Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1997

    Deċiżjoni (UE) 2020/1997 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2021 (BĊE/2020/57)

    ĠU L 410, 7.12.2020, p. 104–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1997/oj

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 410/104


    DEĊIŻJONI (UE) 2020/1997 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-24 ta’ Novembru 2020

    dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2021 (BĊE/2020/57)

    IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

    Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”).

    (2)

    Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2021, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri taż-żona tal-euro pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri taż-żona tal-euro kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

    (3)

    Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal- euro mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

    (4)

    Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2021 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal- euro,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “volum ta’ ħruġ ta’ muniti” tfisser volum ta’ ħruġ ta’ muniti kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43);

    (b)

    “muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 (2);

    (c)

    “muniti għall-kollezzjonisti” tfisser muniti għall-kollezzjonisti kif iddefiniti fil-punt (3) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

    Artikolu 2

    Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2021

    Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2021 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

    (EUR mijuni)

     

    Volum ta’ muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2021

    Muniti għaċ-ċirkolazzjoni

    Muniti għall-kollezzjonisti

    (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

    Volum ta’ ħruġ ta’ muniti

    Il-Belġju

    33,0

    1,0

    34,0

    Il-Ġermanja

    417,0

    241,0

    658,0

    L-Estonja

    10,4

    0,3

    10,7

    L-Irlanda

    15,8

    0,5

    16,3

    Il-Greċja

    99,5

    3,6

    103,1

    Spanja

    291,5

    30,0

    321,5

    Franza

    243,0

    50,0

    293,0

    L-Italja

    169,3

    2,7

    172,0

    Ċipru

    11,0

    0,1

    11,1

    Il-Latvja

    5,5

    0,2

    5,7

    Il-Litwanja

    20,0

    0,6

    20,6

    Il-Lussemburgu

    14,7

    0,4

    15,1

    Malta

    8,2

    0,3

    8,5

    In-Netherlands

    0,0

    0,1

    0,1

    L-Awstrija

    62,5

    153,5

    216,0

    Il-Portugall

    31,5

    2,0

    33,5

    Is-Slovenja

    21,0

    1,0

    22,0

    Is-Slovakkja

    14,0

    2,0

    16,0

    Il-Finlandja

    15,0

    10,0

    25,0

    Total

    1 482,9

    499,3

    1 982,2

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Novembru 2020.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135).


    Top