EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1802

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1802 tas-27 ta’ Novembru 2020 li temenda l-gwida għall-utent u li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2020) 8151) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/8151

ĠU L 402, 1.12.2020, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D2463 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1802/oj

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 402/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1802

tas-27 ta’ Novembru 2020

li temenda l-gwida għall-utent u li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(notifikata bid-dokument C(2020) 8151)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE, u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2285 tas-6 ta’ Diċembru 2017 li temenda l-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2) fil-paragrafu 2.4.3. tal-Anness I tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-utilizzazzjoni ta’ metodu tal-kampjunar għall-verifiki ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti.

(2)

Il-paragrafu 2.4.3.3. (a) tal-gwida għall-utent li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2017/2285 jiddefinixxi setturi li fihom jista’ jiġi permess l-użu ta’ metodu tal-kampjunar għall-verifika ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti (it-Tabella 9).

(3)

Il-paragrafu 2.4.3.3. (b) tal-gwida għall-utent jiddefinixxi s-setturi li fihom l-użu ta’ metodu tal-kampjunar għall-verifika ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti jista’ jiġi permess fi proġetti pilota (it-Tabella 10) u jispeċifika li, wara proġett pilota u abbażi tal-evalwazzjoni tal-proġett pilota l-Kumitat tal-EMAS jista’ jirrakkomanda l-inklużjoni tas-settur fil-lista tas-setturi li fihom huwa permess l-użu ta’ metodu tal-kampjunar (it-Tabella 9).

(4)

Fil-Ġermanja twettqu żewġ proġetti pilota fis-setturi elenkati fit-Tabella 10: proġett wieħed fis-settur tal-bejgħ bl-imnut (il-Kodiċi tan-NACE 47.1) u proġett wieħed għal attivitajiet tal-kura residenzjali (il-Kodiċi tan-NACE 87) u xogħol soċjali mingħajr akkomodazzjoni (il-Kodiċi tan-NACE 88). Evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti pilota ġiet ippreżentata lill-Kumitat tal-EMAS.

(5)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-proġetti pilota, il-Kumitat tal-EMAS irrakkomanda li dawn is-setturi jiġu inklużi fil-lista tas-setturi li fihom huwa permess l-użu ta’ metodu tal-kampjunar għall-verifika ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti (it-Tabella 9).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kodiċijiet tan-NACE 47.1, 87 u 88 huma setturi li fihom għandu jkun permess l-użu ta’ metodu tal-kampjunar għall-verifika ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti. Għalhekk dawn is-setturi ġew ittrasferiti mit-Tabella 10 għat-Tabella 9 tal-Anness I tal-gwida għall-utent.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 328, 12.12.2017, p. 38.


Top