This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D2027
Council Decision (EU) 2020/2027 of 7 December 2020 on the position to be taken on behalf of the European Union within the EU-Central America Association Council as regards modifications to Appendix 2 to Annex II and the introduction of Explanatory Notes to Articles 15, 16, 19, 20 and 30 of Annex II to the Agreement establishing an Association between the European Union and its Member States, on the one hand, and Central America on the other, and repealing Decisions (EU) 2016/1001 and (EU) 2016/1336
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2027 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 tal-Anness II u l-introduzzjoni ta’--Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u li tħassar id-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2027 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 tal-Anness II u l-introduzzjoni ta’--Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u li tħassar id-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336
ĠU L 419, 11.12.2020, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32016D1001 | 07/12/2020 | |||
Repeal | 32016D1336 | 07/12/2020 |
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 419/18 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2027
tas-7 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 tal-Anness II u l-introduzzjoni ta’--Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u li tħassar id-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmatmill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE (1). Skont l-Artikolu 353(4) tal-Ftehim, il-Parti IV tiegħu ġie applikt b’mod proviżorju mill-1 ta’ Awwissu 2013 bejn l-Unjoni u n-Nikaragwa, il-Honduras u l-Panama, mill-1 ta’ Ottubru 2013 bejn l-Unjoni u El Salvador u l-Costa Rica, u mill-1 ta’ Diċembru 2013 bejn l-Unjoni u l-Gwatemala. |
(2) |
Skont l-Artikolu 36 tal-Anness II għall-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim jista’ jiddeċiedi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċijiet tal-Anness II. Skont l-Artikolu 37 tal-Anness II għall-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ japprova Noti Spjegattivi rigward l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Anness II. |
(3) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jrid jadotta Deċiżjoni li timmodifika l-Appendiċi 2 (Lista tax-xogħol jew l-ipproċessar li jeħtieġ li jsir fuq materjali mhux oriġinarji sabiex il-prodott manifatturat ikun jista’ jikseb status oriġinarju) tal-Anness II, li huwa bbażat fuq is-Sistema Armonizzata (SA) 2007, biex jiġu allinjati r-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott mas-SA aġġornata kif applikabbli mill-2017. Dan l-allinjament jinkludi l-bidliet introdotti mis-SA 2012, u bidliet mhux sostantivi għas-SA 2017, għar-regoli speċifiċi għall-prodott tal-Appendiċi 2. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, b’kont meħud tan-numru ta’ emendi li jeħtieġ li jsiru fl-Appendiċi 2, dak l-Appendiċi jenħtieġ li jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
(4) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jrid jadotta wkoll Deċiżjoni li tintroduċi Noti Spjegattivi tal-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini fir-rigward taċ-Ċertifikat tal-Moviment EUR.1, id-dikjarazzjonijiet fuq il-fattura, l-esportaturi approvati u l-verifika tal-provi tal-oriġini. |
(5) |
L-adożżjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni hij mistennija li sseħħ qabel tmiem l-2021. |
(6) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, peress li ż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollhom effett legali fl-Unjoni. |
(7) |
Huwa xieraq ukoll li jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2016/1001 (2) u (UE) 2016/1336 (3), li jistabbilixxu pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni dwar atti li m’għadhomx jiġu adottati mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assojazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq iż-żewġ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-modifiki għall-Appendiċi 2 għall-Anness II u l-introduzzjoni ta’ Noti Spjegattivi għall-Artikoli 15, 16, 19, 20 u 30 tal-Anness II għall-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq iż-żewġ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet tal-Knsill ta’ Assoċjazzjoni (4).
Artikolu 2
Id-deċiżjonijiet (UE) 2016/1001 u (UE) 2016/1336 huma mħassra.
Artikolu 3
Ladarba jiġu adottati, iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1001 tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward ta’ Noti Spjegattivi għall-Artikolu 15 tal-Anness II mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 164, 22.6.2016, p. 15).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1336 tat-18 ta’ Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 8).
(4) Ara d-dokumenti ST 11697/20 u ST 11699/20 f’http://register.consilium.europa.eu