Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1826

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1826 tal-1 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020)

    ĠU L 406, 3.12.2020, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/03/2021; Imħassar b' 32021D0471

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1826/oj

    3.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 406/60


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1826

    tal-1 ta’ Diċembru 2020

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Atlanta”).

    (2)

    Fil-25 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (2) li ħatret il-Viċi Ammirall Riccardo MARCHIÒ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal Atalanta.

    (3)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Diogo ARROTEIA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għal Atalanta mit-3 ta' Diċembru 2020.

    (4)

    Fit-22 ta' Ottubru 2020, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 titħassar.

    (6)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kaptan Diogo ARROTEIA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-3 ta' Diċembru 2020.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/2/2020) hija mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mit-3 ta' Diċembru 2020.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2020/895 tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/401 (ATALANTA/2/2020) (ĠU L 206, 30.06.2020, p. 63)


    Top