EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1663
Commission Implementing Decision (EU) 2020/1663 of 6 November 2020 amending Annexes I and II to Decision 2004/558/EC as regards the disease-free status of Czechia and the approval of the eradication programme in several regions of France regarding infectious bovine rhinotracheitis (notified under document number C(2020) 7578) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1663 tas-6 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard taċ-Ċekja u l-approvazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’diversi reġjuni ta’ Franza fir-rigward tar-rinotrakeite bovina infettiva (notifikata bid-dokument C(2020) 7578) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1663 tas-6 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard taċ-Ċekja u l-approvazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’diversi reġjuni ta’ Franza fir-rigward tar-rinotrakeite bovina infettiva (notifikata bid-dokument C(2020) 7578) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7578
ĠU L 374, 10.11.2020, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004D0558 | Sostituzzjoni | anness I | ||
Modifies | 32004D0558 | Sostituzzjoni | anness II |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
10.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 374/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1663
tas-6 ta’ Novembru 2020
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard taċ-Ċekja u l-approvazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’diversi reġjuni ta’ Franza fir-rigward tar-rinotrakeite bovina infettiva
(notifikata bid-dokument C(2020) 7578)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali ta’ kontroll obbligatorju għal waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness E(II) tagħha, dan jista’ jissottometti l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali bovini. Ir-rinotrakeite bovina infettiva, marda kkawżata mill-virus tal-erpete bovina tat-tip 1 (BHV1), hi elenkata għall-annimali bovini fl-Anness E(II) tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(2) |
Fi Frar 2020, Franza ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll u l-eradikazzjoni tar-rinotrakeite bovina infettiva li tkopri d-dipartimenti metropolitani Franċiżi, għajr Korsika, u talbet l-approvazzjoni biex tapplika garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(3) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn xi waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness E(II) tagħha, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni. L-istess Artikolu jipprevedi wkoll li jistgħu jintalbu garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali bovini. |
(4) |
F’Jannar 2020, iċ-Ċekja ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni biex it-territorju kollu tagħha jitqies ħieles mill-BHV1, u talbet l-approvazzjoni biex tapplika garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma awtorizzati japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li fihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, filwaqt li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li fihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(6) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li ppreżentat Franza, id-dipartimenti metropolitani ta’ dak l-Istat Membru, għajr Korsika, jenħtieġ jiġu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva jenħtieġ ikunu japplikaw skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(7) |
Barra minn hekk, wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li ppreżentat iċ-Ċekja, jenħtieġ li din ma tibqax elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok jenħtieġ tiġi elenkata fl-Anness II tagħha, u jenħtieġ li l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).
ANNESS
“ANNESS I
Stat Membru |
Reġjun tal-Istati Membri li fih japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
Franza |
Région Auvergne et Rhône-Alpes Région Bourgogne-Franche-Comté Région Bretagne Région Centre-Val de Loire Région Grande Est Région Hauts-de-France Région Ile-de-France Région Normandie Région Nouvelle-Aquitaine Région Occitanie Région Pays de la Loire Région Provence-Alpes-Côte d'Azur |
L-Italja |
Ir-reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia Il-provinċja awtonoma ta’ Trento |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
ANNESS II
Stat Membru |
Reġjun tal-Istati Membri li fih japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE |
Iċ-Ċekja |
Ir-reġjuni kollha |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
L-Italja |
Ir-reġjun ta’ Valle d'Aosta Il-provinċja awtonoma ta’ Bolzano |
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
Ir-Renju Unit |
Jersey |