendment to that Agreement to take account of the accession of the Independent State of Samoa and of Solomon Islands
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2060 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar ta’ dak il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2060 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar ta’ dak il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon
ĠU L 424, 15.12.2020, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 424/23 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2060
tas-7 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar ta’ dak il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), li jistabbilixxi qafas għal ftehim ta’ sħubija ekonomika, ġie ffirmat f’Londra fit-30 ta’ Lulju 2009. Il-Ftehim ilu jiġi applikat b’mod provviżorju minn l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u mir-Repubblika ta’ Fiġi mill-20 ta’ Diċembru 2009 u mit-28 ta’ Lulju 2014, rispettivament. |
(2) |
L-Artikolu 80 tal-Ftehim jipprovdi għall-adeżjoni ta’ Stati Gżejjer tal-Paċifiku oħrajn. Permezz tad-Deċiżjonijiet (UE) 2018/1908 (2) u (UE) 2020/409 (3) rispettivament, il-Kunsill approva l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa (Samoa) u l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim. Samoa aderixxa mal-Ftehim fil-21 ta’ Diċembru 2018 u ilu japplikah b’mod provviżorju mill-31 ta’ Diċembru 2018. Il-Gżejjer Solomon aderixxew mal-Ftehim fis-7 ta’ Mejju 2020 u ilhom japplikawh b’mod provviżorju mis-17 ta’ Mejju 2020. |
(3) |
Wara l-adeżjonijiet ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon, jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness II tal-Ftehim sabiex l-offerti ta’ aċċess għas-suq ta’ dawk il-pajjiżi jiżdiedu ma’ dak l-Anness. |
(4) |
L-Artikolu 68 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li għandu jindirizza l-kwistjonijiet kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1707 (4), il-Kunsill iddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ fir-rigward ta’ dawk l-emendi. Matul is-seba’ laqgħa tiegħu, li saret fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat tal-Kummerċ adotta Rakkomandazzjoni lill-Partijiet għall-Ftehim li tirrakkomanda, fost affarijiet oħra, li jiġi emendat il-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u jitqiesu adeżjonijiet futuri ta’ Stati Gżejjer tal-Paċifiku oħrajn. |
(6) |
L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat tal-Kummerċ bi ftehim jista’ jimmodifika l-Anness II tal-Ftehim fi kwalunkwe mod meqjus xieraq. Għaldaqstant, matul it-tmien laqgħa tiegħu, il-Kumitat tal-Kummerċ ser ikun jista’ jintroduċi dak l-emendar tekniku għall-Ftehim sabiex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon. |
(7) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat tal-Kummerċ fit-tmien laqgħa tiegħu fir-rigward tal-emendar propost. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fit-tmien laqgħa tiegħu tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-Kummerċ fit-tmien laqgħa tiegħu fir-rigward tal-emendar għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra sabiex titqies l-adeżjoni tal-Istat Indipendenti ta’ Samoa u tal-Gżejjer Solomon għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ (5).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1908 tas-6 ta’ Diċembru 2018 dwar l-adeżjoni ta’ Samoa mal-Ftehim ta’ Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L 333, 28.12.2018, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/409 tas-17 ta’ Frar 2020 dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L 85, 20.3.2020, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1707 tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ rakkomandazzjoni għal ċerti emendi li għandhom isiru għall-Ftehim biex titqies l-adeżjoni ta’ Samoa u ta’ adeżjonijiet futuri ta’ Stati Gżejjer oħra tal-Paċifiku (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 45).
(5) Ara d-dokument ST11630/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.