This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2049
European Council Decision (EU) 2020/2049 of 10 December 2020 appointing a member of the Executive Board of the European Central Bank
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2020/2049 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2020/2049 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU L 420, 14.12.2020, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/22 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2020/2049
tal-10 ta’ Diċembru 2020
li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),
Billi:
(1) |
Is-Sur Yves MERSCH inħatar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2012. Il-mandat tiegħu jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2020. |
(2) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Frank ELDERSON, li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Frank ELDERSON huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
C. MICHEL
(1) ĠU C 338, 12.10.2020, p. 2.
(2) Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni mogħtija fit-28 ta’ Ottubru 2020 (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 11).